Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008SC0573

    Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2005/730/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Portugall

    /* SEK/2008/0573 finali */

    52008SC0573

    Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tħassar id-Deċiżjoni 2005/730/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Portugall /* SEK/2008/0573 finali */


    MT

    (...PICT...)|KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ|

    Brussel 7.5.2008

    SEG(2008) 573 finali

    Rakkomandazzjoni għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tħassar id-Deċiżjoni 2005/730/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Portugall

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1. Sfond

    L-Artikoluº104 tat-Trattat jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw żbilanċi eċċessivi u jiffissa proċedura għall-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tagħhom. Il-proċedura kontra defiċit eċċessiv (EDP) hija speċifikata aktar fir-Regolament tal-Kunsillº(KE) Nruº1467/97 dwar “it-tħaffif u l-ikkjarifikar ta’ l-implimentazzjoni tal-proċedura kontra d-defiċit eċċessiv” ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5). li tagħmel parti mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Skond l-Artikolu 104(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità mad-dixxiplina baġitarja abbażi ta' żewġ kriterji, jiġifieri: (a) jekk id-defiċit pubbliku ppjanat jew attwali jaqbiżx il-valur ta' referenza ta' 3º% tal-PGD (sakemm jew il-proporzjon tad-defiċit ma jkunx naqas sostanzjalment u kontinwament u jkun laħaq livell li jiġi qrib il-valur ta' referenza; jew, alternattivament, l-eċċess fuq il-valur ta' referenza ma jkunx eċċezzjonali u temporanju u l-proporzjon jibqa' qrib il-valur ta' referenza); u (b) jekk id-dejn pubbliku ma jaqbiżx il-valur ta' referenza ta' 60º% tal-PGD (sakemm il-proporzjon tad-dejn ikun qed jonqos biżżejjed u jkun qed joqrob b'ritmu sodisfaċenti lejn il-valur ta' referenza).[1]

    ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

    Skond il-Protokoll dwar il-proċedura kontra d-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d- data għall-implimentazzjoni tal-PŻE. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri darbtejn fis-sena għandhom jinnotifikaw dwar d-defiċit ippjanat u d-dejn pubbliku u varjabbli oħra relatati, u dan qabel l-1ºta’ºApril u qabel l-1ºta'ºOttubru, skond Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsillº(KE) Nru 3605/93,. ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1). . , In-notifika l-iżjed riċenti li ntbagħtet lill-Portugall tidher f': http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid=2373,58110711&_dad=portal&_schema=portal . [2][3]

    ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

    In-notifika l-iżjed riċenti li ntbagħtet lill-Portugall tidher f':

    http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid=2373,58110711&_dad=portal&_schema=portal .

    Fit-22ºta'Ġunjuº2005, il-Kummissjoni tat bidu għall-PŻE għall-Portugall permezz ta' l-adozzjoni ta' rapport skond l-Artikoluº104(3), ibbażat fuq defiċit pubbliku ġenerali ppjanat ta' 6.2º% tal-PGD u d-dejn mistenni tal-gvern ta' 66.5º% tal-PGD fl-2005 wara li kien diġà 'l fuq minn 60º% tal-valur ta' referenza tal-PGD fl-2003 u l-2004, kif żvelat fl-aġġornament tal-programm ta' l-istabbiltà tal-Portugall f'Ġunjuº2005 SEG(2005) 836. . Fil-20ºta'ºSettembruº2005, il-Kunsill iddeċieda, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li l-Portugall kellu defiċit eċċessiv skond l-Artikoluº104(6) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91. . Fl-istess waqt, u wkoll fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill indirizza r-rakkomandazzjonijiet skond l-Artikoluº104(7) lill-Portugall bil-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit pubbliku eċċessiv tintemm, sa mhux aktar tard mill-2008 Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE għall-Portugall jinsabu fis-sit li ġej: http://ec.europa.eu/economy_finance/sg_pact_fiscal_policy/excessive_deficit9109_en.htm. .[4][5][6]

    SEG(2005) 836.

    ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91.

    Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE għall-Portugall jinsabu fis-sit li ġej: http://ec.europa.eu/economy_finance/sg_pact_fiscal_policy/excessive_deficit9109_en.htm.

    Fir-rakkomandazzjoni tiegħu skond l-Artikoluº104(7), il-Kunsill irrakkomanda li "L-awtoritajiet Portugiżi għandhom iniżżlu d-defiċit pubbliku ġenerali taħt it-3º% tal-PGD b'mod kredibbli u sostenibbli mhux aktar tard mill-2008 billi jieħdu azzjoni f'qafas ta' terminu medju. Għal dan il-għan, speċifikament, l-awtoritajiet Portugiżi għandhom: jillimitaw d-deterjorament tal-pożizzjoni fiskali fl-2005, billi jassiguraw implimentazzjoni rigoruża tal-miżuri korrettivi mħabbra; jimplimentaw b'mod sħiħ il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw korrezzjoni sostenibbli u mmarkata ta' defiċit aġġustat ċiklikament, billi jeskludu miżuri ta' darba u oħrajn temporanji, billi jieħdu pass sostanzjali ħafna ta' tnaqqis għal 1.5º% tal-PGD fl-2006 mill-2005, segwit b'aktar tnaqqis sinifikanti ta, mill-inqas, ¾º% tal-PGD f'kull waħda mis-sentejn sussegwenti. jimplimentaw riformi b'mod rapidu biex irażżnu u jnaqqsu l-infiq fuq is-snin li ġejjin; jaħtfu kwalunkwe opportunità biex iżidu t-tnaqqis tad-defiċit tal-baġit, u jkunu lesti li jadottaw miżuri addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex tinkiseb il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sa l-2008. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll li "L-awtoritajiet Portugiżi għandhom jiżguraw li l-proporzjon tad-dejn gross tal-pubbliku jagħti xejra qawwija 'l isfel u jkun qed joqrob b'ritmu sodisfaċenti lejn il-valur ta' referenza billi jassigura li l-iżviluppi tad-dejn jirriflettu progress fit-tnaqqis tad-defiċit, billi jevitaw transazzjonijiet finanzjarji li jżidu d-dejn, u billi jikkunsidraw b'mod kawtel l-impatt possibbli fuq id-dejn ta' proġetti kbar ta' investiment pubbliku, inklużi dawk fis-sħubija mas-settur privat," Il-Kunsill kien jeħtieġ lill-awtoritajiet Portugiżi biex "itejbu aktar il-ġbir u l-ipproċessar tad- data ġenerali tal-gvern."

    Barra dan, il-Kunsill talab lill-awtoritajiet Portugiżi "biex jiżguraw li l-konsolidazzjoni baġitarja li twassal għal sitwazzjoni li fiha l-finanzi pubbliċi jkunu qrib il-bilanċ, jew f'bilanċ favorevoli, fuq terminu ta' żmien medju tkun sostnuta permezz ta' tnaqqis fid-defiċit aġġustat ċiklikament, nett mill-miżuri ta' darba u oħrajn temporanji, għall-inqas b’0.5º% tal-PGD kull sena wara li d-defiċit eċċessiv ikun ġie korrett."

    Tabella 1: Aġġustament approvat mill-Kunsill fil-20ºta'ºSettembruº2005

    % tal-PGD, sakemm m’hemmx indikazzjoni mod ieħor|2005|2006|2007|2008|

    Bilanċ ġenerali tal-pubblikutibdil fil-bilanċ strutturalip.m.: Tkabbir reali tal-PGD (%)|defiċit ta' (ta' l-aktar) 6.20.8|-4.8+1.51.4|żbilanċ <4+¾ mill-inqas 2.2|żbilanċ <3+¾ mill-inqas 2.6|

    Nota: bilanċ strutturali = bilanċ aġġustat ċiklikament nett minn miżuri ta’ darba u oħrajn temporanji

    Sors : Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7), li tikkwota l-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà ta' Ġunju 2005

    Fit-22ºta'ºĠunjuº2006, jiġifieri wara l-għeluq id-data ta' skadenza ta' 6 xhur għall-azzjoni li tittieħed stipulata fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni ta' l-azzjoni li ttieħdet mill-awtoritajiet Portugiżi bil-għan li jtemmu l-pożizzjoni ta' defiċit pubbliku eċċessiv. Fuq dik il-bażi, adottat komunikazzjoni lill-Kunsill, li kkonkludiet li l-Portugall kien ħa azzjoni li tirrappreżenta progress adegwat lejn il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv fil-limiti taż-żmien stipulati mill-Kunsill u li f'dak iż-żmien ma kienx hemm ħtieġa ta' aktar passi fil-proċedura tad-defiċit eċċessiv tal-Portugall SEG(2006) 786. . Fil-laqgħa tiegħu fit-11ºta’ºLuljuº2006, il-Kunsill qabel ma’ din l-evalwazzjoni.[7]

    SEG(2006) 786.

    Skond l-Artikoluº104(12), deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv kellha titħassar fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat kien, fl-opinjoni tal-Kunsill, ġie korrett.

    2. Żviluppi riċenti dwar id-defiċit

    Id- data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) wara r-rapport mill-Portugall qabel l-1ºta'ºAprilº2008 tindika li d-defiċit ġenerali tal-pubbliku fl-2007 irrappreżenta 2.6º% tal-PGD Stqarrija għall-Istampa ta' l-Eurostat Nru 54 tat-18ºta'ºAprilº2008. , li jsegwi riżultati tad-defiċit tal-gvern ta' 6.1º% tal-PGD fl-2005 u 3.9º% tal-PGD fl-2006 (ara Tabella 2) Minħabba d-defiċit irrapurtat issa u l-valur ta' referenza tad-defiċit, il-probabbiltà li kwalunkwe reviżjoni ġejjiena se ttella' l-proporzjon tad-defiċit tal-pubbliku ta' l-2007 'il fuq minn 3º% tal-PGD hija baxxa Il-proporzjonijiet ta' l-iżbilanċ ġeneralment jiġu riveduti—'il fuq jew 'l isfel—wara l-pubblikazzjoni ta' l-ewwel riżultat fin-notifika tar-Rebbiegħa. Għall-Istati Membri ta' l-UE f'daqqa, ir-reviżjonijiet huma normalment relattivament żgħar u bejn wieħed u ieħor mhux wisq aktar minn żero. Fil-każ tal-Portugall, reviżjonijiet 'il fuq fil-proporzjon tad-defiċit kienu relattivament aktar frekwenti minn reviżjonijiet 'l isfel; Dan jista' jissuġġerixxi li jeżisti bias fil-ġbir ta' l-ewwel riżultati. Madankollu, u anke jekk reviżjoniet il-ġejjieni fl-kontijiet tal-gvern Portugiż ma jitgħux ikunu esklużi, data ta' l-aħħar snin uriet li hi aktar affidabbli mill-passat. .[8][9]

    Stqarrija għall-Istampa ta' l-Eurostat Nru 54 tat-18ºta'ºAprilº2008.

    Il-proporzjonijiet ta' l-iżbilanċ ġeneralment jiġu riveduti—'il fuq jew 'l isfel—wara l-pubblikazzjoni ta' l-ewwel riżultat fin-notifika tar-Rebbiegħa. Għall-Istati Membri ta' l-UE f'daqqa, ir-reviżjonijiet huma normalment relattivament żgħar u bejn wieħed u ieħor mhux wisq aktar minn żero. Fil-każ tal-Portugall, reviżjonijiet 'il fuq fil-proporzjon tad-defiċit kienu relattivament aktar frekwenti minn reviżjonijiet 'l isfel; Dan jista' jissuġġerixxi li jeżisti bias fil-ġbir ta' l-ewwel riżultati. Madankollu, u anke jekk reviżjoniet il-ġejjieni fl-kontijiet tal-gvern Portugiż ma jitgħux ikunu esklużi, data ta' l-aħħar snin uriet li hi aktar affidabbli mill-passat.

    Ix-xejra reċenti tad-defiċit tal-pubbliku mmaterjalizza kontra tkabbir ekonomiku baxx iżda li qed jitjieb bil-mod il-mod, b'rati ta' tkabbir tal-PGD reali resqin minn 0.9º% fl-2005 għal 1.3º% fl-2006 u 1.9º% fl-2007. Id-diskrepanza negattiva fil-produzzjoni hi stmata li naqset xi ftit matul l-istess perjodu.

    L-eżekuzzjoni tal-baġit fl-2006 u l-2007 kienet aħjar milli kienet immirata fiż-żmien li kienet ħarġet ir-rakkomandazzjoni skond l-Artikoluº104(7) Meta mqabbla mal-miri fiskali ppreżentati fl-aġġornament ta' Ġunju 2005 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall, li fuq il-bażi tagħhom kienet bdiet il-proċedura preżenti tad-defiċit eċċessiv, kif deskritt f'Taqsima 1. . Notevolment, riżultati tad-defiċit f'dawn is-sentejn kienu madwar punt perċentwali tal-PGD iktar baxxi milli kien ippjanat oriġinarjament fl-aġġornament ta' Ġunju 2005 tal-programm ta' l-istabbiltà tal-Portugall Reviżjonijiet fl-aħħar ta' l-2005 u fil-bidu ta' l-2006 tas-serje tad-data tal-PGD irriżultaw f'livelli tal-PGD ogħla, li b'mod mekkaniku ħarġu tnaqqis tal-livell tal-proporzjon tad-defiċit ta' madwar ¼ºpunt perċentwali tal-PGD. . Ir-riżultat baġitarju ta' l-2007 ukoll jitqabbel ma stima ta' 3º% tal-PGD ippreżentat fl-aġġornament ta' Diċembru 2007 tal-programm ta' l-istabbiltà tal-Portugall. B'kollox, defiċit tal-pubbliku taħt it-3º% tal-valur ta' referenza tal-PGD intlaħaq sena qabel id-data ta' skadenza stipulata mill-Kunsill. Kif imħeġġeġ mill-Kunsill fir-rakkomandazzjoni tiegħu skond l-Artikoluº104(7), intużat l-opportunità biex iżid it-tnaqqis tad-defiċit tal-baġit, essenzjalment billi jiggarantixxu ġbir tad-dħul aħjar milli mistenni.[10][11]

    Meta mqabbla mal-miri fiskali ppreżentati fl-aġġornament ta' Ġunju 2005 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall, li fuq il-bażi tagħhom kienet bdiet il-proċedura preżenti tad-defiċit eċċessiv, kif deskritt f'Taqsima 1.

    Reviżjonijiet fl-aħħar ta' l-2005 u fil-bidu ta' l-2006 tas-serje tad-data tal-PGD irriżultaw f'livelli tal-PGD ogħla, li b'mod mekkaniku ħarġu tnaqqis tal-livell tal-proporzjon tad-defiċit ta' madwar ¼ºpunt perċentwali tal-PGD.

    It-tnaqqis tad-defiċit fiskali miksub fl-2006 u l-2007 huma dovuti kemm lill-infiq tal-pubbliku li dejjem qed jaqa' tal-proporzjon tal-PGD u d-dħul dejjem jiżdied tal-proporzjon tal-PGD. Il-proporzjon ta' l-infiq naqas b'madwar 1¼ punti perċentwali tal-PGD fl-2006 u kważi ½ punt perċentwali tal-PGD fl-2007. Fl-istess waqt, il-proporzjon tad-dħul tal-gvern żdied b'xi ¾ºpunt perċentwali tal-PGD kemm fl-2006 u l-2007. Konsolidazzjoni fiskali li tiddependi l-aktar fuq miżuri strutturali, b'kontribut marġinali minn operazzjoni ta' darba li tiswa 0.1º% tal-PGD fl-2007 Relatata ma' kuntratt ta' konċessjoni fuq perjodu ta' żmien twil għall-esplojtazzjoni ta' ħajt ta' l-ilqugħ u rreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESAº95. .[12]

    Relatata ma' kuntratt ta' konċessjoni fuq perjodu ta' żmien twil għall-esplojtazzjoni ta' ħajt ta' l-ilqugħ u rreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESAº95.

    Fuq in-naħa ta' l-infiq, stabbilizzazzjoni ta' infiq primarju preżenti mmaterjalizza f'termini reali kemm fl-2006 u l-2007. B'mod partikolari, tnaqqis ta' kumpens ta' l-impjegati tal-gvern kien kruċjali għat-trażżin osservat ta' l-infiq permezz ta' tnaqqis fl-impjiegi pubbliċi u, f'livell inqas, permezz tat-trażżin fil-pagi ġej minn aġġornamenti annwali tal-paga taħt l-inflazzjoni u ffriżar ta' żidied fil-ħlas relatat mas-senjorità. Fl-istess ħin, trasferimenti soċjali oħrajn minbarra dawk in natura naqsu xi ftit mir-rati ta' tkabbir għoljin ħafna tas-snin preċedenti. Għal dak ir-riżultat kien hemm kontribut ta' tnaqqis fl-infiq fuq il-pensjonijiet ta' l-anzjani, l-aktar permezz ta' aktar trażżin ta' flussi ta' l-irtirar, u fl-2007, tnaqqis sostanzjali fil-benefiċċji tal-qagħad. Tnaqqis fl-investiment pubbliku kien ta' aktar kontribut għat-trażżin ta' l-infiq u għal tnaqqis sussegwenti tad-defiċit ta' madwar ½º% tal-PGD fl-2006. Fuq kollox, dawn il-figuri huma konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex timplimenta miżuri biex trażżan l-infiq, li eżempju bħalha kienet ir-riforma ta' l-iskemi tal-pensjoni ta' l-anzjani.

    Fuq in-naħa tad-dħul, id-dħul mit-taxxa espanda b'pass mgħaġġel, speċjalment meta jiġi meqjus il-kuntest ta' tkabbir ekonomiku baxx (u. b'mod aktar speċifiku, ta' domanda domestika). Dak jidher li kien ir-riżultat ta' żieda fl-istandard tar-rata tal-VAT b'2 punti perċentwali (għal 21º% minn 19º%) f'Lulju 2005, miżuri diskrezzjonali biex jiżdiedu r-rati ta' ftit taxxi (taxxi tas-sisa, rata ta' kontribut soċjali għal xi kategoriji tal-ħaddiema, rata tat-taxxa tad-dħul marġinali ġdida tal-persuna fuq id-dħul għoli) u krediti aktar baxxi fuq xi taxxi diretti. Barra minn dan, parti importanti ta' l-ispinta tat-taxxa tista' tkun attribwita lill-profitti ġejjin minn amministrazzjoni mtejba tat-taxxa u konformità li tidher li rriżultat fit-tkabbir tas-sisien tat-taxxa, li fil-biċċa l-kbira tressqu 'l quddiem. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tat-taxxa aktar effiċjenti ppermettiet rati aktar għoljin ta' suċċess fil-ġbir ta' l-arretrati tat-taxxa. Fl-2007, id-dħul tat-taxxa addizzjonali ġie minn irkupru ta' profittabilità għal korporattivi kbar li jħallsu t-taxxa u minn taxxi fuq ġid ta' proprjetà immobiljari. Dħul ieħor (inkluż il-bejgħ ta' l-oġġetti u s-servizzi mill-pubbliku) kiber bi kważi ½ºpunt perċentwali tal-PGD f'termini akkumulati fl-2006 u l-2007. Sa ċertu punt, dak kien ukoll ir-riżultat ta' rkupru min-nuqqas fil-pagamenti tad-dividend lill-gvern minn intrapriżi statali osservati fl-2005.

    L-iżviluppi baġitarji u ekonomiċi deskritti hawn fuq wasslu għal tnaqqis sinifikanti tad-defiċit strutturali (jiġifieri , in-nett tad-defiċit aġġustat ċiklikament ta' miżuri ta' darba u miżuri oħrajn temporanji) fl-2006 u l-2007. Fis-sena preċedenti, intlaħaq tnaqqis ta' xi 2ºpunti perċentwali tal-PGD, segwit b'aktar tnaqqis b' madwar 1ºpunt perċentwali tal-PGD f'dan ta' l-aħħar. Dawn ir-riżultati jidhru li marru lil hinn ħafna mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7) li titlob għal tnaqqis tal-bilanċ strutturali b'1.5º% tal-PGD fl-2006 mill-2005 u, mill-inqas, ¾º% tal-PGD fl-2007

    3. Stima ta’ x’se jkun id-defiċit fis-sena 2008 u lil hinn minnha

    Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, bi tkabbir tal-PGD reali pproġettat ta' 1.7º%, id-defiċit ġenerali tal-pubbliku hu mistenni li jonqos għal 2.2º% tal-PGD fl-2008. It-tbassir jaqbel mal-mira baġitarja ta' 2.4º% tal-PGD stipulat fl-aġġornament ta' Diċembru 2007 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall (bi tkabbir tal-PGD reali assumat li jiġi għal 2.2º%) u b'mira riveduta ta' 2.2º% tal-PGD, kif imħabbar fis-26ºta'ºMarzu wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat baġitarju ta' l-2007.

    It-titjib proġettat tal-bilanċ fiskali fl-2008 hu prinċipalment imbuttat mid-dħul. Fl-2008, l-irċevuti tat-taxxi ġenerali huma pproġettati biex ikomplu jiżdiedu aktar malajr mill-PGD nominali, għalkemm b'mod ċar b'marġini inqas mill-2007. Tabilħaqq, elestiċitajiet tat-taxxa huma mistennija li jibdew jersqu aktar qrib il-medja storika tagħhom wara l-figuri għoljin ta' snin reċenti, li jirriflettu wkoll il-preżunzjoni li l-profitti marġinali ta' amministrazzjoni mtejba ta' taxxa u l-konformità jistgħu jidħlu fil-fażi tat-tnaqqis. Fl-2008, id-dħul tat-taxxa se jibbenefika minn normalizzazzjoni fid-dħul nett tal-VAT wara t-tnaqqis fil-perjodu ta' rifużjoni massima implimentata fl-2006 u fl-2007. Madankollu, it-tnaqqis fir-rata standard tal-VAT b'1ºpunt ta' perċentwali (minn 21º% għal 20º%) mill-1ºta'ºLuljuº2008 se ddgħajjef id-dħul tat-taxxa. Barra minn hekk, dħul ieħor tal-pubbliku hu proġettat li jżid xi ftit bħala sehem mill-PGD grazzi għall-fondi ta' l-UE li qed jiżdiedu, fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Referenza Strateġika Nazzjonali ġdid Fl-istess ħin, dawn l-influssi se jimplikaw ukoll infiq addizzjonali, li konsegwentement itaffi konsiderevolment l-impatt ta' dawk l-irċevuti fuq il-bilanċ ġenerali tal-baġit. . L-infiq għall-proporzjon tal-PGD huwa mbassar li jibqa stabbli. B'mod partikolari, l-infiq tal-personal hu mistenni li jaqa' f'termini tal-PGD b'madwar 0.4ºpunt perċentwali minħabba moderazzjoni fil-paga u t-tnaqqis fl-impjiegi fil-gvern ċentrali. Infiq fuq l-imgħaxijiet se jitrażżan bħala riżultat ta tnaqqis diskrezzjonali fl-istruttura tar-rata ta' l-imgħax ta' ċertifikati ta' tifdil maħruġa mill-gvern sa mill-bidu ta' l-2008. L-għoti ta' konċessjonijiet ta' digi ġġenerati ta' l-elettriku mill-pubbliku se jimpostaw kontribut ta' darba ta' tnaqqis fid-defiċit ta' kważi 0.2º% tal-PGD Irreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESA95, iżda parti mill-proċediment ta' l-operat jintuża biex iħallas il-kumpens tal-kumpaniji li jiġġeneraw l-elettriku biex bil-mod il-mod tirrifletti biss fuq il-prezzijiet tal-konsumatur tal-prezzijiet tal-produzzjoni. .[13][14]

    Fl-istess ħin, dawn l-influssi se jimplikaw ukoll infiq addizzjonali, li konsegwentement itaffi konsiderevolment l-impatt ta' dawk l-irċevuti fuq il-bilanċ ġenerali tal-baġit.

    Irreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESA95, iżda parti mill-proċediment ta' l-operat jintuża biex iħallas il-kumpens tal-kumpaniji li jiġġeneraw l-elettriku biex bil-mod il-mod tirrifletti biss fuq il-prezzijiet tal-konsumatur tal-prezzijiet tal-produzzjoni.

    Skond is-suppożizzjoni ta' politika li baqgħet l-istess, it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipproġetta defiċit pubbliku ta' 2.6º% tal-PGD fl-2009 kontra suppożizzjoni ta' tkabbir reali tal-PGD ta' 1.6º% tal-PGD. L-aġġornament ta' Diċembruº2007 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall stabbilixxa l-mira tal-baġit ta' l-2009 għal 1.5º% tal-PGD, kontra suppożizzjoni tat-tkabbir reali tal-PGD ta' 2.8º%. Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, l-evoluzzjoni fil-bilanċ fiskali hu mistenni li jkun immexxi prinċipalment b'piż tat-taxxa li qed jaqa', li għadu jirrifletti l-impatt tat-tnaqqis fir -rata standard tal-VAT f'Luljuº2008. Barra minn hekk, sisien makroekonomiċi importanti għal dħul tat-taxxa bħala konsum domestiku u kumpens ta' l-impjegati huma proġettati li jibqgħu lura mill-PGD, filwaqt li d-dħul tat-taxxa hi ssoponuta li, kontra s-snin preċedenti, tevolvi f'konformità mas-sisien tat-taxxi rilevanti. Għalhekk huwa ssoponut li t-tkabbir tas-sisien tat-taxxa msemmija f'Taqsimaº3 kien b'mod essenzjali ta' natura permanenti. Madankollu, jekk parti minn dawn il-profitti juru ex-post natura mhix sostenibbli jew aktar temporanja jew ikunu offiżi bit-tnaqqis ekonomiku, ix-xejriet tal-baġit ikunu aktar mudlama. Il-waqfien ta' l-operat ta' darba implimentat fl-2008 se jtellgħu d-defiċit nominali aktar 'il fuq. L-isfond attwali ta' inċertezza aktar mis-soltu dwar żviluppi finanzjarji u ekonomiċi joħloq numru ta' riskji għall-finanzi pubbliċi.

    Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-bilanċ strutturali hu mistenni li jitjieb b' ¼ºpunt ta' perċentwali tal-PGD fl-2008. F'politika li tibqa' l-istess, hu pproġettat li għal 2009 se jmur għall-agħar b' ¼ºpunt ta' perċentwali tal-PGD. Abbażi ta' dan, pass sostanzjali lejn il-konsolidazzjoni fiskali ma' l-eżekuzzjoni tal-baġit ta' l-2008 u baġit ambizzjuż ta' l-2009 huma meħtieġa biex jiżguraw konfomità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7) għal aktar tnaqqis tal-bilanċ strutturali lejn pożizzjoni fuq perjodu taż-żmien medju qrib il-bilanċ jew b'bilanċ pożittiv ta' mill-inqas 0.5º% tal-PGD fis-sena wara li d-defiċit eċċessiv ġie korret.

    L-aġġornament ta' Diċembru 2007 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall stabbilixxa miri ta' defiċit ta 0.4º% tal-PGD fl-2010 u 0.2º% tal-PGD fl-2011. Wieħed għandu jara dawn il-pjanijiet kontra l-isfond issoponut tar-rati tat-tkabbir reali tal-PGD ta' 3º% fis-sentejn li huma. Fl-Opinjoni tiegħu dwar l-aġġornament tal-programm, il-Kunsill ikkunsidra li "l-qagħda baġitarja fil-programm tista' ma tkunx biżżejjed biex tiżgura li l-Objettiv fuq Perjodu taż-Żmien jinkiseb sa l-2010, kif previst fil-programm. Anke jekk il-pass ippjanat għal konsolidazzjoni lejn l-MTO huwa konformi mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, l-aġġustament jista’ jeħtieġ sforzi addizzjonali fid-dawl tar-riskji (…)." ĠU C 73, 19.3.2008, p. 6. [15]

    ĠU C 73, 19.3.2008, p. 6.

    4. Żviluppi tad-dejn u projezzjonijiet

    Il-proporzjon tad-dejn gross tal-pubbliku qabeż is-60º% tal-valur ta' referenza tal-PGD fl-2005 meta qabeż għal 63.6º% tal-PGD minn 56.9º% tal-PGD fl-2004 Id-differenzi f'dawn iċ-ċifri tad-dejn u dawk stmati fiż-żmien ta' meta inbdiet il-proċedura tad-defiċit eċċessiv jirriflettu l-aktar ir-reviżjonijiet fid- data tal-PGD msemmija fin-notaº11 f'qiegħ il-paġna. . Fl-2006, il-proporzjon tad-dejn tela' aktar 'il fuq għal 64.7º% tal-PGD fl-2006 u waqa' lura għal 63.6º% tal-PGD fl-2007. Iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn pubbliku rreġistrat fl-2006 kien ir-riżultat ta' defiċit pubbliku primarju għoli u, sa ċertu punt għalkemm b’mod anqas, tal-fatt li r-rata ta' l-imgħax "impliċitu" fuq id-dejn pubbliku qabeż it-tkabbir nominali tal-PGD (l-hekk imsejjaħ effett “snow-ball”). Fl-2007, in-nuqqas fil-proporzjon tad-dejn kien l-aktar minħabba l-aġġustament tal-fluss ta' l-istokk li jnaqqas id-dejn. Sa ċertu punt għalkemm b’mod anqas, l-aċċellerazzjoni tal-PGD u bilanċ pożittiv primarju marġinali taw għajnuna addizzjonali lill-waqgħa tal-proporzjon tad-dejn.[16]

    Id-differenzi f'dawn iċ-ċifri tad-dejn u dawk stmati fiż-żmien ta' meta inbdiet il-proċedura tad-defiċit eċċessiv jirriflettu l-aktar ir-reviżjonijiet fid- data tal-PGD msemmija fin-notaº11 f'qiegħ il-paġna.

    Sal-punt li l-proporzjon tad-dejn niżel fl-2007, it-triq tad-dejn pubbliku osservata kienet konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7) ta' l-20ºta'ºSettembruº2005. Barra dan, fl-2006 u l-2007, operazzjonijiet finanzjarji b'mod globali taw kontribut għal aġġustament tal-fluss ta' l-istokk negattiv u għalhekk kienu ta' għajnuna għat-tnaqqis tal-proporzjon tad-dejn pubbliku. fl-2006, id-dħul kbir ta' privatizzazzjoni kien ewlieni għat-tnaqqis fl-assi finanzjarji; fl-2007, tnaqqis fid-depożiti u l-valuta kienu ċentrali għall-aktar tnaqqis fl-assi finanzjarji u fl-aġġustament sussegwenti tal-fluss ta' l-istokk li jnaqqas id-dejn. Jekk jiġu esklużi d-dħul ta' privatizzazzjoni u l-valuta u d-depożiti, l-akkwist nett ta' l-assi finanzjarji baqgħu pożittivi fl-2006 u l-2007, li konsegwentement iżidu mal-proporzjon tad-dejn.

    Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-proporzjon tad-dejn pubbliku hu mistenni li jerġa' jitqawwa marġinalment 'il fuq minn 64º% tal-PGD fl-2008 u, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni ta' l-ebda bidla fil-politika, li jiġi għal 64º% fl-2009. Wieħed irid jara dawn l-iżviluppi kontra sfond ta' tkabbir baxx nominali tal-PGD u defiċit tal-pubbliku li għadu relattivament għoli din is-sena u s-sena ddieħla. Fl-2008, fuq il-bażi ta' pjanijiet spjegati fl-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall f'Diċembru 2007, il-proporzjon tad-dejn hu mistenni li jirrifletti aġġustament ta' fluss ta' stokk pożittiv li jikkorrispondi għal 0.4º% tal-PGD Dak jidher li hu dovut lil differenza pożittiva bejn defiċit ibbażat fuq l-akkumulazzjoni u fuq kontanti, bħala impliċitu fl-aġġornament tal-programm. Iċ-ċifri ta' aġġustament ta' l-fluss ta' l-istokk kienu aġġustati biex jirriflettu l-aktar klassifika reċenti mill-awtoritajiet Portugiżi ta' xi injezzjonijiet kapitali f'xi sptarijiet tal-gvern bħala trasferimenti kapitali minflok operazzjonijiet finanzjarji. . Qed jingħata aktar piż lill-aġġustament ta' l-fluss ta' l-istokk bis-suppożizzjoni li fidi ta' unitajiet tad-dejn 'il fuq mill-valur nominali tiegħu se tiżdied b'mod sinifikanti fil-futur qrib bħala riżultat tat-tibdil fir-remunerazzjoni ta' ċertifikati tat-tifdil introdotti f'Jannar 2008. Fuq kollox, it-triq tal-proporzjon tad-dejn hi konsistenti mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7) fis-sens li l-evoluzzjoni tiegħu tirrifletti progress fit-tnaqqis tad-defiċit u dak, bejn l-2006 u l-2009 bejn wieħed u ieħor, operazzjonijiet finanzjarji ma jżidux mal-proporzjon tad-dejn. [17]

    Dak jidher li hu dovut lil differenza pożittiva bejn defiċit ibbażat fuq l-akkumulazzjoni u fuq kontanti, bħala impliċitu fl-aġġornament tal-programm. Iċ-ċifri ta' aġġustament ta' l-fluss ta' l-istokk kienu aġġustati biex jirriflettu l-aktar klassifika reċenti mill-awtoritajiet Portugiżi ta' xi injezzjonijiet kapitali f'xi sptarijiet tal-gvern bħala trasferimenti kapitali minflok operazzjonijiet finanzjarji.

    5. Kunsiderazzjonijiet oħra

    Skond l-Artikoluº104(7), il-Kunsill irrakkomanda l-Portugall biex itejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta' data ġenerali pubblika, minħabba d-defiċjenzi ċari fil-kumpilazzjoni ta' statistika affidabbli tal-finanzi pubbliċi.

    Fl-aħħar numru ta' snin kien hemm tibdil istituzzjonali u titjib tekniku ieħor fil-kumpilazzjoni tal-kontijiet Portugiżi pubbliċi. Dawn jinkludu kooperazzjoni msaħħa kif ukoll diviżjoni tax-xogħol aktar ċara bejn l-Uffiċju ta' l-Istatistika Nazzjonali, il-Ministeru tal-Finanzi u l-bank ċentrali, b'żieda fir-riżorsi, responsabbiltà u kontabbiltà ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika. Notevolment, kmieni fl-2006 ġie ffirmat ftehim bejn dawn it-tliet istituzzjonijiet, bi previżjoni ta' kooperazzjoni fosthom, u l-ħolqien ta' żewġ gruppi ta' ħidma biex janalizzaw il-kontijiet tal-gvern qabel kull notifika fiskali u biex jiddiskutu kwistjonijiet metodoloġiċi ‘Acordo de Cooperação Institucional no Domínio das Estatísticas das Administrações Públicas’ (Ftehim Istituzzjonali Kooperattiv fil-Qasam ta' l-Istatistika Ġenerali Pubblika); Verżjoni Ingliża disponibbli fuq http://www.dgo.pt/FP/StatisticsAgreement_INE_BP_DGO.pdf Ara wkoll 'Inventorju Konsolidat ta' sorsi u metodi [għal statistika EDP]’, disponibbli fuq: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/pls/portal/docs/PAGE/PGP_DS_GFS/PGE_DS_GFS_11/EDPI_PT_2007_REV1.PDF. . Dawn il-bidliet huma mistennija li jikkontribwixxu mal-kwalità ta' l-istatistika tas-settur pubbliku. Il-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' kontijiet pubbliċi ta’ kull tliet xhur għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-affidabbiltà u l-kwalità ġenerali tal-kontijiet annwali, bħal transazzjonijiet li jeħtieġu trattament speċifiku ta' kontijiet se jkunu identifikati aktar kmieni. Ir-rappurtar f’waqtu ta' data mis-sottosetturi pubbliċi jidher li kien infurzat b'mod aktar attiv; barra dan, informazzjoni dwar eżekuzzjoni baġitarja saret aktar dettaljata u aktar disponibbli fil-ħin. Bħala riżultat, data f'dawn l-aħħar snin uriet li hi aktar affidabbli milli fl-imgħoddi. Kollox ma' kollox, dawn l-iżviluppi jindikaw konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.[18]

    ‘Acordo de Cooperação Institucional no Domínio das Estatísticas das Administrações Públicas’ (Ftehim Istituzzjonali Kooperattiv fil-Qasam ta' l-Istatistika Ġenerali Pubblika); Verżjoni Ingliża disponibbli fuq http://www.dgo.pt/FP/StatisticsAgreement_INE_BP_DGO.pdf Ara wkoll 'Inventorju Konsolidat ta' sorsi u metodi [għal statistika EDP]’, disponibbli fuq: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/pls/portal/docs/PAGE/PGP_DS_GFS/PGE_DS_GFS_11/EDPI_PT_2007_REV1.PDF.

    6. Konklużjonijiet

    Id-defiċit ġenerali pubbliku naqas b'mod sinifikanti minn 6.1º% tal-PGD fl-2005 għal 3.9º% tal-PGD fl-2006 u għal 2.6º% tal-PGD fl-2007, taħt il-valur ta’ referenza ta' 3º% tal-PGD. Il-miżuri wara t-tnaqqis tad-defiċit huma l-aktar ta’ natura permanenti. Il-bilanċ strutturali, jiġifieri l-bilanċ nett aġġustat ċiklikament b'miżuri ta' darba u oħrajn temporanji, tjiebu b'xi 2ºpunti perċentwali tal-PGD fl-2006 u 1ºpunt ta' perċentwali ieħor tal-PGD fl-2007, b'hekk lil hinn ħafna mill-isforzi fiskali rakkomandati mill-Kunsill ta' 1.5º % tal-PGD fl-2006 u ta', mill-anqas ¾º% tal-PGD fl-2007. Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-defiċit ta' bażi hu mistenni li jiċkien għal 2.2º% tal-PGD fl-2008 (inklużi dawk ta' darba li jammontaw għal kważi 0.2º% tal-PGD, li mingħajrhom madankollu d-defiċit jibqa' xorta taħt it-3º% tal-PGD). Fuq il-bażi li ma jkunx hemm tibdil fil-politika, id-defiċit huwa pproġettat li jilħaq 2.6º% tal-PGD fl-2009. Dan jindika li d-defiċit tnaqqas għal taħt il-livell massimu ta' 3º% tal-PGD b'mod kredibbli u sostenibbli.

    Id-dejn gross pubbliku ġenerali naqas għal 63.6º% tal-PGD fl-2007 minn 64.7º% tal-PGD fl-2006. Skond it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, id-dejn hu mistenni li jerġa' jiġi kemmxejn fuq saqajh għal xi 64º% tal-PGD fl-2008 u għal 64¼º% tal-PGD sa l-2009, dan ta' l-aħħar fuq bażi li ma jkunx hemm tibdil fil-politika, kontra l-isfond ta' rati ta' tkabbir tal-PGD baxxi u defiċit pubbliku li jibqa' relattivament għoli.

    Minn valutazzjoni globali, isegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Portugall ġiet korretta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tirrakkomanda lill-Kunsill biex iħassar id-deċiżjoni tiegħu dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv fil-Portugall.

    Tabella 2: Żviluppi baġitarji, 2005-2009

    % tal-PGD, sakemm m’hemmx indikazzjoni mod ieħor|2005|2006|2007|2008|2009|

    ||||COM|SP (2)|COM (3)|SP (2)|

    Bilanċ pubbliku ġenerali|-6.1|-3.9|-2.6|-2.2|-2.4|-2.6|-1.5|

    |||||(-2.2)|||

    - Total tad-dħul:|41.6|42.4|43.1|43.6|42.7|43.3|42.8|

    - Total ta' l-infiq|47.7|46.3|45.7|45.7|45.1|45.9|44.4|

    Li minnhom:|- spejjeż fuq l-imgħax|2.6|2.8|2.8|2.8|2.9|2.7|2.8|

    |- formazzjoni tal-kapital fiss gross|2.9|2.3|2.4|2.4|2.2|2.4|2.3|

    Bilanċ primarju|-3.5|-1.1|0.2|0.6|0.5|0.1|1.3|

    Miżuri ta' darba u temporanji|-0.1|0.0|0.1|0.2|0.0|0.0|0.0|

    Bilanċ strutturali (1)|-5.2|-3.2|-2.2|-1.9|-1.6|-2.2|-1.0|

    Bilanċ primarju strutturali(1)|-2.6|-0.4|0.6|0.8|1.3|0.6|1.8|

    Dejn pubbliku gross (4)|63.6|64.7|63.6|64.1|64.1|64.3|62.5|

    It-tibdil fil-proporzjon tad-dejn (a) = (b) + (c) + (d) (5)|5.3|1.1|-1.1|0.5|-0.3|0.2|-1.6|

    Kontribuzzjonijiet:|-il-bilanċ primarju (b)|3.5|1.1|-0.1|-0.6|-0.5|-0.1|-1.3|

    |-l-effett "snow ball" (c)|0.7|0.3|-0.2|0.4|-0.1|0.3|-0.4|

    |-aġġustament għall-fluss ta' titoli (d)|1.1|-0.2|-0.8|0.7|0.4|0.0|0.0|

    Pm Tkabbir reali tal-PGD (%)|0.9|1.3|1.9|1.7|2.2|1.6|2.8|

    Pm Diskrepanza bejn il-produzzjoni attwali u potenzjali (6)|-1.7|-1.6|-1.1|-1.0|-1.8|-1.0|-1.1|

    (...PICT...)(1) Il-bilanċ ċiklikament aġġustat (primarju) bl-esklużjoni ta' miżuri ta' darba u temporanji.(2) Bilanċi aġġustati ċiklikament u bilanċi strutturali u differenzi fil-produzzjoni skond il-programm kif ikkalkulati mis-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fil-programm.(3) Suppożizzjoni ta' l-ebda tibdil fil-politika.(4) It-tibdil fir-relazzjoni tad-dejn gross tista' tkun dekomposta kif ġejfejn t hija ż-żmien; D, PD, Y u SF huma rispettivament l-istokk tad-dejn tal-gvern, l-iżbilanċ primarju, il-PGD nominali u l-aġġustament għall-fluss ta' stokk, filwaqt li i u y jirrappreżentaw il-kost medju tad-dejn u t-tkabbir tal-PGD nominali. It-terminu fil-parentesi jirrappreżenta l-effett "valanga" (the snow-ball effect).(5) Il-komponenti jistgħu ma jgħoddux it-total minħabba tqarrib taċ-ċifri.Sors: Tbassir tar-Rebbiegħa 2008 mis-servizzi tal-Kummissjoni (COM) u l-aġġornament tal-programm ta’ stabbiltà ta’ Diċembru 2007 (SP). Fil-parentesi, l-istima uffiċjali ġdida mħabbra mill-awtoritajiet Portugiżi fis-26ºta'ºMarzuº2008.|

    Rakkomandazzjoni għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tħassar id-Deċiżjoni 2005/730/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Portugall

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 104(12) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni tal-Kunsillº2005/730/KE ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91. , wara r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikoluº104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li fil-Portugall kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit pubbliku ġenerali ppjanat għas sena 2005 kien ta’ 6.2º% tal-PGD, 'il fuq mit-3º% tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat, filwaqt li d-dejn pubbliku gross ġenerali kien mistenni li jilħaq is-66.5º% tal-PGD, 'il fuq mis-60º% tal-valur ta’ referenza tal-PGD skond it-Trattat. [19]

    ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91.

    (2) Fil-20ºta'ºSettembruº2005, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsillº(KE) Nru 1467/97 tas-7ºta'ºLuljuº1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5). , il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, indirizza lill-Portugall rakkomandazzjoni bil-għan li l-qagħda ta' defiċit eċċessiv tintemm sa mhux aktar tard mill-2008. Ir-rakkomandazzjoni kienet ippubblikata.[20]

    ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

    (3) Skond l-Artikoluº104(12) tat-Trattat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha titħassar meta d-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun, fil-fehma tal-Kunsill, ġie korrett.

    (4) Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d- data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri jridu jissottomettu data dwar id-defiċit u d-djun pubbliċi kif ukoll dwar fatturi varjabbli marbuta ma' dawn, darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1ºta'ºApril u qabel l-1ºta'ºOttubru, skond l-Artikoluº4 tar-Regolament tal-Kunsillº(KE) Nruº3605/93 tat-22ºta'ºNovembruº1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1). .[21]

    ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

    (5) Fuq il-bażi tad- data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikoluº8g(1) tar-Regolamentº(KE) Nruº3605/93 wara n-notifika mill-Portugall qabel l-1ºta’ºAprilº2008 u dwar it-tbassir tar-Rebbiegħa 2008 mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

    – id-defiċit ġenerali pubbliku naqas minn 6.1º% tal-PGD fl-2005 għal 3.9º% tal-PGD fl-2006 u għal 2.6º% tal-PGD fl-2007, li hu taħt il-valur ta’ referenza ta' 3º% tal-PGD. Dan ta' l-aħħar jaqbel b'mira ta' 3º% tal-PGD stabbilita fl-aġġornament ta' Diċembruº2007 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall,

    – kemm proporzjon ta' l-infiq pubbliku li qed jaqa' mal-PGD kif ukoll proporzjon ta' dħul li qed jogħla mal-PGD huma kontribwiti mat-titjib fil-bilanċ pubbliku. Il-proporzjon ta' l-infiq naqas b'1¼ºpunti ta' perċentwali tal-PGD fl-2006 u kważi ½ºpunt ta' perċentwali tal-PGD fl-2007. B'mod parallel, il-proporzjon tad-dħul pubbliku żdied b'xi ¾ºpunt ta' perċentwali tal-PGD kemm fl-2006 u l-2007. Il-konsolidazzjoni fiskali kienet tiddependi l-aktar fuq miżuri strutturali, b'kontribut marġinali minn operazzjoni ta' darba li tiswa 0.1º% tal-PGD fl-2007. It-titjib fil-bilanċ strutturali (jiġifieri l-bilanċ nett ċiklikament aġġustat ta' miżuri ta' darba jew oħrajn temporanji) hu stmat 2ºpunti ta' perċentwali tal-PGD fl-2006 u 1ºpunt ta' perċnetwali tal-PGD fl-2007, li hu konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikoluº104(7) għal tnaqqis tal-bilanċ strutturali b'1.5º% tal-PGD fl-2006 u, mill-inqas,¾º% tal-PGD fl-2007,

    – għall-2008, it-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni, jipproġetta li d-defiċit jonqos aktar, għal 2.2º% tal-PGD, prinċipalment imbuttat minn xi dħul addizzjonali, bl-eżekuzzjoni baġitarja li tibbenefika minn operazzjoni ta' darba li tnaqqas id-defiċit għal 0.2º% tal-PGD. Dan huwa konformi b'mod wiesa' mal-miri tad-defiċit uffiċjali ta' 2,4º% tal-PGD stabbiliti fl-aġġornament tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall ta' Diċembru 2007 u l-mira riveduta ta' 2.2º% tal-PGD imħabbra mill-awtoritajiet Portugiżi lejn l-aħħar ta' Marzu 2008. Għall-2009, it-tbassir tar-rebbiegħa jipproġetta, abbażi ta’ l-ebda bidla fil-politika, defiċit pubbliku ta' 2.6º% tal-PGD. Dan jindika li d-defiċit tnaqqas għal taħt il-livell massimu ta' 3º% tal-PGD b'mod kredibbli u sostenibbli. Il-bilanċ strutturali huwa stmat li jitjieb b'madwar ¼ºpunt ta' perċentwali tal-PGD fl-2008 u, fuq il-bażi ta' l-ebda tibdil fil-politika, li jmur għall agħar b'.¼ºpunt ta' perċentwali tal-PGD fl-2009. Wieħed irid jara dan fl-isfond tal-ħtieġa li jsir progress lejn l-għan fuq perjodu ta' żmien medju (MTO) għall-qagħda tal-baġit, li għall-Portugall huwa defiċit strutturali ta' 0/5º% tal-PGD,

    – id-dejn gross naqas minn 64.7º% tal-PGD fl-2006 għal 63.6º% tal-PGD fl-2007. It-tkabbir baxx tal-PGD u d-defiċit pubbliku li jibqa' relattivament għoli stmat fit-tbassir ekonomiku tar-rebbiegħa 2008 tas-servizzi tal-Kummissjoni huma mistennija li joħorġu dejn pubbliku għal xi 64¼º% tal-PGD fl-2009.

    (6) Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Portugall ġie korrett u d-Deċiżjoniº2005/730/KE għandha għalhekk tkun imħassra.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikoluº1

    Minn valutazzjoni globali isegwi li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Portugall ġiet korretta.

    Artikoluº2

    Id-Deċiżjoniº2005/730/KE hija b'dan imħassra.

    Artikoluº3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

    [2] ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

    [3] In-notifika l-iżjed riċenti li ntbagħtet lill-Portugall tidher f': http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid=2373,58110711&_dad=portal&_schema=portal .

    [4] SEG(2005) 836.

    [5] ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91.

    [6] Id-dokumenti kollha relatati mal-PŻE għall-Portugall jinsabu fis-sit li ġej: http://ec.europa.eu/economy_finance/sg_pact_fiscal_policy/excessive_deficit9109_en.htm.

    [7] SEG(2006) 786.

    [8] Stqarrija għall-Istampa ta' l-Eurostat Nru 54 tat-18ºta'ºAprilº2008.

    [9] Il-proporzjonijiet ta' l-iżbilanċ ġeneralment jiġu riveduti—'il fuq jew 'l isfel—wara l-pubblikazzjoni ta' l-ewwel riżultat fin-notifika tar-Rebbiegħa. Għall-Istati Membri ta' l-UE f'daqqa, ir-reviżjonijiet huma normalment relattivament żgħar u bejn wieħed u ieħor mhux wisq aktar minn żero. Fil-każ tal-Portugall, reviżjonijiet 'il fuq fil-proporzjon tad-defiċit kienu relattivament aktar frekwenti minn reviżjonijiet 'l isfel; Dan jista' jissuġġerixxi li jeżisti bias fil-ġbir ta' l-ewwel riżultati. Madankollu, u anke jekk reviżjoniet il-ġejjieni fl-kontijiet tal-gvern Portugiż ma jitgħux ikunu esklużi, data ta' l-aħħar snin uriet li hi aktar affidabbli mill-passat.

    [10] Meta mqabbla mal-miri fiskali ppreżentati fl-aġġornament ta' Ġunju 2005 tal-programm ta' stabbiltà tal-Portugall, li fuq il-bażi tagħhom kienet bdiet il-proċedura preżenti tad-defiċit eċċessiv, kif deskritt f'Taqsima 1.

    [11] Reviżjonijiet fl-aħħar ta' l-2005 u fil-bidu ta' l-2006 tas-serje tad-data tal-PGD irriżultaw f'livelli tal-PGD ogħla, li b'mod mekkaniku ħarġu tnaqqis tal-livell tal-proporzjon tad-defiċit ta' madwar ¼ºpunt perċentwali tal-PGD.

    [12] Relatata ma' kuntratt ta' konċessjoni fuq perjodu ta' żmien twil għall-esplojtazzjoni ta' ħajt ta' l-ilqugħ u rreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESAº95.

    [13] Fl-istess ħin, dawn l-influssi se jimplikaw ukoll infiq addizzjonali, li konsegwentement itaffi konsiderevolment l-impatt ta' dawk l-irċevuti fuq il-bilanċ ġenerali tal-baġit.

    [14] Irreġistrat bħala tnaqqis ta' infiq kapitali ieħor skond ir-regoli ta' l-ESA95, iżda parti mill-proċediment ta' l-operat jintuża biex iħallas il-kumpens tal-kumpaniji li jiġġeneraw l-elettriku biex bil-mod il-mod tirrifletti biss fuq il-prezzijiet tal-konsumatur tal-prezzijiet tal-produzzjoni.

    [15] ĠU C 73, 19.3.2008, p. 6.

    [16] Id-differenzi f'dawn iċ-ċifri tad-dejn u dawk stmati fiż-żmien ta' meta inbdiet il-proċedura tad-defiċit eċċessiv jirriflettu l-aktar ir-reviżjonijiet fid- data tal-PGD msemmija fin-notaº11 f'qiegħ il-paġna.

    [17] Dak jidher li hu dovut lil differenza pożittiva bejn defiċit ibbażat fuq l-akkumulazzjoni u fuq kontanti, bħala impliċitu fl-aġġornament tal-programm. Iċ-ċifri ta' aġġustament ta' l-fluss ta' l-istokk kienu aġġustati biex jirriflettu l-aktar klassifika reċenti mill-awtoritajiet Portugiżi ta' xi injezzjonijiet kapitali f'xi sptarijiet tal-gvern bħala trasferimenti kapitali minflok operazzjonijiet finanzjarji.

    [18] ‘Acordo de Cooperação Institucional no Domínio das Estatísticas das Administrações Públicas’ (Ftehim Istituzzjonali Kooperattiv fil-Qasam ta' l-Istatistika Ġenerali Pubblika); Verżjoni Ingliża disponibbli fuq http://www.dgo.pt/FP/StatisticsAgreement_INE_BP_DGO.pdf Ara wkoll 'Inventorju Konsolidat ta' sorsi u metodi [għal statistika EDP]’, disponibbli fuq: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/pls/portal/docs/PAGE/PGP_DS_GFS/PGE_DS_GFS_11/EDPI_PT_2007_REV1.PDF.

    [19] ĠU L 274, 20.10.2005, p. 91.

    [20] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº1056/2005). Ir-Regolament emendat bir-Regolamentº(KE) Nruº2060 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).

    [21] ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolamentº(KE) Nruº2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).

    Top