Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0803

Proposta ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

/* KUMM/2008/0803 finali - AVC 2008/0233 */

52008PC0803

Proposta ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja /* KUMM/2008/0803 finali - AVC 2008/0233 */


MT

Brussell, il 26.11.2008

KUMM(2008) 803 finali

2008/0233 (AVC)

Proposta ta’

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-propostaIl-kriżi bħal qatt qabel li laqtet is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Unjoni Ewropea, li jitolbu reazzjoni fil-pront biex tilqa’ kontra l-effetti tagħha fuq l-ekonomija inġenerali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni trid, flimkien mal-Istati Membri, taġixxi sabiex issaħħaħ l-investiment b’mod li terġa’ tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Dan huwa s-suġġett tal-komunikazzjoni tagħha bl-isem "Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" adottata fid-29 ta’ Ottubru 2008. |

120 | Kuntest ġeneraliJeżisti tħassib kbir li l-kriżi finanzjarja ser taffettwa sew l-ekonomija reali, b’mod partikolari minħabba d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-banek, ir-restrizzjoni tal-kundizzjonijet ta’ krediti (żieda tar-rati ta’ mgħax, għażla aktar stretta ta’ min jingħata self) li jistgħu jitfgħu piż fuq il-konsum tal-familji kif ukoll fuq l-investimenti tal-impriżi, l-appoġġ għall-innovazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u industrijali, u konsegwentement fuq it-tkabbir tal-PGD u l-impjiegi.L-aħħar previżjonijiet ekonomiċi tal-Kummissjoni jbassru tnaqqis kbir fit-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, li ser jinżel għal 1,4 % fl-2008 (jew nofs ir-rata tal-2007), 0,2 % fl-2009 u 1,1 % fl-2010. Dawn il-perspettivi ekonomiċi mwiegħra ser aktarx jinħassu fil-finanzi pubbliċi. Jekk ma jkunx hemm bidla fil-politika, id-defiċits baġitarji huma mistennija li jiżdiedu, minn inqas minn 1 % tal-PGD fl-2007 għal 2,6 % fl-2010. Madanakollu, huwa diffiċlli li jsiru projezzjonijiet affidabbli għall-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda d-dejn, minħabba l-inċertezza dwar il-konsegwenzi baġitarji tal-miżuri ta’ salvataġġ li diġà qed jittieħdu mill-gvernijiet.Biex jiġġieldu kontra l-effetti tal-kriżi, l-Istati fil-fatt immobilizzaw ruħhom kemm individwalment kif ukoll fil-qafas ta’ strateġija miftiehma fil-livell Ewropew u internazzjonali. Fl-Istati Uniti, l-Istat iddeċieda li jipproċedi bin-nazzjonalizzazzjoni każ b’każ ta’ stabbilimenti f’diffikultà, wara li ppreveda fil-bidu ta’ Ottubru li l-Istat jixtri b’700 biljun dollaru Amerikan ta’ assi li jinsabu f’riskju. Fl-Ewropa, id-diversi pjanijiet nazzjonali mħabbra fl-istess perjodu jammontaw għal EUR 1 700 biljun, li jinkludu garanziji ta’ finanzjament mill-ġdid, iżda wkoll miżuri ta’ kapitalizzazzjoni mill-ġdid jew nazzjonalizzazzjoni.F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għamlet sforz li tikkontribwixxi fid-dibattitu li beda, fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mal-imsieħba internazzjonali tagħha, dwar l-aħjar mod ta’ reazzjoni għall-kriżi finanzjarja attwali u għar-riperkussjonijiet soċjo-ekonomiċi. B’mod partikolari, hija evalwat mal-Istati Membri l-possibiltajiet li tħaffef il-proġetti ta’ investiment u tantiċipa l-pagament lill-Istati Membri.Biex isir dan, il-politika ta’ koeżjoni hija l-aqwa lieva u l-aktar waħda rilevanti biex issostni l-ekonomija reali. B’pakkett finanzjarju ta’ EUR 347 biljun għall-perjodu 2007-2013, li minnhom 250 huma mmirati biex iwieġbu bi prijorità għall-objettivi tal-istrateġija ta’ Liżbona, din tipprovdi appoġġ qawwi ta’ stabilità baġitarja u, għaldaqstant, appoġġ konsiderevoli għall-investiment pubbliku fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea. |

130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-Proposta Ir-riperkussjonijiet gravi li qed issofri l-ekonomija Ewropea għandhom ibaxxu r-rata ta’ tkabbir potenzjali fi żmien medju u jrażżnu b’mod konsiderevoli t-tkabbir reali fl-2009 u l-2010. Bosta ekonomiji nazzjonali ser jidħlu f’riċessjoni skont l-aħħar previżjonijiet disponibbli. Dawn il-perspettivi ekonomiċi mwiegħra ser ikollhom impatti ferm negattivi fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni li jeħtieġu kofinanzjamenti nazzjonali għall-immobilizzar tal-Fondi strutturali, jinsabu f’riskju li jintlaqtu b’mod profond. F’dan il-kuntest, ċerti dispożizzjonijiet regolatorji li qegħdin fis-seħħ bħalissa għandhom jiġu adattati biex jiġu aċċelarati l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ investiment u l-impenn tal-fondi Komunitarji għall-benefiċċju tal-ekonomija tal-Istati Membri u tar-reġjuni tal-UE. Fost dawn id-dispożizzjonijiet, wieħed jista’ jsemmi id-dispożizzjonijiet relatati mal-finanzjament bil-quddiem, dawk li jirrigwardaw l-istat tal-ispejjeż b’mod partikolari, min-naħa waħda, ir-rimborż tal-pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarji fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat, u min-naħa l-oħra, il-proġetti l-kbar, u fl-aħħar dawk relatati mal-eliġibilità tal-ispejjeż u dawk li jirrigwardaw strumenti ta’ inġinerija finanzjarja. |

141 | Konsistenza mal-linji politiċi l-oħrajn u l-għanijiet tal-UnjoniMhux applikabbli. |

2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u analiżi tal-impatt |

| Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

219 | Sabiex l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi biex jingħelbu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali jkunu effettivi, jeħtieġ li jsir intervent fil-pront. L-urġenza tas-sitwazzjoni ma ppermettitx li ssir konsultazzjoni mal-Istati Membri. Madankollu, għalkemm dawn il-miżuri għandhom bħala għan li jgħaġġlu l-implimentazzjoni tal-programmi, xi wħud fosthom huma wkoll sorsi ta’ simplifikazzjoni. Dwar dan, l-Istati Membri sostnew kemm-il darba x-xewqa tagħhom li jitkompla x-xogħol mibdi bir-reviżjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament Ġenerali. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri esprimew kemm-il darba x-xewqa tagħhom li jiġu ssimplifikati r-Regolamenti relatati mal-Fondi. |

| Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

229 | L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ. |

230 | Analiżi tal-impattĠew diskussi l-alternattivi kollha sabiex tiġi mgħaġġla l-implimentazzjoni, inkluż permezz tas-simplifikazzjoni ta’ ċerti proċeduri amministrattivi. Din il-Proposta qed tlesti serje ta’ bidliet mhux regolatorji li għandhom l-għan li jiżguraw li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw b’mod sħiħ il-flessibiltajiet eżistenti, inkluża l-possibbiltà, jekk meħtieġ, li jibdlu jew jissimplifikaw il-programmi sabiex jadattawhom bl-aħjar mod għall-ħtiġijiet ġodda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiffinalizzaw id-deskrizzjoni tas-sistema tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll b’mod li hi stess tkun tista’ tħaffef il-validazzjoni tagħhom u tippermetti pproċessar aktar fil-pront tat-tranżazzjonijiet finanzjarji intermedjarji b’ħarsien tar-regoli ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.Din ir-rieda ta’ simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-Fondi ser ikollha bla ebda dubju impatt pożittiv fuq ir-ritmu ta’ implimentazzjoni tal-programmi, b’mod partikolari billi tipprovdilhom mezzi finanzjarji akbar fil-bidu tal-programm.Implimentazzjoni aktar rapida tal-programmi operattivi għandha tikkontribwixxi wkoll b’mod aktar effiċjenti sabiex terġa' tiġi stabbilita aktar malajr sitwazzjoni ekonomika normali meta jibda t-tmiem tal-perjodu ta’ kriżi. Fil-fatt, żieda tal-pagamenti bil-quddiem magħmula lill-benefiċjarji fil-qafas tal-programmi diġà approvati twassal għal likwidità addizzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha territorjali. Dawn il-pagamenti bil-quddiem jikkontribwixxu bl-istess mod sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni fuq l-ekonomija reali. |

3. Elementi Legali tal-Proposta |

305 | Sommarju tal-miżuri propostiL-emendi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni proposti mill-Kummissjoni huma mmirati biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi tal-kriżi ekonomika inġenerali, sabiex tiġi aċċellerata fuq medda ta’ żmien qasir l-implimentazzjoni tal-Fondi favur l-ekonomija reali, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ imsaħħaħ lill-SMEs.Il-proposti għal emendi huma msejsa fuq erba’ punti:Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 44 rigward l-istrumenti tal- inġinerija finanzjarja għall-intervent tal-BEI u tal-FEI bħala appoġġ għall-Istati Membri fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi;Emenda tal-Artikolu 56 dwar l-eliġibilità tal-ispejjeż sabiex tiġi ċċarata l-possibbiltà ta’ pagamenti ta’ nfiq ġenerali fuq il-bażi ta’ rati fissi, u tiġi introdotta l-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura bħal infiq eliġibbli għall-kostituzzjoni ta’ u għall-kontribuzzjoni għall-fondi;Emenda tad-dispożizzjonijiet dwar l-infiq : (i) għall-proġetti l-kbar bit-tneħħija tal-projbizzjoni fuq l-inserzjoni tal-infiq li kien hemm għall-proġetti l-kbar fit-talbiet ta’ pagamenti intermedjarji qabel l-approvazzjoni tal-proġett il-kbir mill-Kummissjoni, u (ii) għall-għajnuniet mill-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat bit-tneħħija tal-limitu ta’ 35% tal-pagament bil-quddiem mogħti lill-benefiċjarji mill-korp li jagħti l-għajnuniet, li jippermetti għalhekk li wieħed jasal sa 100%, bil-kundizzjonijiet l-oħra jibqgħu l-istess.Żieda tat-tielet porzjon ta’ finanzjament bil-quddiem (2009) ta’ 2% għall-Fondi Strutturali għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, il-ħolqien ta’ tielet porzjon (2009) ta’ 2,5% għall-Fondi Strutturali għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea hekk kif kienet stabbilita qabel l-1 ta’ Mejju 2004; għal dak li għandu x’jaqsam mal-objettiv ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, jekk il-programm jinkludi mill-inqas Stat Membru li ssieħeb fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara bħala parteċipant, huwa attribwit persentaġġ addizzjonali ta’ 2% fl-2009. Dawn ir-riżorsi addizzjonali li għandhom ikunu disponibbli fil-bidu tas-sena, għandhom ikunu ttrasferiti malajr lill-benefiċjarji filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |

310 | Bażi legaliIr-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, li ġie adottat fil-11 ta’ Lulju 2006, jistabbilixxi regoli komuni, applikabbli għat-tliet Fondi. Dan ir-Regolament, li huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, jippreżenta proċedura ġdida ta’ programmar, kif ukoll standards ġodda għall-ġestjoni, inkluża dik finanzjarja, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-evalwazzjoni tal-proġetti. |

329 | Prinċipju ta’ sussidjarjetàIl-Proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà minħabba li għandha l-għan li takkumpanja lill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-effetti tal-kriżi finanzjarja attwali permezz ta' bidliet li jsaħħu r-rwol ta' dawn tal-aħħar fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża tal-Fondi. |

| Prinċipju ta’ proporzjonalitàIl-Proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

331 | Billi l-proposta hija limitata għal ħames Artikoli tar-Regolament Ġenerali, din tippermetti li d-diskussjoni tkun ikkonċentrata fuq ċerti dispożizzjonijiet ta’ natura relattivament teknika u toħloq kundizzjonijiet ta’ reviżjoni rapida, li huwa l-uniku mod kif l-inċertezza legali tista’ tkun strettament limitata fiż-żmien u, konsegwentement, tikkontribwixxi mingħajr dewmien sabiex l-attività ekonomika fl-Unjoni Ewropea tkun tista’ tirpilja. Barra minn hekk, abbażi tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emenda tal-Artikolu 56(2) biss għandha tkun tista' tiġi applikata retroattivament mill-1 ta' Awwissu 2006, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. |

332 | Permezz tas-simplifikazzjonijiet proposti, l-ispiża finanzjarja u amministrattiva tal-Istati Membri tonqos. |

| Għażla tal-istrumenti |

341 | Strument(i) propost(i): Regolament. |

342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu adegwati għar-raġunijiet li ġejjin.Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini kollha ta’ manuvra offruti mir-Regolamenti tal-Fondi biex taċċellera l-proġetti ta’ investiment u l-impenn tal-fondi Komunitarji favur l-ekonomiji tal-Istati Membri u tar-reġjuni tal-UE. Minbarra l-emendi mhux regolatorji ippreżentati fil-Komunikazzjoni tas-26 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni tipproponi emendi tar-Regolament Ġenerali li jistabbilixxi ħames Artikoli. L-għan ta’ dawn ir-reviżjonijiet huwa biex jiffaċilita l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-proġetti b’mod li titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija reali. |

4. Implikazzjoni baġitarja |

| L-ammont tal-pagamenti bil-quddiem addizzjonali previsti fl-2009 permezz tal-Proposta huwa ta’ EUR 6,3 biljun fi ħlas. L-emendi l-oħra proposti jistgħu jħaffu r-ritmu tal-pagamenti intermedjarji. |

2008/0233 (AVC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 161(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni konformi tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) Il-kriżi bla preċedent li qed tolqot is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Komunità, li jitolbu reazzjoni fil-pront biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija inġenerali, u b’mod partikolari biex issostni l-investimenti b’mod sabiex jirpiljaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

(2) Il-qafas regolatorju tal-perjodu ta’ programmar 2007-2013 ġie adottat bil-għan li jsaħħaħ is-simplifikazzjoni tal-ipprogrammar u tal-ġestjoni tal-Fondi, l-effikaċja tal-intervent tagħhom u s-sussidjarjetà tal-implimentazzjoni tagħhom.

(3) Adattament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [5] huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-programmi operattivi kif ukoll għall-proġetti megħjuna fil-qafas ta' dawn il-programmi, b’mod li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija.

(4) Hemm lok li tissaħħaħ il-possibbiltà għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jgħinu lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

(5) Meta jitqies l-irwol tal-BEI u l-FEI bħala entitajiet finanzjarji tal-Komunità skont it-Trattat, meta jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja permezz tagħhom bħala fondi ta’ titoli, għandu jkun possibli li jiġi attribwit kuntratt direttament lilhom.

(6) Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, huwa b’mod partikolari rakkomandabbli li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li fihom l-ispejjeż ġenerali għandhom ikunu jistgħu jiġu ttrattati bħala nfiq imħallas mill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

(7) Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, b’mod partikolari fis-settur tal-iżvilupp urban sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura bħala nfiq eliġibbli għall-kostituzzjoni u għall-kontribuzzjoni għall-fondi.

(8) Fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat, biex jingħata appoġġ lill-impriżi, u b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jeħtieġ flessibilità fil-kundizzjonijiet relatati mal-parti mill-pagamenti bil-quddiem li jingħataw lill-benefiċjarji li jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni tan-nefqa.

(9) Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-proġetti l-kbar, huwa meħtieġ li jkun permess li l-ispejjeż relatati mal-proġetti l-kbar li għadhom ma ġewx adottati mill-Kummissjoni, jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjoni tan-nefqa.

(10) Biex jissaħħu d-disponibbiltajiet finanzjarji tal-Istati Membri favur bidu rapidu tal-programmi operattivi f’kuntest ta’ kriżi, jeħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-finanzjament bil-quddiem.

(11) Il-pagament bil-quddiem fil-bidu tal-programmi operattivi għandu jkun kapaċi jiggarantixxi dħul u ħruġ ta’ flus regolari u jiffaċilita l-pagamenti għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti xi dispożizzjonijiet għall-pagament tal-kontijiet għall-Fondi strutturali: 7,5 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u 9 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara) sabiex jikkontribwixxu biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

(12) Skont il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emenda relatata mal- Artikolu 56(2) biss għandha tkun tista' tiġi applikata retroattivament mill-1 ta' Awwissu 2006, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif imiss.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu hu emendat kif ġej:

a) il-punt b) qed jinbidel b’dan li ġej:

"b) meta l-ftehim mhuwiex kuntratt pubbliku ta’ servizz skont il-liġi applikabbli fir-rigward ta’ swieq pubbliċi, l-għoti ta’ għajnuna, stipulata għal dan il-għan bħala kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni lil xi istituzzjoni finanzjarja mingħajr sejħa għall-offerti, jekk dan isir b’konformità ma’ liġi nazzjonali, huwa kompatibbli mat-Trattat."

b) il-punt c) li ġej għandu jiżdied:

"c) l-għoti ta’ kuntratt direttament lill-BEI jew lill-FEI."

2. Fl-Artikolu 46, paragrafu 1, it-tieni subparagrafu li ġej għandu jiżdied:

"Il-BEI jew l-FEI jistgħu, fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta’ assistenza teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu."

3. Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 2 qed jinbidel b’dan li ġej:

"2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta’ deprezzament u n-nefqa ġenerali, jistgħu jiġu ttrattati bħala spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, fil-każ ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja u għall-finijiet tal-Artikolu 78(6)(1), jistgħu jiġu pproċessati bħala nefqa għall-kostituzzjoni tal-fondi jew fondi ta’ titoli jew għall-kontribuzzjoni ta’ dawn, fil-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) ir-regoli ta’ eliġibilità stabbiliti taħt il-paragrafu 4 jipprovdu għall-eliġibilità ta’ tali nefqa;

b) l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti ta' verifika li jkollhom valur ta’ prova ekwivalenti għal riċevuti;

c) fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura, il-kofinanzjament mill-Fondi ma jaqbiżx it-total tal-ispejjeż eliġibbli bl-esklużjoni tal-valur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet.

Bħala deroga mit-tielet subparagrafu, punt b), fil-qafas ta’ għajnuniet, in-nefqa ġenerali imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jistgħu jkunu ddikjarati fuq bażi ta’ rata fissa. Din ir-rata hija stabbilita minn qabel skont metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli."

4. L-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:

a) fil-paragrafu 2, il-punt b) huwa mħassar;

b) il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

"4. Meta, b’konformità mal-Artikolu 41(3), il-Kummissjoni tirrifjuta l-kontribuzzjoni finanzjarja lil xi proġett kbir, id-dikjarazzjoni tal-infiq li ssegwi l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tirrettifika d-dikjarazzjoni tal-infiq preċedenti ikkonċernata kif imiss."

5. Fit-tieni inċiż tal-Artikolu 82(1), il-punti a), b) u c) huma mibdula b’dan li ġej: a) għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004: fl-2007, 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008, 3 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv u fl-2009, 2,5 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

b) għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007, 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008, 3% tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, u fl-2009, 4 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

c) meta l-programm operattiv jirriżulta mill-Objettiv ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u mill-inqas wieħed mill-parteċipanti huwa Stat Membru li ssieħeb mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007, 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, fl-2008, 3% tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, u fl-2009, 4% tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 1, punt 3, huwa applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2006. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Dan id-dokument huwa maħsub sabiex jakkumpanja u jikkomplimenta l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Bħala tali, mat-tlestija ta’ din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u mingħajr ma jiġi ppreġudikat il-fehim ċar tagħha, għandu jsir sforz, safejn hu possibli, sabiex ma terġax tiddaħħal informazzjoni li diġà tkun fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Qabel ma timla din il-formola, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji Gwida li ġew speċifikament imfassla biex ikunu ta’ gwida u biex jiċċaraw dawn il-punti li jinsabu hawn taħt.

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal REGOLAMENT (KE) TAL-KUNSILL NRU …/2009 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru1083/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

2. QAFAS ABM/ABB (ġestjoni skont l-attività/ibbaġittjar skont l-attività)

Qasam/Oqsma ta’ Politika kkonċernat(i) u attività/jiet assoċjata/i:

Politika Reġjonali : attività 13.03

Impjieg u Affarijiet Soċjali : attività 04.02

3. LINJI TA’ BAĠIT

3.1. Linji ta’ baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji BA)), inklużi l-intestaturi tagħhom:

L-azzjonijiet ġodda proposti ser ikunu implimentati fl-2009 fuq il-bażi tal-linji baġitarji li ġejjin :

– 13.0316 Konverġenza

– 13.0318 Kompetittività Reġjonali u impjieg

– 13.0319 Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

– 04.0217 Konverġenza

– 04.0219 Kompetittività Reġjonali

3.2. Tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

L-impatt baġitarju jirrigwarda l-pagamenti li ser isiru skont il-baġit 2009, minħabba l-pagamenti bil-quddiem li ser isiru hekk kif ikun possibli, wara l-adozzjoni tal-Proposta ta’ emenda tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament 1083/2006. Meta jitqiesu l-inċertezzi marbuta mad-data li fiha ser jintlaqgħu t-talbiet ta’ pagamenti intermedjarji u relatati mal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proċedura ddefinita permezz tal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill 1083/2006, il-pagament bil-quddiem propost ser ikun iffinanzjat minn pagamenti diġà previsti fil-baġit. Fid-dawl tal-progress tat-tlestija għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri tat-talbiet għal pagamenti intermedjarji u tad-dokumenti ta’ ħarsien tal-proċedura msemmija qabel, il-Kummissjoni ser terġa’ tevalwa fl-2009 il-ħtieġa ta’ approprijazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali u ser tipproponi, jekk ikun il-każ, azzjonijiet xierqa lill-Awtorità baġitarja.

3.3. Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk meħtieġ):

Linja ta’ baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribut EFTA | Kontributi minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-prospett finanzjarju |

13.0316 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.0318 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.0319 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

13.0402 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

04.0217 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

04.0219 | NO/NMO | NMO | LE | LE | LE | Nru 1b |

4. IR-RIŻORSI FIL-QOSOR

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Taqsira tal-approprijazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprijazzjonijiet ta' pagament (AP)

L-ebda riżors addizzjonali mhu mitlub għall-2009 f’dan l-istadju, minħabba l-inċertezzi marbuta mad-data li fiha se jintlaqgħu it-talbiet ta’ pagamenti intermedjarji u relatati mal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proċedura stipulata mill-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill 1083/2006.

It-tabelli li ġejjin juru l-impatt tal-pagamenti bil-quddiem proposti. Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni u l-possibbiltà li jkunu previsti pagamenti intermedjarji għall-proġetti l-kbar qabel l-approvazzjoni ta’ dawn permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni jistgħu wkoll ikollhom impatt fuq it-tqassim ta’ approprijazzjonijiet ta’ ħlas, u jippermettu pagament bil-quddiem meta mqabbel mal-2009/2010. Dan huwa madankollu diffiċli li jiġi kkwantifikat, f’dan l-istadju.

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' nefqa | Taqsima Nru. | | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n +5 u wara | Total |

Nefqa operattiva [6] | | | | | | | | |

Approprijazzjonijiet ta' Impenn (AI) | 8.1. | a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Approprijazzjonijiet ta' Pagament (AP) | | b | m/a | 6250,833 | 0 | 0 | 0 | -6250,833 | |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza [7] | | | |

Assistenza teknika u Amministrattiva ATA (NDA) | 8.2.4. | c | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

AMMONT TOTALI TA' REFERENZA | | | | | | | |

Approprijazzjonijiet ta' Impenn (AI) | | a + c | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Approprijazzjonijiet ta' Pagament | | B + c | m/a | 6250,833 | 0 | 0 | 0 | -6250,833 | 0 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza [8] | | |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Spejjeż amministrattivi, għajr għar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta' referenza (NDA) | 8.2.6. | e | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Total indikattiv tal-ispiża tal-azzjoni |

TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | | a + c + d + e | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

TOTAL AP, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | | b + c + d + e | m/a | 6250,833 | 0 | 0 | 0 | -6250,833 | 0 |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok ispeċifika), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandha tidher fit-tabella t'hawn taħt (jistgħu jiġu miżjuda linji addizzjonali jekk entitajiet differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament):

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Entità kofinanzjarja | | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

…………………… | f | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a + c + d + e + f | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a. | m/a |

4.1.2. Kompatibilità mal-Programm Finanzjarju

Il-proposta hija kompatibbli mal-programm finanzjarju attwali.

Il-proposta se timplika pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-prospett finanzjarju.

Il-proposta tista' teħtieġ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali [9] (jiġifieri strument ta' flessibilità jew reviżjoni tal-prospett finanzjarju).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: il-preċiżjonijiet u l-osservazzjonijiet kollha rigward il-metodu ta’ kalkolu tal-effett fuq id-dħul għandhom jidhru f’anness separat.

miljuni ta’ EUR (sa punt wieħed deċimali)

| | Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Linja ta’ baġit | Dħul | | | [Sena n] | [n + 1] | [n + 2] | [n + 3] | [n + 4] | [n + 5] [10] |

| a) Dħul f’termini assoluti | | | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

| b) Bidla tad-dħul | | | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

(Iddeskrivi kull linja ta’ baġit ta’ dħul ikkonċernata, filwaqt li żżid in-numru xieraq ta’ linji fit-tabella jekk l-effett jaffettwa aktar linji ta’ baġit.)

4.2. Riżorsi umani EFT (inklużi funzjonarji, staff temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

Ħtiġijiet Annwali | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u ta’ wara |

Total ta’ staff | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Preċiżazzjonijiet relatati mal-kuntest tal-Proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-elementi ta’ informazzjoni addizzjonali minn hawn ’il quddiem:

5.1. Ħtieġa li trid tiġi ssodisfatta fuq medda ta’ żmien qasira jew medda ta’ żmien twil

Il-perspettivi ekonomiċi ħżiena attwali ser ikollhom impatt negattiv fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri, u jqajmu dubju dwar il-ħila ta’ dawn li jżommu l-livelli mistennija ta’ kofinanzjament nazzjonali, meħtieġa għal tluq u implimentazzjoni effettivi u rapidi tal-programmi operattivi. Fil-kuntest ta’ tibdil fit-tendenza ekonomika, l-għan ta’ din l-emenda ta’ Regolament tal-Kunsill huwa li tittieħed azzjoni malajr b’mod li tiffaċilita li l-investimenti jinġiebu ’l quddiem, sabiex jirpiljaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

5.2. Valur miżjud tal-intervent tal-Komunità u koerenza tal-Proposta ma' strumenti oħra finanzjarji u sinerġiji possibbli

Flessibilità akbar u żieda tal-likwidità huma ta’ tali natura li jippermettu li l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi tirreżisti aħjar għall-effetti negattivi tal-bidla attwali fit-tendenza ekonomika u jikkontribwixxu biex jirpiljaw it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi marbuta mal-Proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Minħabba l-inċertezzi marbuta mad-data li fiha ser jintlaqgħu t-talbiet ta’ pagamenti intermedjarji u relatati mal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proċedura stipulata permezz tal-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill 1083/2006, huwa stabbilit li l-pagament bil-quddiem propost jista’ jiġi ffinanzjat minn approprijazzjonijiet ta' pagament eżistenti, soġġett għal ħtieġa possibli ta’ fondi addizzjonali matul it-tieni semestru tal-2009.

L-effetti pożittivi ta’ din l-emenda huma mistennija bejn in-nofs u l-aħħar tal-2009, kif ukoll fil-bidu tal-2010. Huma ta’ tali natura li jpattu għal tluq pjuttost bil-mod tal-perjodu ta’ programmar attwali. Flessibiltà akbar marbuta ma’ simplifikazzjoni, kif ukoll finanzjament bil-quddiem akbar, huma ta’ natura li jwieġbu għat-talba tal-Istati Membri li jiddisponu minn marġini ta’ manuvrar akbar.

5.4. Metodi ta' implimentazzjoni (indikattivi)

Indika hawn taħt il-metodu/i [11] ta’ implimentazzjoni magħżul/a.

Ġestjoni ċentralizzata

direttament mill-Kummissjoni

indirettament b'delega lil:

Aġenziji eżekuttivi,

entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

entitajiet pubbliċi nazzjonali/ entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku.

Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

ma’ Stati Membri

ma’ pajjiżi Terzi

Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok ispeċifika)

Kummenti:

F’dak li jirrigwarda l-FSE, l-ammont tal-pagamenti bil-quddiem addizzjonali ta’ 2,5% għall-UE 15 u ta’ 2% għall-UE 12 jitla’ għal 1,763 M€.

F’dak li jirrigwarda l-FEŻR, l-ammont tal-pagamenti bil-quddiem addizzjonali ta’ 2,5% għall-UE 15 (b’inizjattivi transkonfinali sa 2%) u ta’ 2% għall-UE 12 jitla’ għal 4,488 M€.

L-ammont totali tal-finanzjament bil-quddiem propost jitla’ għal 6,251 M€.

| | FEŻR | FSE | Total ta’ Pagament bil-quddiem: |

UE 12 | 2,0% | 1.764.808.036 | 528.758.858 | 2.293.566.894 |

UE 15 | 2,5% | 2.567.983.696 | 1.233.899.696 | 3.801.883.392 |

UE kooperazzjoni territorjali Ewropea | 2,0% | 155.382.632 | | 155.382.632 |

Total: | | 4.488.174.364 | 1.762.658.554 | 6.250.832.918 |

Pagamenti intermedjarji 2000-2006: il-B2009 jibbaża fuq l-ipoteżi ta’ pagamenti li jilħqu l-livell ta’ 95% fl-2009.

Pagamenti intermedjarji 2007-2013 : ċerti fatturi jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-pagamenti intermedjarji, relatati b’mod partikolari ma’ dewmien fis-sottomissjoni mill-Istati Membri tat-talbiet ta’ konformità tagħhom. Jeżisti għalhekk riskju li xi Stati Membri jibagħtu t-talbiet tagħhom ta’ pagamenti intermedjarji biss fl-aħħar tas-sena, wara rikonoxximent tardiv tat-talbiet ta’ konformità tagħhom.

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' Monitoraġġ

Is-sistema stabbilita ta’ monitoraġġ tad-dokumenti ta’ konformità, ta’ adozzjoni tal-proġetti l-kbar u tal-pagamenti intermedjarji għall-perjodu 2007-2013 tippermetti li tiġi żgurata implimentazzjoni baġitarja tajba tal-emenda proposta.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Minħabba l-urġenza li teħtieġ reazzjoni malajr ħafna, din l-evalwazzjoni ex-ante ma saritx.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

6.2.3. Kundizzjonijiet u frekwenza ta' evalwazzjonijiet fil-ġejjieni

Is-sistema fis-seħħ ta’ segwitu hija stabbilita abbażi ta’ xahar.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

m/a

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f'termini ta’ spiża

Approprijazzjonijiet ta' impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

(Indika l-intestaturi tal-għanijiet, tal-azzjonijiet u tal-implimentazzjoni) | Tip ta’ implimentazzjoni | Spiża medja | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u ta’ wara | TOTAL |

| | | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali | Għadd ta’ implimentazzjonijiet | Spiża totali |

GĦAN OPERATTIV nru 1 [12]… | | | | | | | | | | | | | | | | |

Azzjoni 1………… | | | | | | | | | | | | | | | | |

Implimentazzjoni 1 | | | | | | | | | | | | | | | | |

Implimentazzjoni 2 | | | | | | | | | | | | | | | | |

Azzjoni 2………… | | | | | | | | | | | | | | | | |

Implimentazzjoni 1 | | | | | | | | | | | | | | | | |

Subtotal Għan 1 | | | | | | | | | | | | | | | | |

GĦAN OPERATTIV Nru 2… | | | | | | | | | | | | | | | | |

Azzjoni 1……… | | | | | | | | | | | | | | | | |

Implimentazzjoni 1 | | | | | | | | | | | | | | | | |

Subtotal Għan 2 | | | | | | | | | | | | | | | | |

GĦAN OPERATTIV Nru n | | | | | | | | | | | | | | | | |

Subtotal Għan n | | | | | | | | | | | | | | | | |

TOTAL ta’ nefqa | | | | | | | | | | | | | | | | |

8.2. Nefqa amministrattiva

8.2.1. Staff u tipi ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ kariga | | Staff li għandu jkun assenjat għall-ġestjoni ta' l-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (numru ta’ impjiegi/FTEs) |

| | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali u staff temporanju [13] (XX 01 01) | A*/AD | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

| B*, C*/AST | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Staff iffinanzjat [14] skont l-Art XX 01 02 | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Staff ieħor iffinanzjat [15] skont l-Art. XX 01 04/05 | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

TOTAL | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti derivanti mill-azzjoni

8.2.3. Oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors.

Karigi allokati attwalment għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu mibdula jew estiżi

Karigi allokati minn qabel fil-qafas tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura li jmiss tal-APS/PDB

Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (allokazzjoni mill-ġdid interna)

Karigi meħtieġa għas-sena n, iżda mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa ta’ ġestjoni amministrattiva)

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja ta’ baġit(nru u intestatura) | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u ta’ wara | TOTAL |

1. Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż ta’ staff relatati magħhom) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Aġenziji eżekuttivi [16] | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Għajnuna oħra teknika u amministrattiva | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

- intra muros | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

- extra muros | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Total ta’ assistenza teknika u amministrattiva | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż marbuta mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' riżorsi umani | Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u ta’ wara |

Funzjonarji u aġenti temporanji (XX 01 01) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Staff iffinanzjat bl-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, aġenti b'kuntratt, eċċ.)(indika l-linja ta’ baġit) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Spiża totali tar-Riżorsi Umani u spejjeż marbuta (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Kalkolu – Funzjonarji u aġenti temporanji |

Irreferi għall-punt 8.2.1., jekk meħtieġ |

m/a |

Kalkolu – Staff iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02 |

Irreferi għall-punt 8.2.1., jekk meħtieġ |

m/a |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenzamiljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) |

| Sena n | Sena n + 1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u ta’ wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

XX 01 02 11 03 - Kumitati [17] | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

2. Total ta’ nfiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

3. Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (ispeċifika billi tindika l-linja ta’ baġit) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Infiq amministrattiv totali, minbarra r-riżorsi umani u spejjeż marbuta (MHUX inkluż fl-ammont ta' referenza) | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a | m/a |

Kalkolu - Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

m/a |

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

[6] In-nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[7] In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[8] In-nefqa fi ħdan il-kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 u xx 01 05.

[9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[10] Kolonni addizzjonali għandhom jiżdiedu jekk meħtieġ, jekk it-tul ta' żmien tal-azzjoni jaqbeż 6 snin.

[11] Jekk diversi metodi huma indikati, jekk jogħġbok agħti speċifikazzjonijiet fit-taqsima «Kummenti» ta’ dan il-punt.

[12] Kif deskritt fit-taqsima 5.3.

[13] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[14] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[15] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[16] Għandha ssir referenza għall-prospett finanzjarju leġiżlattiv speċifiku għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[17] Speċifika t-tip ta' kumitat kif ukoll il-grupp li jappartjeni għalih.

--------------------------------------------------

Top