Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0904

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri [transkonfinali] fl-elettriku.

    /* KUMM/2008/0904 finali/2 - COD 2007/0198 */

    52008DC0904

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri [transkonfinali] fl-elettriku. /* KUMM/2008/0904 finali/2 - COD 2007/0198 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 8.1.2009

    KUMM(2008) 904 finali

    2007/0198 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

    pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri [transkonfinali] fl-elettriku.

    2007/0198 (COD)

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

    pożizzjoni komuni tal-Kunsill meta jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirtira r-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri [transkonfinali] fl-elettriku.

    1. SFOND

    Il-proposta trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (id-dokument COM(2007)531– 2007/0198/COD) fid-data: | 19.09.2007 |

    L-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew mogħtija fid-data: | 22.04.08 |

    L-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni mogħtija fid-data: | 10.04.08 |

    L-opinjoni tal-Parlament Ewropew (fl-ewwel qari) mogħtija fid-data: | 18.06.2008 |

    Il-pożizzjoni komuni adottata b’unanimità fid-data: | 9.01.2009 |

    2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

    Din il-proposta tagħmel parti mit-tielet pakkett leġiżlattiv għal suq intern tal-gass u tal-elettriku fl-UE (“it-Tielet Pakkett”), li jinkludi żewġ Direttivi u tliet Regolamenti.

    Il-mira ewlenija tal-pakkett hija li jitwaqqaf qafas regolatorju li hu meħtieġ sabiex jagħmel il-ftuħ għas-suq għal kollox effettiv u biex jinħoloq suq uniku tal-gass u tal-elettriku fl-UE fl-interess taċ-ċittadini u tal-industrija tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jgħin sabiex il-prezzijiet jinżammu baxxi kemm jista’ jkun u sabiex jogħlew l-istandards tas-servizzi u s-sigurtà tal-provvista.

    Dan isir permezz tal-miżuri prinċipali li ġejjin:

    - sorveljanza regolatorja aktar effettiva minn regolaturi nazzjonali indipendenti;

    - it-twaqqif ta' Aġenzija sabiex tkun żgurata kooperazzjoni effettiva bejn ir-regolaturi nazzjonali u sabiex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet transkonfinali kollha rilevanti;

    - il-kooperazzjoni obbligatorja bejn l-operaturi tan-netwerks għall-armonizzazzjoni tar-regoli kollha li għandhom x’jaqsmu mat-trasport tal-enerġija madwar l-Ewropa u sabiex l-ippjanar tal-investiment ikun ikkoordinat;

    - is-separazzjoni effettiva tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija sabiex b'hekk ikun evitat kwalunkwe konflitt ta' interessi, għall-promozzjoni għall-investiment fin-netwerk u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe imġiba diskriminatorja;

    - iktar trasparenza u funzjonament aħjar tas-suq bl-imnut;

    - iktar solidarjetà u kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri sabiex tkun żgurata sigurtà aqwa tal-provvista.

    3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

    3.1. Kummenti Ġenerali

    Il-pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill dwar il-ħames testi li jsawwru t-Tielet Pakkett fihom il-komponenti essenzjali kollha tal-proposta tal-Kummissjoni li huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass u tal-elettriku u, b’mod iktar ġenerali, sabiex jinkisbu l-miri essenzjali li huma msemmija hawn fuq. Għalhekk jista’ jkun appoġġjat b’mod ġenerali mill-Kummissjoni (ara l-punt 3.2 hawn taħt).

    L-ewwel qari kkonċentra fuq il-ftehim li għandu jintlaħaq fi ħdan il-Kunsill. Għalhekk l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew ma kinux inkorporati b’mod formali fil-pożizzjoni komuni. In-negozjati għall-finijiet ta’ dan il-għan għandhom isiru waqt it-tieni qari. Madankollu xi emendi adottati mill-Parlament Ewropew huma meqjusa fil-pożizzjoni komuni (ara l-punt 3.3 hawn taħt). Il-Kummissjoni tikkonsidra li għadd ta' emendi li mhumiex koperti għandhom jitqiesu fit-tieni qari (ara l-punt 3.4 hawn taħt).

    3.2. Kummenti speċifiċi

    Il-bidliet ewlenin mill-proposta tal-Kummissjoni huma kif ġej:

    3.2.1 Twaqqif u bdil tal-kodiċijiet tan-netwerk

    Il-pożizzjoni komuni tibdel il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-proċess tat-twaqqif u l-bdil tal-kodiċijiet tan-netwerk. Tintroduċi kunċett ġdid ta’ linji gwida qafas, imħejjijin mill-Aġenzija, li għandhom jiġu applikati mit-TSOs meta jsir l-abbozz tal-kodiċijiet tan-netwerk Ewropej. (ara l-punt 3.3 għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni)

    3.2.2 Il-Pjan għall-Investiment tan-Netwerk

    Il-Kummissjoni pproponiet li l-ENTSO għall-Elettriku għandu jfassal pjan ta’ investiment fin-netwerk kull sentejn. Il-Kunsill biddel dan fi pjan indikattiv li ma jorbotx għall-iżvilupp ta’ netwerk. (ara l-punt 3.3 għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni)

    3.2.3 Tariffi

    Il-Kummissjoni tipproponi li t-tariffi għandhom ikunu approvati mir-regolaturi ex ante. Il-Kunsill inkluda l-possibbiltà li l-metodoloġija biss għandha tkun stabbilita ex ante, li hija aċċettabbli mill-Kummissjoni.

    3.2.4 Linji Gwida

    Il-Kummissjoni pproponiet lista estensiva tal-linji gwida, li kopriet kemm il-linji gwida eżistenti, xi suġġetti ġodda, u linji gwida li se jkunu msejsa fuq il-kodiċijiet tan-newerk.

    Il-Kunsill l-ewwel nett ħassar ir-riferenzi espliċiti kollha għal-linji gwida li huma diġà msemmija fil-lista tal-kodiċijiet tan-netwerks. Il-Kummissjoni tista' taqbel ma’ din l-għażla tal-abbozzar legali.

    Madankollu, il-Kunsill ħassar ukoll il-possibbiltà li jwaqqaf linji gwida. Il-Kummissjoni pproponiet il-possibbiltà ta' twaqqif ta' linji gwida għas-swieq bl-imnut. L-Istati Membri huma mitluba jagħtu definizzjoni tal-proċeduri ta’ skambji u bdil tad-dejta, imma l-Kunsill ressaq l-Artikolu fid-Direttiva. Fl-istess ħin ħassar il-posibbiltà li jwaqqfu linji gwida. Il-Kummissjoni tista’ taqbel mat-tnejn imma tqis li huwa meħtieġ li hi żżomm il-linji gwida kollha li baqa’ sabiex tiżgura li s-sistema tat-twaqqif ta’ regoli li jorbtu legalment għas-suq tal-elettriku tibqa’ taħdem kif xieraq.

    3.3. Aspetti tal-pożizzjoni komuni li jirriflettu l-emendi tal-Parlament Ewropew

    Għadd ta’ emendi tal-Parlament Ewropew huma riflessi fil-pożizzjoni komuni, jew permezz tal-istess kliem jew fis-sustanza. Dawn huma kif ġej:

    3.3.1 Is-setgħa tal-Aġenzija li tiżviluppa linji gwida qafas u kodiċijiet.

    Kemm il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u kemm l-emendi tal-Parlament Ewropew (emenda nru 32) ibiddlu l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-proċess tat-twaqqif tal-kodiċijiet tan-netwerks. Tintroduċi kunċett ġdid tal-qafas tal-linji gwida, imħejjija mill-Aġenzija, li għandhom ikunu applikati mit-TSOs meta jsir l-abbozz tal-kodiċijiet tan-netwerk Ewropej.

    Il-Kummissjoni tappoġġja rwol iktar ċar għall-Aġenzija fil-proċess tat-tfassil tar-regoli. Minflok ma tagħti l-opinjoni tagħha biss wara li jkun ġie abbozzat kodiċi mit-TSOs, l-Aġenzija se tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-kodiċijiet ex ante fil-forma ta' linji gwida qafas f’qasam speċifiku.

    Il-Parlament Ewropew ippropona wkoll li l-Aġenzija għandha tadotta kodiċijiet tan-netwerk li jorbtu (l-emenda nru 14), filwaqt li l-Kunsill jisħaq li l-Kummissjoni biss tista’ tagħmel il-kodiċijiet jorbtu. Il-Kummissjoni ma tistax tappoġġja t-tentattiv tal-Parlament li jsaħħaħ l-Aġenzija, minħabba li dan l-aġir kuwa kontradittorju għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fis-sentenza ta’ Meroni, li ddeċidiet li l-Kummissjoni ma tistax tiddelega setgħat diskrezzjonarji lil xi korp ieħor.

    3.3.2 Konsultazzjoni u monitoraġġ mill-ENTSO

    Kemm il-pożizzjoni komuni u kemm l-emendi tal-Parlament Ewropew ibiddlu l-proposta tal-Kummissjoni li għandha x'taqsam mal-konsultazzjoni u l-monitoraġġ mill-ENTSO tal-elettriku. Il-pożizzjoni komuni tiċċara r-rwol tal-ENTSO meta mqabbel mal-konsultazzjoni u l-monitoraġġ li tagħmel l-Aġenzija. L-emendi tal-Parlament jimxu fl-istess direzzjoni imma huma wisq ristrettivi sabiex iħallu wisa’ biżżejjed għall-konsultazzjoni u l-monitoraġġ mill-ENTSO.

    3.3.3 L-ispejjeż tal-ENTSO

    Kemm il-pożizzjoni komuni u kemm l-emendi tal-Parlament Ewropew iżidu r-rekwiżit li l-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw l-ispejjeż tal-ENTSO sakemm dawn ikunu raġonevoli u proporzjonati.

    3.3.4 L-użu ta’ kirjiet għall-konġestjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni pprovdiet għall-użu obbligatorju ta’ imposti għall-konġestjoni, kemm sabiex tikkonferma l-kapaċità transkonfinali, kif ukoll għall-investiment fin-netwerk. Dan huwa propost ukoll permezz tal-emenda nru 23 tal-Parlament, li żżid l-approvazzjoni mill-Aġenzija għall-użu tal-imposti għall-konġestjoni sabiex jitnaqqsu t-tariffi. Il-pożizzjoni komuni reġgħet introduċiet il-possibbiltà tal-użu tal-imposti għall-konġestjoni sabiex jitnaqqsu t-tariffi.

    Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-użu tal-kirjiet għall-konġestjoni għat-tnaqqis tat-tariffi jdgħajjef l-inċentiv li tinbena infrastruttura ġdida li tuża l-imposti għall-konġestjoni. Madankollu, il-pożizzjoni komuni tistabbilixxi prijorità ċara għall-użu tal-imposti għall-konġestjoni sabiex tikkonferma l-kapaċità transkonfinali jew għall-investiment fin-netwerk qabel jitnaqqsu t-tariffi tan-netwerk. L-emenda tal-Parlament timxi fid-direzzjoni t-tajba. Il-pożizzjoni komuni flimkien mal-emenda tal-Parlament hija aċċettabbli mill-Kummissjoni bħala soluzzjoni ta’ kompromess.

    3.4. L-emendi tal-Parlament Ewropew approvati mill-Kummissjoni imma mhux approvati mill-Kunsill

    3.4.1 Is-setgħa tal-Aġenzija fir-rigward ta’ pjanijiet tal-investiment

    Skont il-pożizzjoni komuni, l-ENTSO tadotta pjan indikattiv ta' żvilupp għal netwerk fuq 10 snin. L-Aġenzija tirrevedi dan il-pjan, u tista’ tipproponi tibdiliet fil-pjan lill-Kummissjoni u lill-ENTSO. Il-Parlament Ewropew jipproponi li l-Aġenzija għandha tadotta pjan ta’ investiment għal netwerk li jorbot, li għandu jkun imħejji mill-ENTSO. Il-Kummissjoni ma tistax taqbel mal-fatt li l-Aġenzija tingħata s-setgħa diskrezzjonarja li tadotta pjan ta’ investiment li jorbot. Il-Kummissjoni tista’ madankollu tappoġġja l-pjan ta’ investiment adottat mill-Aġenzija li ma jorbotx, jew ikollha rwol li timmonitorja l-konsistenza bejn il-pjanijiet nazzjonali ta' investiment kif approvati mir-regolaturi nazzjonali u l-pjan ta' żvilupp ta' netwerk fuq 10 snin tal-ENTSO.

    3.4.2 Kooperazzjoni teknika ma’ pajjiżi terzi

    L-emendi tal-Parlament jipproponu monitoraġġ ta’ kooperazzjoni teknika ma' operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' pajjiż terz mill-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u mill-Aġenzija.

    3.4.3 Tneħħija ta’ ostakli amministrattivi biex tiżdied il-kapaċità

    L-emendi tal-Parlament jipproponu li l-Istati Membri għandhom jerġgħu jirrevedu l-proċeduri tagħhom għat-tneħħija ta’ ostakli amministrattivi biex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni.

    4. KONKLUŻJONIJIET

    Il-Kummissjoni hi tal-fehma li l-pożizzjoni komuni tappoġġa l-punti ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni. Rigward kwistjonijiet sostantivi, il-Kummissjoni tara li l-pożizzjoni komuni b’mod ġenerali toħloq bilanċ tajjeb u tagħmel kompromess vijabbli, u dan jgħin lis-suq intern tal-gass u l-elettriku sabiex jopera mingħajr xkiel. Madankollu, il-Kummissjoni tikkonsidra, li għadd ta’ emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari għandhom jiġu inkorporati biss wara t-tieni qari.

    Top