EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008TA1205(023)

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (EUROFOUND) għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

ĠU C 311, 5.12.2008, p. 156–163 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 311/156


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (EUROFOUND) għas-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Fondazzjoni

(2008/C 311/23)

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7-10

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti tal-Fondazzjoni

INTRODUZZJONI

1.

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Fondazzjoni”) kienet imwaqqfa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 (1). L-għan tagħha huwa li tikkontribwixxi għall-ippjanar u t-twaqqif ta' kondizzjonijiet ta’ ħajja u ta' xogħol aħjar fl-Unjoni Ewropea billi żżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett.

2.

It-Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Fondazzjoni. Sommarju tad-data prinċipali meħuda mir-rendikonti finanzjarji ppreparati mill-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2007 huwa ppreżentat fit-Tabelli 2, 3 u 4 għal skopijiet ta' informazzjoni.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skond l-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2). Ġiet ippreparata wara eżami tal-kontijiet tal-Fondazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja mitmuma fil-31 ta' Diċembru 2007 (3) ġew ippreparati mid-Direttur tagħha, skond l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 u mibgħuta mill-Qorti, li hija meħtieġa li tagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta' l-Etika ta' l-IFAC u l-ISSAI (4), sa fejn dawn huma applikabbli fil-kuntest tal-Komunità Ewropea. Il-verifika ġiet ippjanata u mwettqa sabiex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-Dikjarazzjoni espressa hawn taħt:

Affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2007, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Legalità u regolarità tat-tranżazzjonjiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jpoġġux f'diskussjoni d-Dikjarazzjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONIJIET

7.

Il-baġit ta' l-2007 tal-Fondazzjoni kien jammonta għal 20,2 miljun euro meta mqabbel ma' 19,8 miljun euro għas-sena ta' qabel. Huwa kien jinkludi kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni sabiex tipprepara għas-sħubija futura tal-Kroazja u t-Turkija. Dawn il-kontribuzzjonijiet imisshom ġew ikkunsidrati bħala dħul assenjat fil-baġit, imma dan ma kienx il-każ. Din is-sitwazzjoni ma kinitx konformi mar-Regolament Finanzjarju.

8.

Il-VAT rekuperabbli għas-sena finanzjarja 2007 ta' 376 611 euro ma kinitx ikklejmjata sa tmiem is-sena. Il-klejms tal-VAT għandhom jiġu rkuprati perjodikament matul is-sena. Din is-sitwazzjoni ma kkonformatx mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba.

9.

Fil-każ tal-proċeduri ta' reklutaġġ, la l-piż tal-kriterji ta' l-għażla u lanqas il-punteġġi minimi li jkunu jridu jiġu milħuqa ma ġew deċiżi mill-Bord ta' l-Għażla sa mit-tluq. Barra minn hekk, f'każ wieħed il-kriterji ta' l-għażla definiti kienu jew mhux konformi ma' l-avviż ta' xogħol battal jew baqgħu vagi. Dan ma żgurax proċeduri trasparenti u mhux diskriminatorji.

10.

Rigward proċeduri ta' l-akkwist pubbliku, l-anomaliji segwenti kienu osservati: proċedura ta' evalwazzjoni finanzjarja għal kuntratt mhux speċifikata b'mod ċar fid-dokumenti ta' l-offerta pubblika u kriterji ta' l-għażla li ma jippermettux twettiq kif suppost ta' evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-kandidati (5). Dawn in-nuqqasijiet tellfu l-kwalità tal-proċedura u rriskjaw li jippreġudikaw l-għażla finali.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-18 ta' Settembru 2008.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  Dawn il-kontijiet ġew magħmula fit-30 ta’ Ġunju 2008 u rċevuti mill-Qorti fit-18 ta’ Lulju 2008.

(4)  Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) u l-Istandards Internazzjonali ta' l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Verifika (ISSAI).

(5)  Tliet każijiet.


 

Tabella 1

Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Dublin)

Oqsma ta' kompetenzi Komunitarji stipulati fit-Trattat

Kompetenzi tal-Fondazzjoni kif definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 kif emendat mit-Regolament (KE) Nru 1111/2005

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Fondazzjoni

(Data għall-2006)

Attivitajiet u servizzi provduti

“Il-Komunità u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali, … għandu jkollhom bħala mira … it-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja … il-Komunità għandha ssostni u tikkomplimenta l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri f’dawn l-oqsma li ġejjin; … b) kondizzjonijiet tax-xogħol; ċ) is-sigurtà soċjali u l-ħarsien soċjali tal-ħaddiem; d) il-protezzjoni tal-ħaddiem meta l-kuntratt ta’ l-impjieg tagħhom ikun mitmum; e) informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiem;f) ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva ta’ l-interessi tal-ħaddiem u ta’ min iħaddem, inkluża l-kodeterminazzjoni, g) il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg għal persuni ta’ ċittadinanza ta’ pajjiżi terzi li jgħixu legalment fit-territorju tal-Komunità; ħ) l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq ta’ l-impieg; i) l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa…”

(L-Artikoli 136 u 137 ta-Trattat)

Objettivi

L-għan tal-Fondazzjoni huwa li tikkontribwixxi għat-twaqqif ta' kondizzjonijiet tal-ħajja u tax- xogħol aħjar billi żżid u xxerred għarfien li huwa relevanti għal dan is-suġġett. B'mod partikolari, hija meħtieġa li tikkunsidra l-oqsma li ġejjin:

Il-bniedem meta jkun fuq ix-xogħol.

L-organizzazzjoni tax-xogħol u partikolarment id-disinn ta' l-impjieg.

Problemi li jirrigwardaw ċertu kategoriji ta' ħaddiema,

Aspetti fit-tul dwar it-titjib ta' l-ambjent.

It-tqassim ta' attivitajiet umani fl-ispazju u fiż-żmien.

Kompiti

Biex issaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni u esperjenza f'dawn l-oqsma.

Biex tiffaċilita l-kuntatt bejn l-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta' studju u riċerka, organizzazzjonijiet u amministrazzjonijiet soċjali u ekonomiċi.

Biex twettaq studji jew biex tikkonkludi kuntratti ta' studji u biex tipprovdi assistenza għal proġetti pilota.

Biex tikkoopera mill-viċin kemm jista' jkun ma' istituti speċjalizzati fl-Istati Membri u fil-livell internazzjonali.

1.   Il-Bord Amministrattiv (BA)

Minn kull Stat Membru: rappreżentant wieħed mill-gvern, rappreżentant wieħed minn organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u rappreżentant wieħed tal-ħaddiema.

Tliet rappreżentanti mill-Kummissjoni.

2.   Il-bureau tal-BA

Magħmul minn 11-il membru; tliet membri minn kull wieħed mill-imsieħba soċjali u l-gvernijiet, tnejn mill-Kummissjoni.

Huwa jimmonitorja l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-BA u jieħu miżuri sabiex jassigura ġestjoni kif suppost bejn il-laqgħat tal-BA.

3.

Id-Direttur huwa maħtur mill-Kummissjoni minn lista ta' kandidati ppreżentata mill-BA, huwa jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-BA u tal-Bureau tal-BA u jmexxi l-Fondazzjoni.

4.

Il-Kumitati Konsultattivi huma magħmula minn mhux aktar minn 3 membri mill-Kummissjoni, gvernijiet u msieħba soċjali, bil-għan li jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti kbar u dwar l-evalwazzjoni tar-riżultati.

5.   Verifika esterna

Il-Qorti ta' l-Awdituri.

6.   Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Baġit finalibgħall-2007:

20,2 million Euro (19,8 milljun euro)

Persunal f'Diċembru 2007:

94 (94) kariga provduta fil-pjan ta' twaqqif, minn liema 84 (89) kienu okkupati

Persunal ieħor:

Esperti Nazzjonali ssekondati u persunal ta' aġenzija ta' l-impjiegi: 3 (1)

Aġenti Kontrattwali: 10 (9)

Total tal-persunal impjegat: 97 (99)

Attivitajiet operattivi: 55 (58)

Kompiti amministrattivi: 30 (32)

Varji: 4 (4)

Monitoraġġ u stħarriġ:

Osservatorju Ewropew tar-Relazzjonijiet Industrijali (EIRO), Osservatorju Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCO) u l-Monitor Ewropew tar-Ristrutturar (ERM);

ir-4 Stħarriġ Ewropew tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol: analiżi sekondarja (temi ta' ġeneri u ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, l-età tal-ħaddiema li qed tavvanza, organizzazzjoni tax-xogħol, ħin tax-xogħol u intensità tax-xogħol …);

Stħarriġ Ewropew fuq il-ħin tax-xogħol u l-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol: ħames rapporti ppubblikati fl-2007. Preparazzjonijiet għat-tieni stħarriġ.

Impjiegi u ristrutturar:

Xogħol mhux iddikkjarat;

Każijiet ta' studju tal-Monitor Ewropew tar-Ristrutturar;

Servizz ta' informazzjoni għall-partijiet interessati.

Il-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol:

Postijiet tax-xogħol ta' attrazzjoni għal kulħadd;

Flessibilita u sigurtà tal-ħajja;

Tibdiliet fl-istruttura tax-xogħol.

Relazzjonijiet industrijali u sħubija:

Kodiċi ta' kondotta u ftehimiet qafas;

Bini ta' kapaċità għal-livelli settorjali u lokali; djalogu soċjali fl-UE 10;

Ħin tax-xogħol u relazzjonijiet industrijali.

Il-Koeżjoni soċjali u l-kwalità tal-ħajja:

Rwol ta' l-awtoritajiet nazzjonali fl-integrazzjoni ta' l-emigranti;

Żviluppi fis-servizzi ta' teħid ta' ħsieb tat-tfal f'żoni żvantaġġjati;

Promozzjoni tal-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa rurali.

Komunikazzjoni u qsim ta' ideat u esperjenzi:

376 pubblikazzjoni, 1,57 miljun sessjoni ta' utenti (medja ta' 4 303/ġurnata);

37 attività ta' l-istampa, 45 stqarrija għall-istampa, 28 % ogħla fuq l-2006;

1 126 artiklu b'valur ta' reklamar ekwivalenti (AVE) għal 2,1 miljun euro, li laħqu madwar58 765 000 persuna, 80 % ogħla mill-32 536 000 fl-2006. 252 inkjesta ġurnalistika, +9 % ogħla mis-sena preċedenti;

Kampanja ta' promozzjoni Ir-Raba' Stħarriġ dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol: xi jgħidu l-ħaddiema, “Il-Kwalità tal-Ħajja fit-Turkija”;

Roadshows f'ħames pajjiżi;

Seminarji tan-Netwerk tal-Kumpaniji dwar id-Diversità fl-Ewropa u t-Tibdil Ambjentali;

Serje ta' Seminars tal-Fondazzjoni “Żgħażagħ u Xogħol”;

Ċentri Nazzjonali ta' Kuntatt li jkopru 10 Stati Membri;

16-il wirja;

58 żjara lill-Fondazzjoni, inkluż mill-President Finlandiż.

Sors: informazzjoni mogħtija mill-Fondazzjoni.


Tabella 2

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (Dublin) — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007

(1000 euro)

Dħul ieħor (1)

Dħul ieħor (1)

Sors ta' dħul

Dħul inkluż fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul miġbur

 

Approprijazzjonijiet għas-sena finanzjarja

Approprijazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

mdaħħla

impenjati

mħallsa

miġjuba 'l quddiem

annullati

disponibbli

mħallsa

annullati

Sussidji komunitarji

19 600

19 600

Titolu I

Persunal

10 687

10 260

10 084

243

360

120

94

26

Sussidji oħrajn

300

340

Titolu II

Amministrazzjoni

1 272

1 190

892

370

10

635

567

68

Dħul ieħor

280

321

Titolu III

Attivitajiet operattivi

8 221

7 943

3 712

4 397

112

3 557

3 410

147

Total

20 180

20 261

Total

20 180

19 393

14 688

5 010

482

4 312

4 071

241

Sors: Data mogħtija mill-Fondazzjoni — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha. Dħul miġbur u pagamenti huma stmati fuq bażi tal-likwidità.


Tabella 3

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (Dublin) — Kont tar-riżultat ekonomiku għas-snin finanzjarji 2007 u 2006

(1000 euro)

 

2007

2006

Dħul Operattiv

Sussidji komunitarji

19 600

19 000

Sussidji oħrajn

340

517

Dħul ieħor

884

248

Total (a)

20 824

19 765

Spejjeż Operattivi

Spejjeż tal-persunal

9 132

8 908

Spejjeż relatati ma' attiv fiss

608

724

Spejjeż amministrattivi oħra

2 416

2 106

Spejjeż relatati ma' operazzjonijiet

8 597

7 409

Total (b)

20 753

19 147

Bilanċ favur/(Kontra) minn attivitajiet Operattivi (c = a – b)

71

618

Dħul mill-operazzjonijiet finanzjarji (e)

0

0

Spejjeż minn operazzjonijiet finanzjarji (f)

4

10

Bilanċ favur/(Kontra) minn attivitajiet mhux Operattivi (g = e – f)

–4

–10

Riżultat Ekonomiku għas-sena (h = c+g)

67

608

Sors: Data mogħtija mill-Fondazzjoni — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha: dawn il-kontijiet huma ppreparati abbażi tad-dovuti.


Tabella 4

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (Dublin) — Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2007 u 2006

(1000 euro)

 

2007

2006

Attiv mhux kurrenti

Attiv fiss mhux tanġibbli

46

84

Attiv fiss tanġibbli

3 327

2 388

Attiv kurrenti

Finanzjament minn qabel ta' skadenza qasira

732

344

Riċevibbli ta' skadenza qasira

1 095

690

Likwidità u ekwivalenti likwidi

4 635

3 111

Total ta' l-attiv

9 835

6 617

Passiv kurrenti

Dispożizzjonijiet għal riskji u imposti

141

274

Kontijiet pagabbbli

3 695

1 643

Total tal-passiv

3 836

1 917

Attiv nett

5 999

4 700

Riżerva

Bilanċ favur/(kontra) akkumulat

5 932

4 092

Riżultat ekonomiku għas-sena

67

608

Kapital nett

5 999

4 700

Sors: Data mogħtija mill-Fondazzjoni — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha: dawn il-kontijiet huma ppreparati abbażi tad-dovuti.


(1)  Inkluż id-dħul assenjat.

Sors: Data mogħtija mill-Fondazzjoni — Din it-tabella tagħti sommarju tad-data mogħtija mill-Fondazzjoni fil-kontijiet annwali tagħha. Dħul miġbur u pagamenti huma stmati fuq bażi tal-likwidità.


IT-TWEĠIBIET TAL-EUROFOUND GĦALL-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI TA’ L-AWDITURI

7.

Mill-2008 ‘l hemm, inkorporajna il-linji tal-baġit R0 fl-ABAC u se nipproċedu b’mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet al-Qorti.

8.

Kien hemm dewmien fl-irkupru tal-VAT għall-2007 minħabba l-introduzzjoni tas-softwer finanzjarju ġdid ABAC. Il-VAT ġiet ipproċessata u rkuprata bis-sħiħ f’April ta’ l-2008

9.

L-Eurofound diġà adatta l-proċedura tiegħu ta’ reklutaġġ sabiex jindirizza l-kwistjonijiet mqajjma mill-Qorti.

10.

L-Eurofound kellu juża l-proċedura li ġiet ikkritikata minħabba xi inċertezzi buġetarji. Madanakollu, l-Eurofound huwa konfidenti li nkiseb l-aħjar valur għall-flus. Fil-ġejjieni, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prezz se jiġi iddefinit b’mod li jevita mill-bidu kull poter diskrezzjonarju.

Fir-rigward tal-kapaċità finanzjarja, Art. 135.2 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni jistipula li l-Eurofound jista’ jippreskrievi l-livelli minimi ta’ kapaċità. Fil-ġejjieni, l-Eurofound se jippreskrievi l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ livelli minimi ta’ kapaċità finanzjarja.


Top