This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0858
Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Interim Partnership Agreement between the European Community, of the one part, and the Pacific States, of the other part
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra
/* KUMM/2008/0858 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra /* KUMM/2008/0858 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.12.2008 KUMM(2008) 858 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-proposta mehmuża tikkostitwixxi l-istrument legali għall-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati AKP tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija. Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bid-data tat-23 ta' Ottubru 2007, il-Ftehim Interim ta’ Sħubija ġie nnegozjat biex jiġi evitat li jitħarbat il-kummerċ mal-Komunità mal-iskadenza tar-reġim kummerċjali stabbilit fl-Anness V tal-Ftehim ta' Cotonou fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rinunzja tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li tkopri dan ir-reġim kummerċjali. Dawn in-negozjati ġew konklużi permezz tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija fit-23 ta’ Novembru 2007 mar-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi u l-Papwa Ginea l-Ġdida. B’riżultat ta’ dan l-Istati tal-Paċifiku firmatarji (il-Fiġi u l-Papwa Ginea l-Ġdida) ġew inklużi fil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness 1 tar-Regolament dwar l-Aċċess tas-Suq tal-FSE (Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika) adottat mill-Kunsill fl-20 ta’ Diċembru 2007[1] li bbenefikaw mill-offerta għall-aċċess tas-suq Komunitarju li saret fil-kuntest tal-FSE mill-1 ta’ Jannar 2008. L-inklużjoni tagħhom f’din il-lista se ssir permanenti wara r-ratifika tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija mill-partijiet kollha. Dan se jiżgura reġim kummerċjali uniku armonizzat bl-UE tipprovdi aċċess aħjar għas-suq għall-Istati tal-Paċifiku firmatarji. Il-Ftehim Interim ta’ Sħubija huwa qafas għal FSE u jinkludi l-miżuri kollha meħtieġa biex tigi stabbilita Żona ta’ Kummerċ Ħieles kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XXIV tal-GATT 1994[2], inklużi dispożizzjonijiet dwar il-Faċilità tad-Dwana u tal-Kummerċ, l-Ostakoli Tekniċi għall-Kummerċ, il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji u s-Soluzzjoni tat-Tilwim. Kemm id-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-iżvilupp kif ukoll id-dispożizzjonijiet istituzzjonali huma limitati ħafna, il-punt fokali tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija huwa purament il-kummerċ fil-merkanzija. Il-Ftehim Interim ta’ Sħubija fih klawżola ta’ reviżjoni (rendez-vous) għal negozjati ta’ kontinwazzjoni tal-FSE komprensiv, li se jkopri oqsma oħra, eż. l-kooperazzjoni fl-iżvilupp, is-servizzi, is-sajd, l-agrikoltura, ir-regoli relatati mal-kummerċ, eċċ. In-negozjar ta' FSE komprensiv ikompli b'mod konsistenti mad-direttivi għal FSE mal-Istati tal-AKP adottati mill-Kunsill fit-12 ta' Ġunju 2002. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim Interim ta’ Sħubija, hi prevista l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim. Il-Kummissjoni ddeterminat ir-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u f’konformità mad-direttivi tan-negozjati mill-Kunsill, u titlob lill-Kunsill: - biex jawtorizza l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija; - biex japprova l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Billi: (1) Fit-12 ta’ Ġunju 2002 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati għal Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-AKP. (2) In-negozjati għal Ftehim Interim ta’ Sħubija, li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (minn hawn ’il quddiem il-‘FSE interim’) ġew konklużi fit-23 ta’ Novembru 2007 mal-Papwa Ginea l-Ġdida u mar-Repubblika tal-Gżejjer tal-Fiġi. (3) L-Artikolu 76(3) tal-FSE interim jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu sakemm dan jidħol fis-seħħ. (4) Il-FSE interim għandu jkun iffirmat f’isem il-Komunità u applikat fuq bażi provviżorja bil-kundizzjoni li jiġi konkluż f’data aktar tard. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn l-Istati tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-imsemmi FSE interim. It-test tal-FSE interim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bil-poter li jiffirmaw il-FSE interim f'isem il-Komunità Ewropea bil-kundizzjoni li jiġi konkluż. Artikolu 3 Il-FSE interim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja kif stipulat fl-Artikolu 76(3) tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika li tagħti tagħrif dwar id-data tal-applikazzjoni provviżorja. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President […] DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT LIMITAT ESKLUSSIVAMENT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, fuq in-naħa l-oħra 2. IL-LINJI TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu u l-Artikolu: 12/120 L-ammont stmat għas-sena kkonċernata: 16 431 900 000 (Il-Baġit 2008) 3. IMPATT FINANZJARJU ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq l-infiq iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: 4. MIŻURI KONTRA L-FRODI Biex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista' twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skont l-Artikolu 17, tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn l-Istati tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (l-OLAF) u dawn għandhom jiġu rregolati mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli regolari fuq il-post li jkunu bbażati fuq id-dokumenti. 5. RIMARKI OĦRAJN It-tariffi doganali kollha li baqa' fuq il-prodotti li joriġinaw f’dawk ir-reġjuni tal-AKP jew stati li kkonkludew in-negozjati dwar il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika jew ftehimiet li jinkludu arranġamenti kummerċjali kompatibbli mal-WTO tneħħew permezz tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1528/2007. Għalhekk, m'hemm l-ebda impatt finanzjarju addizzjonali assoċjat ma' din il-proposta. [1] Ir-Regolament tal-Kunsill 1528/2007 [2] Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (1994) [3] ĠU C , , p. .