This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0207(02)
Commission communication on the results of the risk evaluation and the risk reduction strategies for the substances: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Aniline; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Phenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (Text with EEA relevance )
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għal dawn is-sustanzi: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Aniline; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Phenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 34, 7.2.2008, p. 1–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 34/1 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għal dawn is-sustanzi: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; Aniline; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; Phenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene
Test b'rilevanza għaż-ŻEE
(2008/C 34/01)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1) jinvolvi r-rappurtaġġ ta' data, l-iffissar ta' prijoritajiet, il-valutazzjoni tar-riskju u, fejn ikun meħtieġ, l-iżvilupp ta' l-istrateġiji biex ir-riskji minn sustanzi eżistenti jiġu limitati.
Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta' prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (2), (KE) Nru 2268/95 (3) u (KE) Nru 143/97 (4) li jikkonċernaw rispettivament l-ewwel, it-tieni u t-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif ipprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:
— |
Piperazine; |
— |
Cyclohexane; |
— |
Methylenediphenyl diisocyanate; |
— |
But-2yne-1,4-diol; |
— |
Methyloxirane; |
— |
Aniline; |
— |
2-Ethylhexylacrylate; |
— |
1,4-Dichlorobenzene; |
— |
3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; |
— |
Di-(2-ethylhexyl)phthalate; |
— |
Phenol; |
— |
5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene. |
L-Istati Membri referenti nnominati skond dawk ir-Regolamenti lestew l-attivitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-valutazzjoni tar-riskji għall-bniedem u l-ambjent minn sustanzi eżistenti (5) u pproponew strateġija biex ir-riskji jkunu limitati skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93.
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) jew il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent (SCHER) kienu kkonsultati u ħarġu opinjoni dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju li saru mir-referenti. Dawn l-opinjonijiet jinstabu fuq il-websajt tal-Kumitati Xjentifiċi
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 jistipula li r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji rrakkomandata biex jitnaqqsu r-riskji għandhom jiġu adottati fuq il-livell tal-Komunità u jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (6) [inkludi ref. għar-Rakkomandazzjoni], tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju (7) u l-istrateġiji biex jiġu limitati r-riskji tas-sustanzi msemmija hawn fuq.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskji pprovduti f'din il-Komunikazzjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93.
(2) ĠU L 131, 26.5.1994, p. 3.
(3) ĠU L 231, 28.9.1995, p. 18.
(4) ĠU L 25, 28.1.1997, p. 13.
(5) ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.
(7) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet tal-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/.
ANNESS
PARTI 1
CAS Nru 110-85-0 |
Einecs Nru 203-808-3 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-Einecs: |
Piperazine |
Isem ta' l-IUPAC: |
Piperazine |
Referenti: |
L-Iżvezja |
Klassifikazzjoni (1): |
C; R34 |
R42/43 |
|
R52/53 |
|
Klassifikazzjoni proposta (biex tissostitwixxi C&L mit-22 ATP wara li jiġi ppubblikat it-30 ATP) (2) |
|
Kat. Rappr.; R62-63 |
|
C; R34 |
|
R42/43 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula fil-Komunità Ewropea jew impurtata fiha kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mir-Referent ta' l-Istat Membru (3).
Il-valutazzjoni tar-riskju, ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-piperazine tal-Komunità Ewropea, kif inhi jew bħala mluħa, tintuża' prinċipalment bħala intermedjarju fl-industrija kimika inkluż fil-produzzjoni ta' farmaċewtiċi. Il-piperazine, kif inhi jew bħala mluħa, tintuża' għal pilloli mediċinali għan-nies u użu veterinarju, bħala taħlita fil-ħasil bil-gass (barraxa), u bħala katalist fil-produzzjoni tal-urethane. Ix-xenarji deskritti jirrappreżentaw l-użu prinċipali tal-piperazine.
Nota |
: |
L-użu tal-piperazine f'mediċinali veterinarji mhux indirizzat f'din il-leġiżlazzjoni, hu kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 (4) (Limiti ta' Residwi Massimi fl-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali). |
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar is-sensittività tal-ġilda meta din tiġi esposta f'xenarji fejn ikollha kuntatt ma' mluħa tal-piperazine (jiġifieri l-kuntatt finali waqt attivitajiet ta' produzzjoni u tagħbija waqt il-formulazzjoni); |
— |
tħassib dwar l-ażma meta wieħed jesponu ruħu u jiblagħha mix-xamm waqt ix-xenarji kollha fuq ix-xogħol; |
— |
tħassib dwar in-newrotossiċità u t-tossiċità riproduttiva minħabba espożizzjoni ripetuta għall-imluħa tal-piperazine fix-xenarji tal-kuntatt finali waqt l-attivitajiet ta' produzzjoni u tagħbija waqt il-formulazzjoni. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistenna riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qed jiġu applikati huma biżżejjed. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qed jiġu applikati huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskji li diġà qed jiġu applikati huma meqjusa suffiċjenti. |
B) AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qed jiġu applikati huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA AKKWATIKA
hija li jkunu meħtieġa miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-ekosistema akkwatika minħabba espożizzjoni li ssir fis-sit tal-produzzjoni u għall-użu industrijali ta' formulazzjonijiet fil-ħassiela tal-gass bil-piperazine f'21 sit. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-evalwazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li diġà qed jiġu applikati huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib għall-mikro-organiżmi f'impjanti tat-trattament tad-drenaġġ peress li jiġu esposti fil-maġġoranza tax-xenarji lokali ta' ħassiela bil-gass. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
— |
biex iqisu fuq il-livell tal-Komunità li ssir klassifikazzjoni armonizzata skond id-Direttiva tal-kunsill 67/548/KEE (5) ta' l-imluħa tal-piperazine. |
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex tnaqqas ir-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat:
— |
li jiġu stabbiliti fuq il-livell tal-Komunità valuri tal-limitu ta' espożizzjoni għall-imluħa tal-piperazine skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (6). |
PARTI 2
CAS Nru 110-82-7 |
Einecs Nru 203-806-2 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-Einecs: |
Cyclohexane |
Isem ta' l-IUPAC: |
|
Referenti: |
Franza |
Klassifikazzjoni (7): |
F; R11 |
Xn; R65 |
|
Xi; R38 |
|
R67 |
|
N; R50/53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritt fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mir-Referent ta' l-Istat Membru.
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza tintuża' prinċipalment bħala intermedjarju fl-industrija kimika. Użi oħrajn rappurtati huma bħala solvent fil-proċess ta' produzzjoni kimika u fil-kolla u ż-żebgħa.
Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta' espożizzjoni għas-sustanza, rilevanti għan-nies u għall-ambjent, b'mod partikolari miż-żejt mhux raffinat u mill-pjanti, prodotti kombustibbli (duħħan tat-tabakk, emissjonijiet vulkaniċi) u fjuwils li jiġu miż-żejt mhux raffinat (fwar tal-petrol), li mhumiex riżultat taċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtati fil-Komunità Ewropea. Il-valutazzjoni tar-riskji li toħroġ minn dawn l-espożizzjonijiet mhix parti minn din il-valutazzjoni tar-riskju. Ir-Rapport tal-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv (8) kif mgħoddi lill-Kummissjoni mir-Referent ta' l-Istat Membru, iżda jagħti informazzjoni li tista' tintuża' biex tevalwa dawn ir-riskji.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li jinħtieġu aktar miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar it-tossiċità akuta (effetti ta' l-imġiba newrotika) u tossiċità sistemika ġenerali (effetti epatiċi) minħabba espożizzjoni mix-xamm u li jiġru waqt it-taħlit u l-użu industrijali ta' prodotti li fihom is-sustanza kif ukoll mill-użu ta' prodotti li fihom is-sustanza fl-industriji tas-snajja'. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar tossiċità akuta (effetti ta' l-imġiba newrotika) minħabba espożizzjoni li tirriżulta mill-użu ta' prodotti li fihom is-sustanza. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA U L-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-evalwazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r- riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju wriet li mhumiex mistennija riskji. Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat għat-tnaqqis tar-riskji tas-sustanza safejn hemm bżonn u għandha tapplika.
Għall-KONSUMATURI
biex iqisu fuq il-livell tal-Komunità r-reklamar u l-użu ta' restrizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (9) (Id-Direttiva dwar ir-Reklamar u l-Użu) għall-użu taċ-ċikloħeksan f'kolla bbażata fuq in-neoprene.
PARTI 3
CAS Nru 26447-40-5 |
Einecs Nru 247-714-0 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-Einecs: |
1,1'-methylenebis (isocyanatobenzene) |
Isem IUPAC: |
Methylenediphenyl diisocyanate Methylenebis (phenyl isocyanate) |
Referent: |
Il-Belġju |
Klassifikazzjoni: |
Xn; R20 |
Xi; R36/37/38 |
|
R42/43 |
|
Klassifikazzjoni proposta (biex tissostitwixxi C&L mit-28 ATP wara li jiġi ppubblikat it-30 ATP) (10) |
|
Carc. Cat. 3; R40 |
|
Xn; R20-48/20 |
|
Xi; R36/37/38 |
|
R42/43 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mir-Referent ta' l-Istat Membru (11).
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, tiddetermina li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata primarjament fil-produzzjoni industrijali ta' fowms tal-polyurethane iebsin. Diversi użi oħra fl-oqsma tal-binders ta' l-injam, Kisjiet biż-Żebgħa, Kolla, Sealants u Elastomeri (CASE), fowms u fibri (semi) flessibi u termoplastiċi tal-polyurethane. Użu limitat iżda mhux negliġibbli jinsab fi prodotti għall-konsumatur, bħall-kolla u fowms b'komponent wieħed (OCFs).
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
1. |
hija li tkun meħtieġa aktar informazzjoni u/jew ittesjtar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
|
2. |
hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
1. |
hija tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
|
2. |
li hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li bħalissa ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji mhumiex mistennija. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA, L-EKOSISTEMA TERRESTRI, IL-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ u EFFETTI LI MHUMIEX SPEĊIFIĊI GĦALL-EKOSISTEMA RILEVANTI GĦALL-KATINA TA' L-IKEL
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat għat-tnaqqis tar-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat li:
— |
jiġu stabbiliti fuq il-livell tal-komunità valuri tal-limitu ta' espożizzjoni fuq ix-xogħol għall-MDI skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (12). |
Għall-KONSUMATURI
Biex iqisu fuq il-livell tal-Komunità r-reklamar u l-użu ta' restrizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (13) dwar l-użu ta' MDI fi prodotti għall-konsumaturi.
PARTI 4
CAS Nru 110-65-6 |
Einecs Nru 203-788-6 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-Einecs: |
But-2-yne-1,4-diol |
Isem ta' l-IUPAC: |
But-2-yne-1,4-diol |
Referent: |
Il-Ġermanja |
Klassifikazzjoni: |
C; R34 |
T; R23/25 |
|
Xn; R21-48/22 |
|
R43 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fir-Rapporti ta' Valutazzjoni dwar ir-Riskju komprensivi kif mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (14).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata l-aktar bħala intermedjarju fl-industrija kimika għall-produzzjoni ta' butanediol u butenediol. Użi oħra professjonali jinkludu l-użu tagħha bħala intermedjarju għas-sinteżi ta' polyols, insettiċidi, farmaċewtiċi u awżiljarji għall-industrija taż-żebgħa u tat-tessuti. Is-sustanza hi użata direttament bħala inibitur tas-sadid f'taħlitiet aċidużi fi prodotti ta' tindif tekniku għat-trattament tal-wiċċ tal-metall, li jġibhom ileqqu f'banjijiet galvaniċi u f'kimiċi organiċi li jneħħu ż-żebgħa. Fi prodotti għall-konsumatur tintuża' f'taħlitiet tat-tindif u f'diżinfettanti sanitarji.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li hemm bżonn miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-irritazzjoni lokali tas-sistema respiratorja konsegwenza ta' espożizzjoni minn dak li jinbela' mix-xamm darba li jiġi mill-produzzjoni u aktar ipproċessar tas-sustanza solida (biċċiet) fl-industrija kimika fuq skala kbira; |
— |
tħassib dwar l-irritazzjoni lokali tas-sistema respiratorja konsegwenza ta' espożizzjoni ripetuta li tirriżulta mill-fabbrikazzjoni u aktar ipproċessar tas-sustanza solida (biċċiet) fl-industrija kimika fuq skala kbira u fil-preparazzjoni ta' taħlitiet (fin-nuqqas ta' ventilazzjoni lokali għall-egżost); |
— |
tħassib dwar is-sensittività minħabba l-espożizzjoni tal-ġilda li tirriżulta mill-produzzjoni u aktar ipproċessar tas-sustanza fl-industrija kimika fuq skala kbira, fil-preparazzjoni ta' taħlitiet u fl-użu tagħha f'kimiċi organiċi li jneħħu ż-żebgħa. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karattaristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-mizuri li jnaqqsu r-riskji li diġà qed jiġu applikati huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA AKKWATIKA, L-ATMOSFERA u l-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji marbuta ma' l-isferi ambjentali msemmija hawn fuq. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji marbuta ma' l-isferi ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat għat-tnaqqis tar-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
PARTI 5
CAS Nru 75-56-9 |
Einecs Nru 200-879-2 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-Einecs: |
Methyloxirane |
Isem ta' l-IUPAC: |
Propylene oxide |
Referent: |
Ir-Renju Unit |
Klassifikazzjoni |
F+; R12 |
Carc. Cat. 2; R45 |
|
Muta. Cat. 2; R46 |
|
Xn; R20/21/22 |
|
Xi; R36/37/38 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula fil-Komunità Ewropea jew impurtata fiha kif deskritta fir-Rapporti dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji komprensivi kif mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (15).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata prinċipalment bħala monomeru fil-produzzjoni tal-polimeri u bħala intermedjarju fis-sintesi ta' sustanzi oħra. Użi oħra huma dawk bħala stabbilizzatur fid-dichloromethane u bħala addittiv ta' kontra s-sadid. Ma setgħetx tinkiseb informazzjoni dwar l-użu tal-volum totali tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea, għalhekk jista' jkun hemm xi użi li mhumiex koperti b'din il-valutazzjoni tar-riskju.
Din is-sustanza ma ġietx ittestjata biżżejjed għas-sensittività u konsegwentement il-valutazzjoni tar-riskju ma tevalwax ir-riskji għal kwalunkwe populazzjoni ta' dan il-punt aħħari. Dan it-test ma kienx meħtieġ, peress li s-sustanza ġiet identifikata bħala karċinoġenu bla limitu.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA, KONSUMATURI u NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li l-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji ma jistgħux jiġu esklużi għax-xenarji ta' espożizzjoni kollha, peress li s-sustanza hi identifikata bħala karċinoġenu bla limitu, iżda, il-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji huma diġà baxxi. Dan għandu jitqies meta titqies kemm huma adegwati l-kontrolli eżistenti u l-vijabbilità u l-prattiċità ta' aktar miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskju.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA u l-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li r-riskji marbuta ma' l-isferi ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li riskji marbuta ma' l-isferi ambjentali msemmija hawn fuq mhumiex mistennija. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex tnaqqas ir-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ.
Għall-KONSUMATURI U N-NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u n-nies mill-ambjent, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet skond id-Direttiva 76/769/KEE (16) (id-Direttiva dwar ir-reklamar u l-użu) fir-rigward tas-sustanzi CMR, id-Direttiva 2001/95/KE (sigurtà ġenerali dwar il-prodott) fir-rigward tal-prodotti (17), u d-Direttiva 96/61/KE (18) (prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis) huma meqjusa suffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji identifikati.
PARTI 6
CAS Nru 62-53-3 |
Einecs Nru 200-539-3 |
Formula Strutturali: |
C6H7N |
|
|
Isem ta' l-Einecs: |
Aniline |
Isem ta' l-IUPAC: |
Aminobenzene |
Referent: |
Il-Ġermanja |
Klassifikazzjoni (19): |
Carc. Cat. 3; R40 |
Muta Cat. 3; R68 |
|
T; R23/24/25-48/23/24/25 |
|
Xi; R41 R43 |
|
N; R50 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritt fir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv mgħoddi lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (20).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata l-aktar bħala intermedjarju fl-industrija kimika, biex tipproduċi methylenedianiline jew lastku. Użi oħrajn huma l-ipproċessar għal żebgħat, pestiċidi, farmaċewtiċi, fibri, eċċ.
Tista' toħroġ l-anilina waqt dawn ix-xenarji ta' produzzjoni u pproċessar. Barra minn dan, l-anilina hi komponent residwu taż-żebgħat u tal-kolla.
Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra li bihom in-nies u l-ambjent ikunu esposti għas-sustanza, partikolarment mit-tnaqqis mikrobijali ta' nitrobenżina, u mill-industrija tal-faħam u ż-żejt. Il-valutazzjoni tar-riskju li toħroġ minn dawn l-espożizzjonijiet, li ma jirriżultawx miċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea mhumiex parti minn dan il-valutazzjoni tar-riskju. Ir-Rapporti dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji komprensivi mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti ma jipprovdux iżda informazzjoni li tista' tintuża' biex tevalwa dawk ir-riskji.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar it-tossiċità akuta konsegwenza ta':
|
— |
tħassib dwar is-sensittività tal-ġilda konsegwenza ta' espożizzjoni tal-ġilda kkawżat mill-produzzjoni u minn aktar ipproċessar fl-industrija kimika fuq skala kbira (fil-każ ta' ingwanti mhux adattati), u l-użu ta' żebgħat b'residwi ta' l-anilina; |
— |
tħassib dwar l-effetti tossiċi sistemiċi konsegwenza ta':
|
— |
tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità fix-xenarji kollha fuq il-post tax-xogħol, minħabba li s-sustanza hi identifikata bħala karċinoġenu li m'għandux limitu. Minkejja dan, għax-xenarji tax-xogħol speċifiċi li ġejjin ir-riskji huma diġà baxxi:
|
Dan għandu jitqies ukoll meta wieħed iqis kemm huma adegwati l-kontrolli eżistenti u l-vijabbiltà u l-prattiċità ta' miżuri oħra speċifiċi li jnaqqsu r-riskju.
— |
tħassib dwar it-tossiċitàali tiżviluppa konsegwenza ta' espożizzjoni tal-ġilda f'każ ta' ingwanti mhux adattati kkawżata mill-produzzjoni u aktar ipproċessar fl-industrija kimika fuq skala kbira. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità konsegwenza ta' espożizzjoni kkawżata mill-użu ta' prodotti li fihom is-sustanza, peress li l-anilina hi identifikata bħala karċinoġenu bla limitu. |
Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
huma li jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti tossiċi sistemiċi, it-tossiċità li żviluppat, il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità konsegwenza ta' espożizzjoni li tirriżulta minn sorsi f'punti; |
— |
tħassib dwar il-mutaġeniċità u l-karċinoġeniċità konsegwenza ta' espożizzjoni li seta' kien hemm fuq livell reġjonali, peress li l-anilina hi identifikata bħala karċinoġenu bla limitu. Minkejja dan, l-espożizzjonijiet diġà huma baxxi ħafna u dan għandu jitqies meta wieħed iqis kemm huma adegwati l-kontrolli eżistenti u l-vijabbiltà u l-prattiċità ta' aktar miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskju. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA AKKWATIKA u l-MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
1. |
hija li hemm bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
L-informazzjoni u/jew ir-rekwiżiti tat-test huma:
|
2. |
li hemm bżonn miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskju; miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà għandhom jitqiesu. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA
1. |
hija li tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
L-informazzjoni u/jew ir-rekwiżiti tat-test huma:
|
2. |
li hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji; miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġa għandhom jitqiesu. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
|
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tinħtieġ informazzjoni aħjar biex tikkaratterizza biżżejjed ir-riskji għall-ħamrija agrikola mill-anilina bħala prodott tad-degradazzjoni ta' derivattivi tal-phenylurea u carbamate użati bħala prodotti li jipproteġu l-pjanti. |
L-informazzjoni u/jew ir-rekwiżiti tat-test huma:
— |
testijiet fit-tul fuq pjanti, ħniex u mikro-organiżmi. |
Minkejja dan, peress li r-riskju għall-ħamrija mit-tifrik ta' kimiċi li jipproteġu l-pjanti mhux kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (21) hu propost li dan jitqies fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (22).
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità hi ġeneralment meqjusa li tagħti qafas adegwat biex jitnaqqsu r-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat:
— |
li jiġu stabbiliti fuq il-livell tal-komunità valuri tal-limitu ta' espożizzjoni fuq ix-xogħol għall-Anilina skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (23), billi titqies l-azzjoni ta' l-użu fuq il-ġilda. |
PARTI 7
CAS Nru 103-11-7 |
Einecs Nru 203-080-7 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
2-ethylhexyl acrylate |
Isem ta' l-IUPAC: |
2-ethylhexyl acrylate |
Referent: |
Il-Ġermanja |
Klassifikazzjoni (24): |
Xi; R37/38 R43 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (25).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata l-aktar bħala monomeru fl-industrija kimika għall-produzzjoni ta' polimeri u kopolimeri, li huma prinċipalment ipproċessati aktar għal tixrid ta' polimeru kollu ilma. Il-polimeri u t-tixrid tal-polimeri huma użati fil-kolla u biex iwaħħlu fiż-żebgħat. Applikazzjonijiet oħra jinkludu materjal mhux raffinat ta' żebgħa li tiksi u użi fl-industriji tal-plastik u tat-tessuti. Barra minn hekk, 2-ethylhexyl acrylate hu użat bħala monomeru fl-industrija tal-kostruzzjoni, f'kimiċi (eż. kisjiet għall-art, sustanzi li bihom jimmarkaw it-toroq).
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti lokali konsegwenza ta' espożizzjoni ripetuta mix-xamm ikkawżata waqt il-formulazzjoni ta' preparazzjonijiet li fihom 2-ethylhexyl acrylate; |
— |
tħassib dwar is-sensittività tal-ġilda konsegwenza ta' espożizzjoni għall-ġilda kkawżata waqt il-produzzjoni ta' 2-ethylhexyl acrylate u l-polimerizzazzjoni, il-formulazzjoni ta' preparamenti u l-użu ta' formulazzjonijiet li fihom 2-ethylhexyl acrylate monomeriku fis-sengħa tal-bini. |
Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI u N-NIES ESPOST MILL-AMBJENT
huma li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi) hija
li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA u l-EKOSISTEMA TERRESTRI
huma li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJU
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex jitnaqqsu r-riskji tas-sustanza għall-ħaddiema safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
Fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat:
— |
Li jiġu stabbiliti fuq il-livell tal-Komunità valuri tal-limitu ta' espożizzjoni fuq ix-xogħol ta' 2-ethylhexyl acrylate skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (26). |
Il-kontrolli eżistenti huma meqjusa suffiċjenti biex inaqqsu r-riskji tas-sensittività tal-ġilda.
PARTI 8
CAS Nru 106-46-7 |
Einecs Nru 203-400-5 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
1,4-Dichlorobenzene |
Isem ta' l-IUPAC |
1,4-Dichlorobenzene |
Referent: |
Franza |
Klassifikazzjoni (27) |
Carc. Cat. 3; R40 |
Xi; R36; |
|
R 50/53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fir-Rapporti dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensivi kif mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (28).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata l-aktar bħala intermedjarju fl-industrija kimika, fil-formulazzjoni ta' repellents għall-insetti, air fresheners u tojlit blocks. Użi oħra huma bħala għajnuna fl-ipproċessar fil-produzzjoni ta' roti tat-tħin u bħala ġarriera għal żebgħat tat-tessuti.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar it-tossiċità sistemika ġenerali, il-karċinoġeniċità u t-tossiċità riproduttiva konsegwenza ta' espożizzjoni mix-xamm u għall-ġilda kkawżat mill-fabbrikazzjoni u l-użu (ta' formulazzjoni ta' prodotti intermedjarji li fihom is-sustanza u l-produzzjoni ta' roti tat-tħin); |
— |
tħassib dwar l-irritazzjoni għall-għajnejn u l-imnieħer konsegwenza ta' espożizzjoni għall-fwar ikkawżat waqt l-użu tal-formulazzjoni ta' prodotti li fihom is-sustanza u l-produzzjoni ta' roti tat-tħin. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija jinħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar il-karċinoġeniċità konsegwenza ta' espożizzjoni mix-xamm ikkawżata mill-użu ta' repellents ta' l-insetti, air fresheners u tojlit blocks. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA, IL-MIKRO-ORGANIŻMI TERRESTRI TA' L-EKOSISTEMA FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ u EFFETTI SPEĊIFIĊI MHUX MARBUTA MA' L-EKOSISTEMA RILEVANTI GĦALL-KATINA TA' L-IKEL
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji marbuta ma' l-isferi ambjentali msemmija hawn fuq. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex tnaqqas ir-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat li:
— |
il-Kumitat tal-Kummissjoni Xjentifika dwar il-Limiti ta' Espożizzjoni fuq ix-Xogħol (SCOEL) jirrevedi l-informazzjoni ġdida li hemm fir-rapport tal-valutazzjoni tar-riskju u jirrakkomanda jekk hemmx bżonn li jirrevedi l-OEL preżenti tal-komunità. |
Għall-KONSUMATURI
Hu rakkomandat:
— |
li jqis fuq il-livell tal-Komunità r-reklamar u juża' restrizzjonijiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (29) dwar l-użu ta' 1,4-dichlorobenzene fl-air fresheners, ir-repellents ta' l-insetti u toiletblocks. |
PARTI 9
CAS Nru 81-14-1 |
Einecs Nru 201-328-9 |
Formula strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
4'-tert-butyl-2',6'-dimethyl-3',5'-dinitroacetophenone |
Isem ta' l-IUPAC: |
3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone |
Referent: |
L-Olanda |
Klassifikazzjoni (30): |
Fil-laqgħa ta' Ġunju ta' l-2002 dwar l-ambjent u fil-laqgħa tas-CMR ta' Jannar 2003 ġie miftiehem bħala Carc. Cat. 3; R40 N; R50/53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritt fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti.
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata prinċipalment bħala ingredjent f'kompożizzjonijiet tal-fwieħa għal prodotti kożmetiċi.
Użi oħra huma d-diterġints, il-fabric softeners, prodotti għat-tindif tad-dar u prodotti oħra jfuħu.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA, IL-KONSUMATURI u N-NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar u l-ebda bżonn ta' miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk, li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà jitqiesu suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskju kkawżati mill-
ESPOŻIZZJONI MĦALLTA
hija li fil-preżent ma tinħtieġx aktar informazzjoni u/jew ittestjar u l-ebda bżonn ta' miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk, li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
meta wieħed iqis id-data fiżiko-kimika, musk ketone mhux meqjus li hu ta' riskju fir-rigward tal-karatteristiċi dwar kemm jaqbad, u jisplodi u jsir ossidanti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, l-EKOSISTEMA AKKWATIKA u l-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar u l-ebda bżonn ta' miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk, li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li:
— |
l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
PARTI 10
CAS Nru 117-81-7 |
Einecs Nru 204-211-0 |
Formula strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
Di-(2-ethylhexyl) phthalate (DEHP) |
Isem ta' l-IUPAC: |
Bis(2-ethylhexyl)phthalate |
Referent: |
L-Iżvezja |
Klassifikazzjoni (31): |
Repr. Cat. 2; R60-61 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (32).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata prinċipalment (97 %) bħala plasticizer (biex itejjeb il-flessibbilità u t-tħaddim tal-materjal tal-polimeru) fi prodotti tal-polimeru, l-aktar il-PVC.
PVC flessibbli hu użat f'diversi oġġetti differenti, eż. ġugarelli, materjal tal-bini bħal dak li jitqiegħed fl-art, kejbils, profili u soqfa, kif ukoll prodotti mediċi bħal basktijiet tad-demm, tagħmir tad-dijalisi eċċ. DEHP hu użat ukoll fi prodotti oħra tal-polimeru, eż. reżina tal-vinil u plastik taċ-ċelluloża ester.
Użi oħra (3 %) huma għall-applikazzjonijiet mhux tal-polimeru bħall-kolla u s-sealant, il-verniċ u ż-żebgħa, linka għall-istampar fuq il-karti u l-plastik, linka għall-istampar fuq it-tessuti, il-lastku u ċ-ċeramika għall-użi elettroniċi. Użu ieħor huwa bħala fluwidu dielettriku fil-capacitors.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li m'hemmx bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti testikolari, il-fertilità, it-tossiċità għall-kliewi minħabba espożizzjoni ripetuta, u t-tossiċità li tiżviluppa konsewgenza ta' espożizzjoni mix-xamm u tal-ġilda waqt il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-użu aħħari industrijali ta' preparazzjonijiet jew materjal li fih id-DEHP |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li jeħtieġu miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib għat-tfal fir-rigward ta' l-effetti testikolari, il-fertilita u t-tossiċita għall-kliewi minħabba espożizzjoni ripetuta, konsegwenza ta' espożizzjoni orali kkaġunata mill-użu ta' ġugarelli u oġġetti għall-kura tat-tfal; |
— |
tħassib dwar it-tfal li jgħaddu minn trasfużjonijiet tad-demm fit-tul u neonati li jgħaddu minn trasfużjonijiet fir-rigward tat-tossiċita testikolari u l-fertilita, minħabba espożizzjoni minn materjal fit-tagħmir mediku li fih id-DEHP; |
— |
tħassib għall-adulti li jgħaddu minn haemodialisi fit-tul fir-rigward ta' l-effetti testikolari, il-fertilita, it-tossiċita għall-kliewi minħabba espożizzjoni ripetuta, u t-tossiċita li tiżviluppa, konsegwenza ta' espożizzjoni minn materjal fit-tagħmir mediku li fih id-DEHP. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija jinħtieġu miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji; miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġa għandhom jitqiesu. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib għat-tfal fir-rigward ta' l-effetti testikolari, il-fertilita, u t-tossiċita għall-kliewi minħabba espożizzjoni ripetuta, konsegwenza ta' espożizzjoni mill-ikel imkabbar lokalment ħdejn siti li jipproċessaw il-polimeri bid-DEHP, jew siti li jipproduċu s-sealants u/jew il-kolla, iż-żebgħa u l-verniċ jew linka għall-istampar bid-DEHP. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażati fuq data pprogrammata dwar l-emissjoni. M'hemm l-ebda tħassib dwar in-numru limitat ta' siti li rrappurtaw data mkejla dwar l-emissjoni; |
— |
tħassib għat-tfal fir-rigward tat-tossiċita testikolari, konsegwenza ta' espożizzjoni mill-ikel imkabbar lokalment ħdejn siti li jirriċiklaw il-karti jew impjanti tat-trattament tad-drenaġġ muniċipali. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażata fuq data pprogrammata dwar l-emissjoni. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Il-miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA AKKWATIKA
hija li hemm bżonn li jitnaqqsu r-riskji; miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà għandhom jitqiesu. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-għasafar li jieklu l-molluski esposti għad-DEHP ħdejn siti li jipproċessar il-polimeri bid-DEHP jew siti li jipproduċu s-sealants u/jew il-kolla bid-DEHP. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażati fuq data pprogrammata dwar l-emissjoni. M'hemm l-ebda tħassib għan-numru limitat ta' siti li rrappurtaw data mkejla dwar l-emissjonijiet. |
Tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib għall-organiżmi li jgħixu fin-naqal konsegwenza ta' espożizzjoni għad-DEHP ħdejn siti li jipproċessaw il-polimeri bid-DEHP jew siti li jipproduċu l-verniċ, iż-żebgħa, linka għall-istampar, sealants u/jew kolla bid-DEHP. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażati fuq data pprogrammata dwar l-emissjonijiet. M'hemm l-ebda tħassib għan-numru limitat ta' siti li rrappurtaw data mkejla dwar l-emissjonijiet. |
Aktar irfinar tal-valutazzjoni jista' jneħħi xi ftit mit-tħassib. Iżda l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar l-immaniġjar tar-riskju biex jindirizzaw ir-riskji identifikati għal sferi ambjentali oħra se telimina l-bżonn ta' aktar informazzjoni dwar organiżmi li jgħixu fin-naqal.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li hemm bżonn li jitnaqqsu r-riskji; miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġa għandhom jitqiesu. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar il-mammiferi li jikkonsmaw il-ħniex esposti għad-DEHP ħdejn siti li jipproċessaw il-polimeri bid-DEHP jew siti li jipproduċu l-verniċ, iż-żebgħa, il-linka għall-istampar, is-sealants u/jew il-kolla bid-DEHP. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażati fuq data pprogrammata dwar l-emissjonijiet. M'hemm l-ebda tħassib dwar in-numru limitat ta' siti li rrappurtaw data mkejla dwar l-emissjonijiet. |
Tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-organiżmi tal-ħamrija esposti għad-DEHP ħdejn siti li jipproċessaw il-polimeri bid-DEHP jew siti li jipproduċu linka għall-istampar, sealants u/jew kolla bid-DEHP. Ix-xenarji li jqajmu tħassib huma xenarji ġeneriċi bbażati fuq data pprogrammata dwar l-emissjonijiet. M'hemm l-ebda tħassib dwar in-numru limitat ta' siti li rrappurtaw data mkejla dwar l-emissjonijiet. |
Aktar raffinar tal-valutazzjoni jista' jneħħi xi ftit mit-tħassib. Iżda l-implimentazzjoni ta' miżuri dwar l-immaniġjar tar-riskju biex tindirizza r-riskji identifikati għal sferi oħra ambjentali se telimina l-bżonn għal aktar informazzjoni dwar l-organiżmi tal-ħamrija.
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskji aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri dwar it-tnaqqis tar-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex tillimita r-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika. Fi ħdan dan il-qafas hu rakkomandat:
— |
li jiġu stabbiliti fuq il-livell tal-komunità valuri tal-Limiti ta' Espożizzjoni fuq ix-Xogħol għad-DEHP skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (33). |
Għall-KONSUMATURI
Hu rakkomandat:
— |
li jiġi ristrett l-użu tad-DEHP f'materjal ta' l-ippakkjar għall-ikel [Materjal tal-Plastik f'kuntatt ma' l-Ikel (2002/72/KE)] (34) |
— |
li wieħed iqis li jirristrinġi l-użu tad-DEHP f'tagħmir mediku li jagħti lok għal espożizzjoni possibbli tat-trabi li jkun għadhom jitwieldu u gruppi identifikati li jqajmu tħassib skond il-proċedura stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KE (35) li tikkonċerna t-tagħmir mediku, billi wieħed jassumi li jeżistu alternativi siguri. |
Fir-rigward ta' l-użu tad-DEHP mill-konsumaturi, il-miżuri leġiżlattivi fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (36) (id-Direttiva dwar ir-Reklamar u l-Użu) fir-rigward ta' sustanzi CMR u d-Direttiva 2005/84/KE (37) dwar phthalates fil-ġugarelli u oġġetti għall-kura tat-tfal huma meqjusa suffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji identifikati għall-konsumaturi.
IN-NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT indirettament
Fi ħdan il-qafas tal-miżuri leġiżlattivi eżistenti skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (id-Direttiva dwar ir-Reklamar u l-Użu) hu rakkomandat li:
— |
jitqiesu fuq il-livell tal-Komunità restrizzjonijiet dwar l-użu tad-DEHP fi twaħħil industrijali għall-ipproċessar tal-polimeri bid-DEHP (tfigħ ‘il barra, calendaring, kisi mifrux) u biex jiġu prodotti sealants u/jew kolla, żebgħa u verniċ jew linka għall-istampar bid-DEHP, minbarra t-twaħħil li m'għandux emissjonijiet tad-DEHP fl-ambjent kif ukoll installazzjonijiet fejn l-emissjonijiet tad-DEHP huma kontrollati b'mod adegwat. Kontroll adegwat jista' eż. jintlaħaq permezz ta' trattament effiċjenti ta' l-arja ta' l-egżost u kanali li minnhom jgħaddi d-drenaġġ. L-effiċjenza fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet għandha tiġi dokumentata sabiex tkun tista' tiġi segwita mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri; |
— |
jitqies, f'perjodu taż-żmien raġonevoli, il-bżonn ta' restrizzjonijiet fuq il-livell tal-Komunità minħabba emissjonijiet fl-ilma minn prodotti li fihom id-DEHP, billi titqies kwalunkweinformazzjoniaddizzjonali. |
PARTI 11
CAS Nru 108-95-2 |
Einecs Nru 203-632-7 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
Phenol |
Isem ta' l-IUPAC: |
Phenol |
Referent: |
Il-Ġermanja |
Klassifikazzjoni: (38) |
T; R23/24/25 |
C; R34 |
|
Xn; R48/20/21/22 |
|
Muta Cat. 3; R68 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (39).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata prinċipalment bħala intermedjarju fil-produzzjoni tal-bisphenol A, reżini tal-phenol, alkylphenols, caprolactam, salicylic acid, nitrophenols, diphenyl ethers, halogen phenols u kimiċi oħra.
Użi oħra bħala komponent f'kożmetiċi u preparazzjonijiet mediċi kif ukoll f'bijoċidi li mhumiex agrikoli, kolla u aġenti li jimlew.
Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta' espożizzjoni għas-sustanza min-nies u mill-ambjent, b'mod partikolari, meta jintreħa l-phenol bħala prodott tal-metaboliżmu uman u tat-tkabbir ta' l-annimali, mill-ipproċessar tal-faħam u l-fabbrikazzjoni tal-polpa u mill-miżbliet, li ma jirriżultax miċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea. Il-valutazzjoni tar-riskji li toħroġ minn dawn l-espożizzjonijiet mhix parti minn din il-valutazzjoni tar-riskju. Ir-Rapporti dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensivi mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti ma jipprovdux iżda informazzjoni li tista' tintuża' biex tevalwa dawn ir-riskji.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA
hija li hemm bżonn miżuri speċifiċi biex inaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti tossiċi akuti (sistemiċi) konsegwenza ta' espożizzjoni mix-xamm, li tirriżulta mill-formulazzjoni ta' reżini fenoliċi; |
— |
tħassib dwar l-effetti tossiċi akuti (sistemiċi) konsegwenza ta' espożizzjoni tal-ġilda, li tirriżulta mill-użu ta' reżini fenoliċi f'tekniki ta' l-isprejar; |
— |
tħassib dwar is-sadid wara li jkun hemm kuntatt mal-ġilda u kuntatt ma' l-għajnejn li jirriżulta mix-xenarji kollha ta' espożizzjoni tal-ġilda (produzzjoni u aktar ipproċessar, formulazzjoni u użu ta' reżini fenoliċi); |
— |
tħassib dwar l-effetti sistemiċi konsegwenza ta' espożizzjoni ripetuta mix-xamm li tirriżulta mix-xenarji kollha (produzzjoni u aktar ipproċessar, formulazzjoni u użu ta' reżini fenoliċi); |
— |
tħassib dwar l-effetti sistemiċi konsegwenza ta' espożizzjoni tal-ġilda mtennija li tirriżulta mill-formulazzjoni ta' reżini fenoliċi u l-użu ta' reżini fenoliċi f'tekniki ta' l-isprejar. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
KONSUMATURI
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-irritazzjoni tal-ġilda konsegwenza ta' espożizzjoni li tirriżulta mill-użu ta' phenol li fih id-diżinfettanti; |
— |
tħassib dwar l-effetti sistemiċi konsegwenza ta' espożizzjoni ripetuta mix-xamm li tirriżulta mill-phenol f'lostru ta' l-art; |
— |
tħassib dwar l-effetti sistemiċi konsegwenza ta' espożizzjoni ripetuta tal-ġilda kkawżata mill-phenol fid-diżinfettanti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għan-
NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti sistemiċi konsegwenza ta' espożizzjoni orali ripetuta minn espożizzjoni lokali indiretta minn friegħi tal-pjanti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ATMOSFERA, L-EKOSISTEMA AKKWATIKA u l-EKOSISTEMA TERRESTRI
hija li fil-preżent m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
MIKRO-ORGANIŻMI FL-IMPJANT TAT-TRATTAMENT TAD-DRENAĠĠ
hija li jinħtieġu miżuri speċifiċi li jnaqqsu r-riskji. Il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
tħassib dwar l-effetti fuq il-mikro organiżmi fl-impjanti industrijali tat-trattament tad-drenaġġ fi 8 siti tal-produzzjoni u pproċessar jew sempliċement ipproċessar. |
STRATEĠIJA GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJI
Għall-ĦADDIEMA
Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema li hemm fis-seħħ bħalissa fuq il-livell tal-Komunità ġeneralment titqies li tagħti qafas adegwat biex tillimita r-riskji tas-sustanza safejn hu meħtieġ u għandha tapplika.
L-AMBJENT U N-NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat sorsi oħra ta' emissjonijiet tal-phenol (minn phenol mhux iżolat, eż mit-tisjir, mill-gassifikazzjoni u likwifazzjoni tal-faħam, ir-raffineriji u l-fabbrikazzjoni tal-polpa, bħala prodott tal-metaboliżmu uman jew ta' l-annimali jew mill-miżbliet), minbarra dawk mill-kimika prodotta jew impurtata. Il-bżonn li jitqies jekk l-immaniġġjar tar-riskju addizzjonali hux meħtieġ jista' jitqies l-aħjar permezz tad-Direttiva 2000/60/KE (40) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) u l-leġiżlazzjoni li jmiss dwar il-protezzjoni tal-ħamrija bl-użu ta' l-informazzjoni fir-rapport komprensiv dwar il-valutazzjoni tar-riskju.
Il-miżuri leġiżlattivi eżistenti dwar il-ħarsien ta' l-ambjent huma meqjusa suffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-miżbliet mingħajr sistemi li jiġbru dak il-likwidu li joħroġ mill-miżbliet (1999/31/KE (41)).
PARTI 12
CAS Nru 81-15-2 |
Einecs Nru 201-329-4 |
Formula Strutturali: |
|
Isem ta' l-EINECS: |
5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene |
Isem ta' l-IUPAC: |
1-tert-butyl-3,5-dimethyl-2,4,6-trinitrobenzene |
Referenti: |
L-Olanda |
Klassifikazzjoni: (42) |
Carc. Cat. 3; R40 E; R2 N; R50/53 |
Il-valutazzjoni tar-riskju hi bbażata fuq prassi preżenti marbuta maċ-ċiklu sħiħ tas-sustanza magħmula jew impurtata fil-Komunità Ewropea kif deskritta fil-valutazzjoni tar-riskju mgħoddija lill-Kummissjoni mill-Istat Membru Referenti (43).
Il-valutazzjoni tar-riskju, abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, iddeterminat li fil-Komunità Ewropea s-sustanza hi użata prinċipalment bħala ingredjent f'kompożizzjonijiet tal-fwieħa għall-prodotti kożmetiċi.
Użi oħra bħal diterġents, fabric softeners, prodotti għat-tindif tad-dar u prodotti oħra li jfuħu.
VALUTAZZJONI TAR-RISKJU
A) SAĦĦET IL-BNIEDEM
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
ĦADDIEMA, KONSUMATURI u NIES ESPOSTI MILL-AMBJENT
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar u l-ebda bżonn ta' miżuri li jnaqqsu r-riskji aktar minn dawk, li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskji li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mill-
ESPOŻIZZJONI MĦALLTA
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar u l-ebda bżonn ta' miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk, li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li l-valutazzjoni tar-riskju turi li mhumiex mistennija riskji. Miżuri li jnaqqsu r-riskju li qed jiġu applikati diġà huma meqjusa suffiċjenti. |
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għal
SAĦĦET IL-BNIEDEM (karatteristiċi fiżikokimiċi)
hija li bħalissa m'hemmx bżonn aktar informazzjoni u/jew ittestjar jew miżuri li jnaqqsu r-riskju aktar minn dawk li qed jiġu applikati diġà. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba:
— |
li d-data fiżiko-kimika, 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (musk xylene) mhix meqjusa li tifforma riskju fir-rigward tal-karatteristiċi ossidanti; |
— |
Ġie innutat li l-musk xylene jista' jaqbad u jisplodi jekk jiġi xxukkjat u bis-sħana, u għandu jiġi ttikkettjat għal dawn l-aspetti. Għalhekk, huma indikati l-miżuri biex ikun evitat li jaqbdu u li jisplodu. Jekk wieħed iħares il-kundizzjonijiet ta' tqandil u ħżien, m'hemm l-ebda tħassib dwar ir-riskji għal saħħet il-bniedem li jirriżultaw mill-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-musk xylene. |
B) L-AMBJENT
Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tar-riskji għall-
AMBJENT
hija li tinħtieġ aktar informazzjoni u/jew ittestjar. Din il-konklużjoni ntlaħqet minħabba li s-sustanza hi meqjusa bħala kimika kandidata PBT. Hi proposta strateġija oħra ta' l-ittestjar tal-PBT.
(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE tas-6 t'Awissu, li tadatta għall-progress tekniku għat-28 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 225, 21.8.2001).
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni li tadatta għall-progress tekniku għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (għadhamhix ippubblikata).
(3) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jistgħu jinstabu fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(4) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.
(5) ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1.
(6) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta'April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(8) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(9) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(10) Id-Direttiva tal-Kummissjoni li tadatta għall-progress tekniku għat-30 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (għadhamhix ippubblikata).
(11) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(12) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(13) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(14) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(15) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(16) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(17) ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.
(18) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.
(19) Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta’April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(20) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(23) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(24) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta’April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(25) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll is-sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(26) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(27) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hi stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(28) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(29) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(30) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hi stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni [li trid tiġi ppubblikata fil-31 ATP)] li tadatta għall-progress teknika għall-31 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi, kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/73/KE.
(31) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hi stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE tas-6 ta’ Awissu 2001 li tadatta għall-progress tekniku għat-28 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 225, 21.8.2001).
(32) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(33) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
(34) ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.
(35) ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1.
(36) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(37) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 40.
(38) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta’ April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(39) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv, kif ukoll sommarju tiegħu, jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/
(40) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
(41) ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.
(42) Il-klassifikazzjoni tas-sustanza hi stabbilita mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE tad-29 ta' April 2004 li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar il-qrubija tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi marbuta mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 152, 30.4.2004).
(43) Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju komprensiv jista' jinstab fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Uffiċċju Ewropew għall-Kimiċi: http://ecb.jrc.it/existing-substances/