Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0112(03)

    Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 22 ta' Marzu 2006 dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE (Każ COMP/38.173 — Bejgħ konġunt tad-drittijiet tal-media għall-FA Premier League) [notifikata bid-dokument numru C (2006) 868]

    ĠU C 7, 12.1.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 7/18


    Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-22 ta' Marzu 2006

    dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE

    (Każ COMP/38.173 — Bejgħ konġunt tad-drittijiet tal-media għall-FA Premier League)

    [notifikata bid-dokument numru C (2006) 868]

    (It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

    (2008/C 7/10)

    Fl-22 ta' Marzu 2006 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE. Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut ewlieni tad-Deċiżjoni, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni ta' l-interessi kummerċjali tagħhom. Verżjoni mhux kunfidenzjali tat-test sħiħ tad-deċiżjoni tinsab fil-lingwi awtentiċi tal-każ fuq is-sit ta' l-internet tad-DĠ COMP fl-indirizz li ġej:

    http://ec.europa.eu/comm/competition/antitrust/cases/index/by_nr_76.html#i38_173

    (1)

    Id-deċiżjoni tirrigwarda lil Football Association Premier League Limited (FAPL). Is-suġġett tal-proċedura huma l-arranġamenti ta' bejgħ konġunt orizzontali stabbiliti mill-klabbs tal-futbol fil-Premier League għall-użu fir-Renju Unit tad-drittijiet tal-media għall-logħbiet tal-futbol tal-Premier League.

    (2)

    Fil-valutazzjoni preliminari, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm dubji dwar il-kumpatibilità ta' ċerti aspetti ta' dawn l-arranġamenti ta' bejgħ konġunt orizzontali ma' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat u li l-arranġamenti ma kinux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE.

    (3)

    Wara l-valutazzjoni preliminari, l-FAPL ipproponiet li tidħol għal impenji, li wara ġew emendati sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet relevanti tat-terzi interessati. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn l-impenji issa huma suffiċjenti sabiex jindirizzaw id-dubji li ġew identifikati mill-valutazzjoni preliminari tagħha u l-osservazzjonijiet imressqa mit-terzi interessati.

    (4)

    L-impenji jintroduċu kompetizzjoni akbar fil-kummerċjalizzazzjoni (marketing) tad-drittijiet tal-Premier League, jipprovdu proċedura tal-bejgħ li hija trasparenti u mhux diskriminatorja, jiżguraw li l-ebda xerrej wieħed ma jkun jista' jixtri d-drittijiet kollha televiżivi live, itejbu l-aċċessibilità tal-kontenut għall-operaturi tat-televiżjoni, ir-radju u l-media l-ġodda, u jassiguraw li d-drittijiet kollha jkunu disponibbli fuq is-suq.

    (5)

    Id-deċiżjoni tikkonkludi li fid-dawl ta' l-impenji offruti mill-FAPL, kif emendati permezz ta' l-osservazzjonijiet relevanti minn terzi interessati, m'hemmx aktar raġuni sabiex il-Kummissjoni tieħu azzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, il-proċediment għandu jingħalaq.

    (6)

    L-impenji għandhom jorbtu lill-FAPL u għandhom japplikaw għall-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u l-użu tad-drittijiet tal-Premier League għal sitt staġuni b'effett mill-istaġun 2007/8.

    (7)

    Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-13 ta' Marzu 2006.


    (1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).


    Top