EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0721

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd {SEC(2008) 2760} {SEC(2008) 2761}

/* KUMM/2008/0721 finali - CNS 2008/0216 */

52008PC0721

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd {SEC(2008) 2760} {SEC(2008) 2761} /* KUMM/2008/0721 finali - CNS 2008/0216 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.11.2008

KUMM(2008) 721 finali

2008/0216 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd {SEC(2008) 2760} {SEC(2008) 2761}

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

I. Il-kuntest tal-proposta

Il-Kuntest ġenerali

Il-bażi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) hija li tillimita u tikkontrolla l-volumi tal-qabdiet permezz tal-istabbiliment ta’ qabdiet totali permessi (TACs) u kwoti nazzjonali flimkien ma’ regoli tekniċi u skemi tal-isforz. Il-politika Ewropea dwar il-kontroll tas-sajd hija fil-qalba tal-PKS, minħabba li l-kredibilità tagħha tiddependi fuq l-applikazzjoni effikaċi ta’ din il-politika ta’ kontroll. Minkejja li sar xi progress, is-sistema ta’ kontroll għadha ssofri minn nuqqasijiet sostanzjali identifikati kemm mill-Kummissjoni Ewropea[1] kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (CoA)[2]. Is-sistema tal-kontroll attwali hija ineffiċjenti, għalja u kumplessa u ma tipproduċix ir-riżultati mixtieqa. Il-falliment kontinwu tal-politika tal-kontroll se jkollu konsegwenzi sinifikanti għall-futur tar-riżorsi tas-sajd, l-industrija tas-sajd u r-reġjuni dipendenti fuq is-sajd. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tipproponi riforma sostanzjali tas-sistema tal-kontroll li ssostni l-PKS. Din l-inizjattiva hija prijorità prinċipali għall-Kummissjoni fil-qasam tas-sajd fl-2008.

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Minħabba l-approċċ globali u integrat tagħha, li jiffoka fuq kull aspett tal-PKS, ir-riforma tal-politika tal-kontroll mhux biss għandha ttejjeb il-kapaċità tal-kontroll u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u tistabbilixxi parità ta’ kundizzjonijiet fl-UE, imma għandha jkollha wkoll impatt strutturali pożittiv fuq l-industrija tas-sajd u fuq is-suq u, bħala riżultat ta’ dan, tiġġieled il-konsegwenzi ambjentali, ekonomiċi u soċjali tan-nuqqas ta’ konformità. Aktar speċifikament, l-għan tal-proposta huwa li jinkiseb:

Approċċ komuni u ġdid għall-kontroll u l-ispezzjoni

L-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ spezzjoni armonizzati u standards ogħla għandha tiżgura implimentazzjoni uniformi tal-politika ta’ kontroll fuq il-livell tal-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu u jiġu rispettati l-karatteristiċi differenti u speċifiċi tal-flotot differenti.

Kultura ta’ konformità

L-għan huwa li jiġi influwenzat l-aġir tal-partijiet interessati kollha involuti fiċ-ċiklu sħiħ tal-attivitajiet tas-sajd (qbid, proċessar, distribuzzjoni u kummerċjalizzazzjoni), sabiex il-konformità mal-politiki u r-regoli tal-PKS tinkiseb mhux biss permezz tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll, iżda wkoll b’riżultat ta’ kultura ġenerali ta’ konformità fejn kull parti tal-industrija tinvesti f’attivitajiet konformi u terġa’ tistabbilixxi l-leġittimità tar-regoli tal-PKS.

Applikazzjoni effikaċi tar-regoli tal-PKS

L-għan huwa t-tisħiħ tas-setgħat ta’ ġestjoni u l-kapaċità tal-Kummissjoni li tintervjeni b’mod proporzjonali għal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Istati Membri. Ir-responsabbilitajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri se jiġu definiti b’mod ċar sabiex jiġi evitat l-irduppjar tal-isforzi u jiġi żgurat li l-Kummissjoni żżomm mal-attività prinċipali tagħha ta’ kontroll u ta’ verifika tal-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS mill-Istati Membri. Is-sistema kurrenti ta’ mikrodeċiżjonijiet għandha tiġi sostitwita progressivament minn approċċ ibbażat fuq il-makroġestjoni.

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-bażi tal-politika tal-kontroll hija stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 (ir-“Regolament tal-Kontroll”[3]) u fil-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (ir-“Regolament Bażiku”[4]). Ir-Regolament tal-Kontroll ġie emendat tnax-il darba. Il-kumplessità kkawżata minn dawn il-bosta emendi għar-Regolament tal-Kontroll hija ggravata mill-fatt li firxa ta’ dispożizzjonijiet ta’ kontroll oħra jinsabu f’diversi regolamenti separati oħra.

Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta se tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali tal-PKS, jiġifieri l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin. Barra dan, se tikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli maqbula mill-Kunsill Ewropew f’Ġunju tal-2006, permezz tal-iffokar tagħha fuq il-protezzjoni tar-riżorsi naturali. Din hija konformi wkoll mal-għanijiet stabbiliti fis-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 dwar il-ġestjoni tas-sajd[5] u l-prinċipju ta’ ħidma għal kontroll aħjar tal-ibħra, li jiggwida t-taħdidiet attwali dwar il-Politika Marittima futura tal-Komunità. Barra dan, l-għan kumplessiv tar-riforma tal-kontroll jaqa’ taħt l-erba’ oqsma prinċipali identifikati mill-Kummissjoni fejn għad hemm lok għal titjib fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità[6].

II. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li jwieġbu

Fil-preparazzjoni tal-proposta, saru diversi konsultazzjonijiet mal-Istati Membri (fuq il-livell ministerjali u dak tal-esperti) u mar-rappreżentanti tas-settur, il-korpi konsultattivi u l-partijiet interessati l-oħra kollha. Ix-xogħol fuq il-proposta ngħata impetu permezz tat-twaqqif tal-Grupp ta’ Direzzjoni ta’ Bejn is-Servizzi (ISSG) biex janalizza l-approċċ ġenerali, flimkien mal-gruppi ta’ ħidma dwar punti speċifiċi.

1. L-Istati Membri:

- Il-Kummissjoni pproduċiet non-paper li tistabbilixxi l-aspetti prinċipali rilevanti għar-riforma li qed tiġi proposta. Din ġiet diskussa waqt laqgħa informali tal-Ministri tas-Sajd fit-18 ta’ Frar 2008. Qabel dan, kienet saret laqgħa mal-uffiċjali tas-sajd tal-Istati Membri fil-15 ta’ Jannar 2008. Saret ukoll laqgħa mal-esperti tal-kontroll tal-Istati Membri fl-1 ta’ Frar 2008 biex jiġu ppreżentati l-għanijiet tar-riforma.

- DG MARE waqqaf grupp ta’ ħidma ta’ esperti tal-Istati Membri biex jiddefinixxi proċeduri ta’ spezzjoni u standards tal-kontroll armonizzati.

- Serje ta’ tliet laqgħat ta’ esperti tekniċi dwar is-Sistema Elettronika tar-Rappurtar (ERS) saru f’Londra, Madrid u Kopenħagen. Dawn se jikkontribwixxu għall-użu aħjar tat-teknoloġiji moderni taħt ir-Regolament tal-Kontroll il-ġdid.

- B’rabta ma’ din ir-riforma, ġew iffirmati Memoranda ta’ Ftehim mal-Istati Membri (il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, Spanja u l-Iżvezja). Dawn jimmarkaw bidla fl-approċċ, minħabba li fihom punti ta’ riferiment definiti b’mod ċar għat-titjib fis-sistemi tal-kontroll tas-sajd fl-Istati Membri konċernati.

2. Il-korpi konsultattivi tal-partijiet interessati u l-pubbliku in ġenerali.

- Ġie organizzat seminar ta’ ġurnata fl-10 ta’ April 2008 mar-rappreżentanti tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RAC) u l-Kumitat Konsultattiv għas-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) sabiex jinġabru l-fehmiet tagħhom dwar ir-riforma mistennija tal-politika tal-kontroll tal-PKS.

- DG MARE wkoll ipparteċipa f’seminars dwar it-traċċabilità, li se tifforma parti integrali mir-riforma, fil-kuntest tal-proġett dwar it-Traċċabilità tal-Popolazzjonijiet tal-Ħut u d-DTU Aqua. DG MARE organizza workshop dwar dan is-suġġett flimkien maċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka fi Brussell fis-17 ta’ Ġunju 2008.

- Ir-riforma ġiet ippreżentata lill-Grupp ta’ Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar il-Piżijiet Amministrattivi fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta’ Settembru 2008. Il-president tal-grupp iddikjara li l-grupp apprezza ħafna d-deskrizzjoni ġenerali li ngħatat mid-DG MARE u apoġġa bis-sħiħ ir-riforma proposta, fid-dawl tat-tnaqqis mistenni fil-piż amministrattiv għas-settur.

- Bejn Frar u Mejju 2008 saru konsultazzjonijiet pubbliċi wiesgħa, ibbażati fuq dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni ppubblikat fuq il-websajt tal-Kummissjoni. Id-dokument konsultattiv ippreparat mid-DG MARE ppreżenta analiżi qasir tal-problema abbażi ta’ disa’ oqsma ta’ azzjoni possibbli identifikati fin-non-paper imsemmija hawn fuq.

Sinteżi tar-reazzjonijiet u ta' kif dawn ġew ikkunsidrati

L-azzjonijiet tal-Kummissjoni rċevew reazzjonijiet pożittivi mill-parteċipanti fil-proċess konsulttativ. Kważi l-kontribuzzjonijiet kollha enfasizzaw li huwa xieraq li tiżdied l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam. Intlaqgħu ħamsa u għoxrin kontribuzzjoni minn diversi partijiet interessati. Il-kontribuzzjonijiet kollha ġew ippubblikati fuq il-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni, flimkien ma’ indikazzjoni tal-awturi u l-oriġini tagħhom[7].

L-inizjattiva tal-Kummissjoni u l-għanijiet prinċipali tagħha ġew appoġġati fil-wisgħa minn dawk li pparteċipaw fil-konsultazzjoni. Kollha qablu unanimament dwar il-bżonn ta’ riforma fis-sistema tal-kontroll. Ħafna mill-parteċipanti enfasizzaw li l-kultura ta’ konformità għandha tkun il-mira prinċipali tar-riforma. B’mod partikolari, il-partijiet interessati kollha appoġġaw l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi armonizzati, is-simplifikazzjoni u t-titjib fl-effiċjenza tar-regoli u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-assistenza. L-NGOs u l-awtoritajiet pubbliċi b’mod partikolari appoġġaw ir-riforma bħala għodda effiċjenti mill-perspettiva tas-sajd ambjentalment sostenibbli. Kollha qablu dwar il-bżonn għal approċċ ġdid ta’ spezzjoni u kontroll fuq il-livell tal-KE, li jipprovdi parità ta’ kundizzjonijiet u li jiffavorixxi kooperazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-kontroll tas-sajd fl-Istati Membri u l-operaturi mal-katina tal-produzzjoni kollha. Dawn jaqblu li l-Aġenzija tal-Kontroll għandha jkollha rwol aktar importanti u kostruttiv fil-koordinazzjoni u t-taħriġ. L-NGOs esprimew il-preferenza li l-Kummissjoni tingħata aktar strumenti għall-intervenzjoni opportuna, waqt li l-industrija esprimiet tħassib dwar jekk l-industrija, aktar mill-Istati Membri, ikollhiex tbati l-ispejjeż tal-miżuri kontra l-Istati Membri u s-sospensjoni tal-għajnuna mill-KE.

Ġabra u użu ta’ esperjenza professjonali

Id-dominji xjentifiċi/esperti konċernati

Il-Kummisjoni użat għarfien espert estern biex issostni xi wħud mill-argumenti f’dan ir-rapport. L-esperti ntalbu jidentifikaw l-impatti pożittivi u negattivi probabbli tal-opzjonijiet politiċi proposti, fosthom il-kompromessi fil-ksib ta’ għanijiet kompetittivi, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet politiċi informati.

L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

Ġie konkluż kuntratt speċifiku (taħt il-kuntratt ta’ qafas FISH/2006/09 – Studji fil-qasam tal-PKS u l-Affarijiet Marittimi – Lot 4: Studji ta’ valutazzjoni tal-impatt relatati mal-PKS) bejn il-Kummissjoni u l-konsultazzjoni esterna MRAG.

Sommarju tal-pariri li ġew irċevuti u użati

- L-analiżijiet kwalitattivi u kwantitattivi indikattivi juru li, waqt li wħud mill-miżuri proposti huma aktar sinifikanti minn oħrajn, l-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-pakkett kollu kemm hu bi strument vinkolanti minflok strument volontarju simili, pereżempju, tal-Kodiċi tal-Kondotta għas-Sajd Responsabbli tal-FAO, probabbilment se jkun il-mezz l-aktar effikaċi biex jinkiseb livell għoli ta’ konformità.

- Jekk il-miżuri proposti jiġu implimentati b’regolament vinkolanti u jekk l-Istati Membri japplikaw dan ir-regolament u l-pjanijiet ta’ rkupru multiannwali eżistenti, il-benefiċċji netti inkrimentali għall-industrija bħala riżultat tal-istokkijiet rkuprati u prottetti aħjar jistgħu jkunu ta’ madwar EUR 10 biljuni fuq 10 snin. Benefiċċji ekonomiċi bħal dawn probabbilment ikunu akkompanjati minn żidiet netti fl-impjiegi, li jistgħu ilaħħqu sa 4 000 impjieg ġdid mas-subsetturi kollha. Il-punt sinifikanti huwa kif iż-żieda fi-produzzjoni tal-ħut tistimula impjieġi ġodda fis-setturi u r-reġjuni kkonċernati.

- Il-ġenerazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji permezz tal-implimentazzjoni ta’ regolament ġdid se tiddependi fuq ċaqliq fl-enfasi tal-kontrolli mill-baħar għal operazzjonijiet mill-art li huma aktar effeċjenti mil-lat finanzjarju, u li inizjalment aktar se jeħtieġu investiment fil-proċeduri operattivi milli fil-mezzi tal-kontroll. Il-benefiċċji netti, madankollu, għandhom jiġu ġenerati malajr, u jnaqqsu l-ispejjeż relattivi progressivament fi żmien sentejn jew tlieta wara l-implimentazzjoni, hekk kif tinkiseb kultura ta’ konformità.

- Hekk kif il-miżuri tal-kontroll isiru aktar effikaċi u tikber l-effiċjenza, il-kisbiet fl-effiċjenza jistaw jgħaddu lill-operaturi f’termini ta’ żieda fil-profitti mis-sajd u fis-sehem disponibbli għall-ekwipaġġ u l-ħaddiema l-oħra.

Mezzi użati biex il-pariri tal-esperti jsiru disponibbli għall-pubbliku

L-istudju se jkun disponibbli fuq il-websajt tad-DG MARE.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt tal-proposta, li rriżultat f’rapport li se jkun aċċessibbli fuq il-websajt tad-DG MARE. Dan ir-rapport jikkunsidra l-għażliet li ġejjin:

- Alternattiva 1: L-ebda bidla fil-politika. Ikomplu l-politika u l-attenzjoni kurrenti fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-kwadru eżistenti.

Subalternattiva 1: L-ebda bidla politika, tkomplija tas-sitwazzjoni kurrenti

Is-suppożizzjoni prinċipali għal din is-subalternattiva hija li l-politika kurrenti tal-kontroll hija biżżejjed biex twassal għal aġir ta’ konformità li jsostni l-objettivi tal-PKS u li l-kwistjoni prinċipali hija n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji eżistenti mill-Istati Membri. L-enfasi tista’ ssir fuq l-implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Subalternattiva 2: Implimentazzjoni u infurzar tal-qafas eżistenti permezz tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni

Bħala alternattiva għat-tkomplija sempliċi tas-sitwazzjoni kurrenti, din is-subalternattiva tista’ tindirizza l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni li għadha pendenti sabiex tipprovdi sett sħiħ ta’ regoli tekniċi bħala bażi ta’ sistema komprensiva tal-kontroll.

B’dan l-approċċ fejn kollox jibqa’ għaddej kif inhu, jiżdiedu saffi addizzjonali ta’ regoli b’mod mhux koordinat max-xibka kumplessa eżistenti mingħajr ma jiġi żviluppat approċċ ġdid lejn il-kontroll u l-ispezzjoni. In-nuqqas ta’ kapaċità tal-Kummisjoni b’hekk ikompli flimkien mad-dgħufija persistenzi min-naħa tas-sistemi ġuridiċi nazzjonali lejn l-infrazzjonijiet, azzjonijiet ta’ segwitu mhux sodisfaċenti għal raġunijiet ġuridiċi jew proċedurali u informazzjoni inkompleta dwar is-sanzjonijiet u n-nuqqasijiet preċedenti ta’ konformità.

- Alternattiva 2: Tfassil mill-ġdid fir-Regolament tal-Kontroll, flimkien ma’ Kodiċi tal-Kondotta

Approċċ li jikkombina qafas ġuridiku legali konsolidat flimkien ma’ strument ta’ tmexxija, bħal “Kodiċi tal-Kondotta”, jista’ jgħin, sa ċertu punt, fit-titjib tas-sistema kurrenti tal-kontroll. Ċertu sajd jista’ jirkupra bħala riżultat ta’ azzjoni unilaterali fuq taqsima waħda jew aktar tal-flotta, iżda, ġeneralment, dan l-approċċ ma jbiddilx il-kontenut tad-dispożizzjonijiet kurrenti jew iżid xi strumenti legali ġodda u jiddependi ħafna fuq l-implimentazzjoni volontarja mill-Istati Membri.

- Alternattiva 3: Strument regolatorju, fil-forma ta’ Regolament vinkolanti ġdid

It-tielet alternattiva ppreżentata għall-valutazzjoni kienet l-implimentazzjoni ta’ pakkett ta’ riforma permezz ta’ test regolatorju li jkun jorbot fuq il-livell Komunitarju. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq l-istabbiliment ta’ parità ta’ kundizzjonijiet fl-UE. Dan jiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-PKS madwar l-UE u trattament mhux diskriminatorju tas-sajjieda kollha. Biż-żieda fil-kapaċità tal-ispetturi tal-Kummissjoni, ikun aktar diffiċli għall-Istati Membri biex jaħbu n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS.

- Alternattiva 4: Ċentralizzazzjoni tal-politika tal-kontroll tal-PKS fuq il-livell tal-UE, b’żieda fil-kompetenzi tal-Kummissjoni u tal-CFCA

Taħt din l-opzjoni l-Kummissjoni u l-Aġenzija tal-kontroll jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi ta’ spezzjoni tal-Istati Membri u jiżviluppaw standards aċċettabbli universalment, bil-għan fit-tul li titwaqqaf sistema ta’ gwardja kostali Ewropea. Madankollu, din alternattiva kellha titwarrab fi stadju bikri minħabba li r-riallokazzjoni tax-xogħol bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tmur lilhinn minn dak li huwa pprovdut fit-Trattat. Politikament, huma inkonċepibbli li l-Istati Membri jaċċettaw li f’daqqa waħda jċedu s-setgħa tagħhom lil korp supranazzjonali. Barra minn hekk, alternattiva bħal din tinvolvi żieda drammatika fil-baġit li l-Kummissjoni ma tistax issostni.

III. Elementi ġuridiċi tal-proposta

Il-kontenut tal-proposta

L-idea bażika tal-proposta hija li politika effiċjenti tal-kontroll għandha tkun globali u integrata u tkopri l-aspetti kollha tal-problema, mix-xibka sal-platt.

Approċċ komuni u ġdid għall-kontroll u l-ispezzjoni

Għalkemm il-livell tal-konformità tal-bastimenti tas-sajd mal-miżuri tekniċi m’għandhiex tiġi injorata, għandha tingħata aktar attenzjoni lill-monitoraġġ komprensiv tal-qabdiet. F’dan il-kuntest, b’mod partikolari, huwa neċessarju li jinkisbu:

- Attivitajiet ta’ spezzjoni standardizzati u koordinati u proċeduri f’kull ħolqa tal-katina (fil-baħar, fil-port, matul it-trasport u mal-kummerċjalizzazzjoni);

- standards ġenerali għall-miżuri speċifiċi tal-kontroll applikabbli għall-pjanijiet ta’ rkupru u multiannwali, iż-żoni protetti tal-baħar u r-rimi tal-ħut;

- introduzzjoni ta’ sistema komprensiva ta’ traċċabilità;

- użu sħiħ tat-teknoloġiji moderni u sistemi effiċjenti ta’ validazzjoni tad-dejta sabiex isiru kontroverifiki sistematiċi u komprensivi tad-dejta rilevanti kollha;

- programmar strateġiku, immirar tattiku u strateġija ta’ teħid ta’ kampjuni; kif ukoll

- użu ta’ informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tar-riskji u t-titjib fl-effiċjenza tal-kontroll.

Kultura ta’ konformità

F’dan il-kuntest, huwa neċessarju li tingħata attenzjoni lil:

- is-simplifikazzjoni u t-titjib fl-effiċjenza tal-qafas legali;

- l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet deterrenti armonizzati;

- l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ punti penali għall-infrazzjonijiet minn kaptani, operaturi jew is-sidien benefiċjarji ta’ liċenzja tas-sajd;

- miżuri ta’ infurzar u s-sanzjonijiet relatati;

- it-titjib fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni, inkluż l-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA);

- approċċ modern lejn it-trasferimenti tad-dejta u skambji tal-informazzjoni, kemm bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Kummissjoni jew is-CFCA permezz ta’ websajts sikuri.

Applikazzjoni effikaċi tar-regoli tal-PKS

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effikaċi tar-regoli tal-PKS, għandha tissaħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tintervjeni b’mod proporzjonali għal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, il-kapaċità tal-ġestjoni tal-Kummissjoni għandha tittejjeb. Il-proposti jinkludu:

- definizzjoni mill-ġdid tas-setgħat tal-ispetturi tal-Kummissjoni;

- pjanijiet ta’ azzjoni għall-Istati Membri biex tiżdide l-implimentazzjoni tagħhom jekk hemm bżonn;

- setgħat għall-Kummissjoni biex tirrettifika ċ-ċifri tal-qabdiet tal-Istati Membri;

- għeluq tas-sajd fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni;

- aktar flessibbiltà għall-Kummissjoni biex tipproċedi bit-tnaqqis fil-kwoti fil-każijiet ta’ nuqqas ta’ ġestjoni tal-kwoti; kif ukoll

- miżuri finanzjarji fil-każijiet ta’ ġestjoni ħażina.

Bażi legali

L-Artikolu 37 tat-trattat tal-KE.

Prinċipju ta’ sussidjarità

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarità ma japplikax.

Prinċipju ta’ proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: L-indirizzar tan-nuqqasijiet kurrenti tas-sistema tal-kontroll tal-PKS jeħtieġ miżuri proporzjonali għall-iskala u addattati għat-tip ta’ attivitajiet konċernati. L-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin huwa, skont id-definizzjoni, qasam li għandu bżonn jiġi regolat fuq il-livell tal-Komunità u li ma jistax ikun amministrat minn miżuri iżolati fuq il-livell nazzjonali. Bil-proposta ta’ qafas ġdid għall-kontroll tal-attivitajiet tal-PKS, il-Kummissjoni qed tirrispondi għat-talbiet mill-partijiet interessati u l-Istati Membri biex toħloq parità ta’ kundizzjonijiet fuq il-livell tal-UE. Id-definizzjoni ta’ proċeduri armonizzati ta’ spezzjoni u ta’ kontroll hija, fiha nnifisha, kwistjoni li trid tiġi ttrattata fuq il-livell tal-UE.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost: Regolament.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Il-PKS hija qasam ta’ kompetenza esklussiva tal-Komunità. Ir-regoli adottati fuq il-livell tal-Komunità għandhom ikunu uniformi u vinkolanti sabiex tiġi evitata l-koeżistenza ta’ standards differenti bejn l-Istati Membri. Għalhekk huwa ġustifikabbli li l-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta’ Regolament.

IV. Implikazzjoni għall-baġit

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

V. Informazzjoni addizzjonali

Simplifikazzjoni

Il-proposta se twassal għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti, flimkien mat-titjib fis-sistema tal-kontroll. Mas-snin il-politika kurrenti tal-kontroll tal-PKS żiedet saffi ta’ dispożizzjonijiet, mifruxin fuq diversi regolamenti, uħud minnhom sovraposti. Għan wieħed ta’ din il-proposta huwa li jiġu ċċarati r-regoli tal-kontroll applikabbli. Madankollu, il-kontroll jibqa’ kwistjoni kumplessa u jrid jinstab bilanċ bejn l-obbligazzjonijiet neċessarji li jridu jinżammu u l-bżonn li jiġi ċċarat u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u s-settur privat.

F’dan il-kuntest, is-simplifikazzjoni għandha diversi aspetti:

- Is-sistema tistabbilixxi qafas wieħed ambizzjuż li jistabbilixxi l-prinċipji li jiggvernaw l-aspetti kollha tal-kontroll, imma li jħalli li r-regoli ta’ implimentazzjoni jistabbilixxu r-regoli tekniċi dettaljati.

- Is-sistema tistabbilixxi qafas wieħed li japplika għall-operaturi tal-Komunità u l-awtoritajiet pubbliċi permezz tal-istandardizzazzjoni tar-regoli dwar l-ispezzjoni u l-kontroll (inkluża l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet armonizzati), u b’hekk tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ parità ta’ kundizzjonijiet fl-UE.

Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni

Din il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni.

2008/0216 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1) L-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd[8] [il-Politika Komuni tas-Sajd], huwa li jiġi żgurat sfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(2) Minħabba li s-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd jinvolvi l-implimentazzjoni ta’ sistema tal-kontroll effikaċi, il-miżuri li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament ifittxu li jistabbilixxu sistema tal-Komunità għall-ispezzjoni, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar permezz ta’ approċċ globali u integrat sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli kollha tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex jinkiseb sfruttament sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjini billi jiġu koperti l-aspetti kollha tal-politika.

(3) L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni[9] [il-Politika Komuni tas-Sajd] turi li s-sistema tal-kontroll attwali ma għadhiex biżżejjed biex tiżgura l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(4) Fil-preżent id-dispożizzjonijiet tal-kontroll huma mifruxa fuq numru vast ta’ testi legali sovraposti u kumplessi. Jeżistu nuqqasijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ wħud mill-partijiet tas-sistema tal-kontroll, u dan jirriżulta f’miżuri insuffiċjenti u diverġenti bħala reazzjoni għall-infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, biex b’hekk jiġi mhedded il-ħolqien ta’ parità ta’ kundizzjonijiet għas-sajjieda madwar il-Komunità. Għal din ir-raġuni r-reġim eżistenti u l-obbligazzjonijiet kollha fih għandhom jiġu konsolidati, razzjonalizzati u simplifikati, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis ta’ piżijiet doppji tar-regolazzjoni u l-amministrazzjoni.

(5) Minħabba l-iskala tal-eżawriment tar-riżorsi akkwatiċi tal-baħar, huwa vitali li l-Komunità Ewropea tadotta l-miżuri neċessarji għall-iżvilupp ta’ kultura ta’ konformità fost l-operaturi kollha mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, u mal-għanijiet stabbiliti fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2002 kif ukoll l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-Kunsill Ewropew. Biex jinkiseb dan il-għan, ir-regoli dwar l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar tal-miżuri tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni tar-riżorsi, il-miżuri strutturali u l-miżuri fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandhom jiġu infurzati, armonizzati u msaħħa. Barra dan, għandhom jiġu stabbiliti livelli minimi ta’ sanzjonijiet għal infrazzjonijiet speċifiċi serji kif ukoll sistema ta’ punti penali għan-nuqqas ta’ konformità.

(6) L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jiġu ċċarati aktar. Il-kontroll tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għandu jkun l-ewwelnett ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni min-naħa tagħha għandha tiżgura li l-Istati Membri jimplimentaw ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mal-Komunità kollha b’mod konsistenti. Għal dan il-għan, is-sistema kurrenti tal-mikrodeċiżjonijiet għandha tiġi sostitwita progressivament minn approċċ ibbażat fuq il-makroġestjoni.

(7) Il-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fuq il-livell tal-Komunità hija bbażata b’mod partikolari fuq il-qabdiet totali permessi (TACs), il-kwoti, ir-reġimi tal-isforzi u l-miżuri tekniċi. Għandhom jittieħdu azzjonijiet xierqa biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jadottaw il-miżuri neċessarji biex jimplimentaw dawn il-miżuri ta’ ġestjoni b’mod effikaċi.

(8) L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jissorveljaw il-ħatt l-art fil-portijiet tagħhom. Għal dan il-għan, il-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu meħtieġa jinnotifikaw minn qabel lil dawk l-awtoritajiet dwar l-intenzjoni tagħhom li jħottu fil-portijiet tagħhom.

(9) L-informazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord tal-bastimenti tas-sajd għandha tiġi verifikata waqt il-ħatt fuq l-art. Għalhekk, dawk involuti fil-ħatt fuq l-art u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut u l-prodotti tas-sajd għandhom jiġu obbligati jiddikjaraw il-kwantitajiet li jħottu, li jittrażbordaw, li joffru għall-bejgħ jew li jixtru.

(10) Għall-bastimenti tas-sajd żgħar taħt l-10 metri l-obbligazzjoni li jinżamm ġurnal ta’ abbord jew li tiġi kompletata dikjarazzjoni tikkostitwixxi piż sproporzjonat f’relazzjoni mal-kapaċità tas-sajd. Sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ kontroll fuq bastimenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ teħid ta’ kampjuni.

(11) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri Komunitarji ta’ konservazzjoni u ta’ kummerċ, għandhom jittieħdu passi biex ikun meħtieġ li l-prodotti tas-sajd kollha fi ħdan il-Komunità jiġu akkumpanjati minn dokument tat-trasport li jidentifika t-tip, l-oriġini u l-piż tagħhom

(12) L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-attivitajiet tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Komunità u wkoll barra minnhom. Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ effikaċi, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu obbligati jżommu ġurnal ta’ abbord u jissottomettu dikjarazzjonijiet dwar il-ħatt l-art u t-trażbord.

(13) It-trażbordi fuq il-baħar jaħarbu minn kwalunkwe kontroll xieraq mill-istati tal-bandiera jew kostali u b’hekk jikkostitwixxu possibilità biex l-operaturi jġorru qabdiet illegali. Biex jitjiebu l-kontrolli, l-operazzjonijiet tat-trażbord fl-ilmijiet tal-Komunità għandhom jiġu awtorizzati biss f’portijiet deżinjati.

(14) Fejn il-ġestjoni tat-TACs u l-kwoti hija kumplimentata minn reġim tal-isforzi, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jiġi żgurat li r-reġim jiġi implimentat kif suppost.

(15) Sabiex jiġi stabbiliti reġim ta’ kontroll komprensiv, il-katina kollha tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tiġi koperta minn reġim bħal dan. Dan għandu jinkludi sistema koerenti ta’ traċċabilità li tissuplimenta d-dispożizzjonijiet Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel[10], u kontroll imtejjeb tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dan għandu jipproteġi wkoll l-interessi tal-konsumaturi billi jipprovdi l-informazzjoni dwar id-deżinjazzjoni kummerċjali, il-metodu ta’ produzzjoni u ż-żona tal-qabda f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 2065/2001 tat-22 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u akkwakultura[11]. Dan għandujiżgura l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont ir-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd[12].

(16) Fid-dawl tar-rekwiżiti tal-kapaċità fil-flotta tas-sajd tal-Komunità, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità[13], Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 tat-12 ta' Awwissu 2003 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002[14] u Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 tad-9 ta' Diċembru 2004 li jwassal għall-klawsoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali[15], għandhom jiġu introdotti strumenti għall-kontroll tal-kapaċità tal-flotot li għandhom jinkludu l-monitoraġġ tal-qawwa tal-magna u tal-użu tal-irkaptu tas-sajd.

(17) Għandhom jiġu applikati miżuri ta’ kontroll ċari, magħmula apposta, u speċifiċi għall-pjanijiet multiannwali, iż-żoni protetti tal-baħar u r-rimi tal-ħut taħt reġim speċjali. Il-proċedura għall-istabbiliment u t-tneħħija ta’ għeluq fil-ħin reali għaż-żoni tas-sajd għandha tiġi ċċarata.

(18) Għandu jiġi introdott approċċ komuni u ġdid għall-kontroll li jinkludi monitoraġġ komprensiv tal-qabdiet, bil-għan li tiġi żgurata qagħda ta’ parità tal-kundizzjonijiet għas-settur tas-sajd li jikkunsidra d-differenzi mat-taqsimiet tal-flotta; għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni għall-implimentazzjoni tal-kontroll tas-sajd u b’mod partikolari proċeduri ta’ spezzjoni standardizzati u koordinati fuq il-baħar, fl-art u mal-katina tas-suq kollha. Għandha tiġi ċċarata parti mill-approċċ il-ġdid, u r-responsabbilitajiet rispettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd.

(19) L-attivitajiet u l-metodi tal-kontroll għandhom ikunu bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju bl-użu sistematiku u komprensiv tal-proċeduri tal-kontroverifiki.

(20) Għall-prosekuzzjoni konsistenti u effikaċi tal-infrazzjonijiet, għandu jsir provvediment li jippermetti li jiġu ppreparati rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza mill-ispetturi tal-Kummissjoni, l-ispetturi Komunitarji u l-uffiċjali tal-Istati Membri biex jintużaw fl-istess mod bħar-rapporti nazzjonali.

(21) Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandhom jiġu intensifikati sabiex tiġi promossa l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ spetturi nazzjonali u t-tisħiħ tar-rwol u s-setgħat tal-ispetturi tal-Komunità.

(22) Id-dejta mis-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti tirrapreżenta sors ta’ valur għall-pariri xjentifiċi. Dejta dettaljata u aggregata għandha b’hekk tkun disponibbbli għall-utenti aħħarin kif definit fl-Artikolu 2 (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd[16].

(23) It-teknoloġiji moderni għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ peress li jippermettu monitoraġġ effikaċi, kontroverifiki sistematiċi u awtomatizzati b’mod rapidu u mhux għali, jiffaċilitaw il-proċeduri amministrattivi kemm għall-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll għall-operaturi u b’hekk jippermettu analiżi tar-riskju opportuna u evalwazzjonijiet globali tal-informazzjoni kollha tal-kontroll. Is-sistema tal-kontroll b’hekk għandha tippermetti li l-Istati Membri jikkombinaw l-użu tal-istrumenti tal-kontroll varji biex jiżguraw l-aktar metodu tal-kontroll effiċjenti.

(24) Netwerk integrat ta’ sorveljanza marittima għandu jiġi stabbilit bejn is-sistemi ta’ sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-finijiet tas-sigurtà u s-sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, l-infurzar ġenerali tal-liġi, u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ. In-netwerk għandu jkollu l-kapaċità li jipprovdi informazzjoni kontinwament dwar l-attivitajiet fil-qasam marittimu sabiex isostni proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijeit f’waqthom. Dan imbagħad għandujippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza biex jipprovdu servizzi aktar effikaċi u effiċjenti mil-lat finanzjarju. Għal dan il-għan, is-Sistemi Awtomatiċi ta’ Identifikazzjoni, is-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati – dwar is-sistemi ta' sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita[17] u s-Sistemi ta’ Rilevament ta’ Bastimenti miġbura fil-qafas ta’ dan ir-Regolament li għandha tiġi trażmessa u użata minn awtoritajiet pubbliċi oħra impenjati fl-attivitajiet ta’ sorveljanza msemmija hawn fuq.

(25) Iċ-ċittadini tal-Komunità għandhom jiġu skoraġġuti milli jwettqu infrazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Peress illi l-azzjoni li tittieħed wara l-infrazzjonijiet ta’ dawk ir-regoli tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk tikkawża diskriminazzjoni u regoli inġusti ta’ kompetizzjoni għas-sajjieda, u minħabba li l-assenza ta’ sanzjonijiet diswassivi, proporzjonali u effikaċi f’ċerti Stati Membri tnaqqas l-effikaċja tal-kontrolli, huwa xieraq li jiġu introdotti sanzjonijiet amministrattivi armonizzati flimkien ma’ sistema ta’ punti penali li jipprovdu deterrent reali.

(26) Il-persistenza ta’ għadd kbir ta’ infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-ilmijiet Komunitarji jew minn operaturi Komunitarji fil-biċċa l-kbira hija dovuta għal-livell hija attribwibbli l-aktar għal multi ta’ livell baxx wisq biex ikunu deterrenti, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar infrazzjonijiet serji ta’ dawk ir-regoli. Din id-dgħufija hija aggravata mid-diskrepanza kbira fil-livelli tal-pieni bejn l-Istati Membri, li tinkuraġġixxi lill-operaturi illegali biex joperaw fl-ilmijiet jew fit-territorju tal-Istati Membri fejn is-sanzjonijiet huma l-aktar baxxi. Għalhekk huwa xieraq li jiġu armonizzati l-livelli minimi u massimi tal-multi stabbiliti għall-infrazzjonijiet serji tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’kunsiderazzjoni għall-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba mill-infrazzjoni serja, kwalunwke repetizzjoni tal-infrazzjoni u l-ħsara għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar konċernat. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll miżuri ta’ infurzar immedjat u miżuri kumplimentari.

(27) Biex tiġi żgurata l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu miżuri korrettivi effikaċi; għal dan il-għan, il-kapaċità ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni u l-kapaċità tagħha biex tintervjeni b’mod proporzjonali għal-livell ta’ nuqqas ta’ konformità tal-Istati Membri għandha tissaħħaħ. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tagħmel spezzjonijiet mingħajr notifika minn qabel u b’mod indipendenti, sabiex tivverifika l-operazzjonijiet tal-kontroll li qed isiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(28) Għandhom jeżistu mezzi xierqa li jindirizzaw n-nuqqasijiet ta’ twettiq tal-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-liġi tal-UE u internazzjonali bħala stati tal-bandiera, portwali, kostali jew tas-suq u biex jiġi asssigurat li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw il-konformità tal-bastimenti tas-sajd jew taċ-ċittadini mar-regoli tal-PKS u tal-kontroll; dawn il-mezzi għandhom jinkludu l-possibilità li l-assistenza finanzjara tiġi sospiża jew imnaqqsa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd[18] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd[19] f’każijiet ta’ implimentazzjoni inadegwati tar-regoli tal-PKS mill-Istati Membri.

(29) Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta’ kwoti jew l-iskambju ta’ kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.

(30) Il-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha għandha tkun f’pożizzjoni li taċċedi direttament għad-dejta tas-sajd tal-Istati Membri biex tkun tista’ tivverifika li l-Istati Membri qed jikkonformaw mal-obbligazzjonijiet tagħhom u tintervjeni meta tidentifika xi inkonsistenzi.

(31) Il-mandat tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd għandu jiġi aġġustat u estiż biex ikopri l-verifiki, l-ispezzjonijiet tas-sistemi tal-kontroll nazzjonali, l-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni operattiva, l-assistenza lill-Istati Membri u l-possibbiltà li twaqqaf unitajiet ta’ emerġenza fejn jiġi identifikat riskju serju għall-Politika Komuni tas-Sajd.

(32) Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet tal-kontroll nazzjonali li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament iżda jmorru lilhinn mid-dispożizzjonijiet minimi tiegħu, diment li t-tali dispożizzjonijiet nazzjonali jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità.

(33) Minħabba li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat[20], jobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw l-effikaċja tal-ġlieda kontra s-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati u peress li r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru …/2008 ta ’ xx xx xx dwar l-awtorizzazzjoni għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità ‘ l barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess għall-bastiment tas-sajd ta ’ pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Komunità[21] jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-bastiment tas-sajd tal-Komunità biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd ‘il barra mill-ilmijiet tal-Komunità u dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta lil dawn ir-Regolamenti u jiżgura li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Komunità u ta’ pajjiżi terzi.

(34) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni[22]. Il-miżuri kollha adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament se jikkonformaw mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

(35) Madankollu, għandu jkun il-Kunsill li jiddeċiedi dwar l-obbligazzjoni tal-użu ta’ tagħmir elettroniku tal-monitoraġġ u l-għodda ta’ traċċabilità bħall-analiżi ġenetika u teknoloġiji oħra tal-kontroll tas-sajd. Peress illi dawk it-teknoloġiji jinvolvu spejjeż għall-awtorijiet nazzjonali tal-kontroll u għas-settur konċernat, huwa xieraq li l-Kunsill jkollu d-dritt li jeżerċita direttament is-setgħat ta’ implimentazzjoni f’dan il-każ speċifiku. Peress li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-introduzzjoni ta’ pjanijiet multiannwali huwa xieraq ukoll li l-Kunsill jiddeċiedi f’dan il-kuntest dwar il-limitu applikabbli għall-piż ħaj tal-ispeċijiet suġġetti għal dawn il-pjanijiet multiannwali li ‘l fuq minnu bastiment għandu jkun meħtieġ li jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat. Peress li l-Kunsill r-Regolament annwali dwar it-TAC u l-kwoti, huwa wkoll xieraq li f'dan il-kuntest jiddetermina livelli ta' attivazzjoni tal-qabdiet inċidentali għall-istabbiliment ta' għeluq fil-ħin reali.

(36) Għandha tiġi garantita l-kunfidenzjalità tad-dejta miġbura u skambjata fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. It-tali dejta kultant se tikkostitwixxi dejta personali għall-iskopijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u lanqas tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta. Regoli ċari għall-ipproċessar tad-dejta personali huma meħtieġa għal raġunijiet ta’ ċertezza ġuridika u ta’ trasparenza, u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari, id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata tal-individwi.

(37) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija maħsuba biex tiżgura l-moviment ħieles tad-dejta personali fis-Suq Intern. Għandha tapplika għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta personali mwettqa mill-Istat Membru fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' din id-dejta, għandu jirregola l-ipproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(39) F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa neċessarju u xieraq, għall-kisba tal-għan bażiku li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effikaċi tal-Politika Komuni tas-Sajd, li tiġi stabbilita sistema komprensiva u uniformi tal-kontroll. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija, skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tat-Trattat.

(40) Sabiex il-leġiżlazzjonijiet tal-Komunità ssir konformi ma’ dan ir-Regolament għandhom jiġu emendati r-regolament li ġejjin:

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002;

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd[23];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 tas-26 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tal-istokkijiet ta' merluzz[24];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jistabbilixxi l-miżuri għall-irkupru tal-ħażna [ta’ l-istokk] ta’ marlozz tat-Tramuntana[25],

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz tan-Nofsinhar u l-awwista Norveġiża fil-Baħar tal-Kantabrija u l-peniżola tal-Iberja tal-Punent u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' speċi zgħar [tal-frieħ] ta' ħlejjaq [organiżmi] tal-baħar[26];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabilixxi pjan ta’ rkupru tal-provvista tal-ħalibatt ta’ Greenland fil-qafas tal-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral[27] [tal-Majjistral tal-Atlantiku];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006 tat-23 ta' Frar 2006 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-isfruttament sostenibbli ta' stokkijiet tal-lingwata fil-Bajja ta' Biskajja[28];

- ur-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet [stokkijiet] tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent[29] [fil-Punent tal-Kanal];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet [l-istokkijiet] tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana[30];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97[31];

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti[32].

(41) Minħabba li dan ir-Regolament se jistabbilixxi reġim ġdid ta’ kontroll komprensiv, għandhom jiġu revokati r-Regolament (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema tal-kontroll li tapplika għall-Politika tas-Sajd Komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd], u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet [ġenerali] rigward permessi speċjali tas-sajd.

IDDEĊIDIET DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-kontroll, il-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni, u l-infurzar (minn hawn ‘il quddiem "is-sistema Komunitarja tal-kontroll") tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Artikolu 2 Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-attivitajiet kollha mwettqa fit-territorju tal-Istati Membri jew fl-ilmijiet Komunitarji jew minn bastiment tas-sajd Komunitarji jew, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat tal-bandiera, miċ-ċittadini tal-Istati Membri, li għandhom x’jaqsmu ma’

(a) il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfrutturar ta' riżorsi akkwatiċi ħajjin,

(b) l-akkwakultura,

(c) il-proċessar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Artikolu 3 Relazzjoni mad-dispożizzjonijiet internazzjonali u nazzjonali

1. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali li hemm fil-ftehimiet tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi jew applikabbli fil-kuntest tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) jew arranġamenti simili li l-Komunità hija Parti Kontraenti jew Parti Kooperanti mhux kontraenti tagħhom.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura ta' kontroll nazzjonali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi tiegħu, bil-kundizzjoni li dawn jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u huma f’konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri tal-kontroll.

Artikolu 4 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandhom japplikaw. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1) " Attività tas-sajd " tfisser tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trażbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment u t-tqegħid f’gaġeġ ta’ ħut u prodotti tas-sajd;

(2) " Regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd " tfisser il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, l-akkwakultura u l-ipproċessar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(3) " Attivitajiet koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd " tfisser il-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament ta’ riżorsi akkwatiċi ħajjin, l-akkwakultura u l-ipproċessar, it-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(4) " Kontroll " tfisser monitoraġġ, sorveljanza, spezzjoni u infurzar;

(5) “ Spezzjoni ” tfisser kwalunkwe kontroll fuq il-post li jsir minn spetturi fir-rigward tal-konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Politika Komuni tas-Sajd li jitniżżel f’rapport ta’ spezzjoni;

(6) " Uffiċjal " tfisser persuna awtorizza minn awtorità nazzjonali, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd biex tagħmel spezzjoni;

(7) " Liċenzja tas-sajd " tfisser dokument uffiċjali li jikkonferixxi lid-detentur tiegħu d-dritt, kif determinat mir-regoli nazzjonali, li juża ċertu kapaċità tas-sajd għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin. Fiha rekwiżiti minimi dwar l-identifikazzjoni, il-karatteristiċi tekniċi u l-armar ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità;

(8) " Awtorizzazzjoni tas-sajd " tfisser awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità flimkien mal-liċenzja tas-sajd tiegħu, li tagħtih id-dritt imexxi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità in ġenerali u/jew attivitajiet tas-sajd speċifiċi matul perjodu speċifiku, f’żona speċifika jew għal sajd partikolari taħt kundizzjonijiet speċifiċi;

(9) " Sistema awtomatika tal-Identifikazzjoni” , tfisser sistema awtonoma ta’ xandir kontinwu għall-finijiet tas-sikurezza marittima u tat-traffiku tal-bastimenti li tipprovdi lill-bastimenti b’mezzi ta’ skambju elettroniku ma’ vapuri fil-viċin u l-awtoritajiet fuq l-art tad-dejta tal-bastiment inkluż l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni, ir-rotta u l-veloċità;

(10) " Żona Protetta tal-Baħar ", tfisser kwalunkwe żona li hija riservata permezz tal-liġi, miżura miftehma internazzjonalment jew kwalunkwe miżura effikaċi oħra għall-protezzjoni ta’ parti jew l-ambjent magħluq kollu;

(11) " Ċentru ta ’ Monitoraġġ tas-Sajd " tfisser ċentru operattiv stabbilit minn Stat Membru tal-bandiera u li għandu l-kapaċità teknika biex jissorvelja mill-bogħod il-bastimenti tas-sajd, li jiġbor, jaħżen, jivvalida u jikkontroverifika d-dejta li jirċievi permezz ta’ sistemi differenti tal-komunikazzjoni u li jpoġġi dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni, kif xieraq, tas-servizzi ta’ spezzjoni tal-Istat tal-bandiera jew tal-Istat kostali;

(12) " Trażbord " iffisser il-ħatt tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kollha abbord bastiment għal fuq bastiment ieħor;

(13) " Riskju " jfisser il-probabbiltà li avveniment isir u li jikkostitwixxi infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(14) " Ġestjoni tar-riskju " tfisser l-identifikazzjoni sistematika tar-riskji u l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha neċessarji għal-limitazzjoni tar-realizzazzjoni ta’ dawn ir-riskji. Dan jinkludi attivitajiet bħall-ġabra ta’ dejta u informazzjoni, analiżi u evalwazzjoni tar-riskji, preparazzjoni u teħid ta’ azzjoni, u monitoraġġ u reviżjoni regolari tal-proċess u r-riżultati tiegħu, ibbażati fuq is-sorsi u l-istrateġiji internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali;

(15) " Operatur " tfisser il-persuna naturali jew legali li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li tmexxi kwalunkwe mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju ta’ produzzjoni, proċessar, kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(16) " Lott " tfisser kwantità ta’ prodotti tas-sajd ta’ speċi partikolari li ġiet suġġetta għall-istess trattament u li setgħet ġiet mill-istess żona tas-sajd u l-istess bastiment jew l-istess attivitajiet tal-akkwakultura;

(17) " Proċessar " tfisser il-proċess li bih ġiet ippreparata l-preżentazzjoni. Dan jinkludi t-tindif, l-iflettjar, it-tkessiħ, l-ippakkjar, it-tqegħid f’laned, l-iffriżar, l-affumikar, it-tmelliħ, it-tisjir, l-ippriservar, it-tnixxif jew il-preparazzjoni tal-ħut għas-suq bi kwalunkwe mod ieħor;

(18) " Bejgħ bl-imnut " tfisser il-manipulazzjoni u/jew l-ipproċessar ta’ prodotti tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin u l-ħażna tagħhom fil-punt tal-bejgħ jew il-kunsinna tagħhom lill-konsumatur aħħari, u tinkludi t-terminali tad-distribuzzjoni, l-operazzjonijiet tal-catering, il-kantinijiet tal-fabbriki, il-catering istituzzjonali, ir-ristoranti u operazzjonijiet tas-servizzi tal-ikel oħra simili, il-ħwienet, iċ-ċentri ta’ distribuzzjoni tas-supermarkets u l-postijiet tal-bejgħ bl-ingrossa;

(19) " Aġenzija " tfisser l-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005;

(20) " Netwerk integrat ta ’ sorveljanza marittima " tfisser netwerk ta’ sistema ta’ sorveljanza, monitoraġġ, identifikazzjoni u rintraċċar imħaddma għall-iskopijiet tas-sigurtà u sikurezza marittima, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tal-fruntieri, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-infurzar ġenerali tal-liġi;

(21) "Dejta tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti" tfisser id-dejta dwar l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni ġeografika, id-data, il-ħin, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment tas-sajd trażmessi permezz ta’ tagħmir tar-rintraċċar bis-satellita installat abbord bastiment tas-sajd liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat tal-bandiera;

(22) " Dejta tas-Sistema ta ’ Rilevament tal-Bastimenti " tfisser id-dejta derivata minn immaġni tat-telerilevament u miġbura miċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd li tipprovdi deskrizzjoni ġenerali tal-preżenza ta’ bastiment f’żona tal-baħar partikolari;

(23) " Pjanijiet multiannwali " tfisser pjanijiet ta’ rkupru kif imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-pjanijiet tal-ġestjoni kif imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kif ukoll dispożizzjonijiet Komunitarji oħra adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE u li jipprovdu għall-miżuri ta’ ġestjoni speċifiċi għal stokkijiet tal-ħut partikolari għal diversi snin;

(24) " Stat kostali " tfisser l-Istat li fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni jew fil-portijiet tiegħu ssir attività.

TITOLU IIIL-PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 5 Il-prinċipji ġenerali

1. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw l-attivitajiet li jsiru minn kwalunkwe persuna naturali jew legali fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd fit-territorju tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, b’mod partikolari s-sajd, it-trażbord, it-trasferiment ta’ ħut għal ġol-gaġeġ jew l-installazzjonijiet tal-akkwakultura inkluż installazzjonijiet tat-tħaxxin, il-ħatt l-art, l-importazzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ħażna tal-prodotti tas-sajd.

2. L-Istati Membri għandhom jikkontrollaw ukoll l-aċċess miċ-ċittadini tagħhom għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-attivitajiet tal-kontroll ‘il barra mill-ilmijiet tal-Komunità li jsiru minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità li qed itajru l-bandiera tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istat Membru tal-bandiera.

3. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa, jallokaw ir-riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi xierqa u jistabbilixxu strutturi amministrattivi u tekniċi neċessarji għall-iżgurar tal-ispezzjoni, tal-monitoraġġ, tas-sorveljanza u l-infurzar tal-attivitajiet li jitwettqu fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet u l-uffiċjali kompetenti tagħhom il-mezzi xierqa kollha biex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom.

4. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-kontroll, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ, is-sorveljanza u l-infurzar isiru fuq bażi indiskriminatorja f’daq li għandu x’jaqsam mas-setturi, il-bastimenti jew il-persuni magħżula għall-ispezzjoni, u fuq il-bażi tal-ġestjoni tar-riskju.

5. F’kull Stat Membru, awtorità waħda għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-kontroll tal-awtoritajiet tal-kontroll nazzjonali. Din għandha tkun responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-ġabra u l-verifikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd u għar-rappurtar lill-Kummissjoni, u l-kooperazzjoni magħha, mal-Istati Membri l-oħra u pajjiżi terzi.

6. Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew tas-Sajd f’konformità mar-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1198/2006 u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 għandu jiddependi fuq ir-rispett mill-Istati Membri tal-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità ma’ u l-infurzar tar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar skont il-Politika Komuni tas-Sajd fir-rigward ta’, inkella li għandhom impatt fuq l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati, u li joperaw u jżommu reġim effikaċi ta’ spezzjoni, monitoraġġ, sorveljanza u infurzar għal dan l-għan.

7. F’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti fil-ġestjoni u l-kontroll tal-assistenza finanzjarja mill-Komunità.

TITOLU IIIKUNDIZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-ILMIJIET U R-RIŻORSI

Artikolu 6 Liċenzja tas-sajd

1. Bastiment tas-sajd tal-Komunità jista’ jintuża għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin biss jekk għandu liċenzja valida tas-sajd.

2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu joħroġ u jiġġestixxi l-liċenzji tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità. Dan għandu jiżgura li l-informazzjoni li jkun hemm fil-liċenzja tas-sajd tkun korretta u konsistenti ma’ dik li hemm fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi temporanjament il-liċenzja ta’ sajd ta’ bastiment li jkun suġġett għall-immobilizzazzjoni temporanja deċiża minn dak l-Istat Membru u li kellu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu sospiża skont l-Artikolu 45 (1(d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

4. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jirtira permanentament il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment li huwa suġġett għal miżura ta’ aġġustament tal-kapaċità msemmija fl-Artikolu 11 (3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew li kellhu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu rtirata skont l-Artikolu 45 (1) (d) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008

Artikolu 7 Awtorizzazzjoni tas-sajd

1. Bastiment tas-sajd tal-Komunità li jopera fl-ilmijiet tal-Komunità għandu jiġi awtorizzat biss biex imexxi attivitajiet tas-sajd jekk għandu awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Bastiment tas-sajd tal-Komunità li jopera fl-ilmijiet tal-Komunità għandu jiġi awtorizzazzjoni li jmexxi attivitajiet tas-sajd speċifiċi biss jekk dawn ikunu indikati fl-awtorizzazzjoni tas-sajd valida tiegħu meta s-sajd jew iż-żoni tas-sajd ikunu suġġetti għal:

a) reġim tal-isforz tas-sajd;

b) pjan multiannwali;

c) żona protetta tal-baħar;

d) skema ta’ tnaqqis progressiv tar-rimi lura fil-baħar;

e) sajd sperimentali;

f) attivitajiet tas-sajd bl-użu ta’ rkaptu tal-qiegħ fiż-żoni li mhumiex ir-responsabbiltà tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd;

g) każijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

2. Meta Stat Membru jkollu skema nazzjonali speċifika għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, għandu jibgħat lill-Kummissjoni fuq it-talba tagħha sommarju tal-informazzjoni li hemm fl-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u l-figuri ġenerali relatati fuq l-isforz tas-sajd.

3. Meta l-Istat Membru tal-bandiera jkun adotta dispożizzjonijiet nazzjonali fil-forma ta’ skema nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-allokazzjoni lil bastimenti individwali tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għalih, dan għandu jibgħat lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, l-informazzjoni dwar il-bastimenti awtorizzati biex imexxu attività tas-sajd f’żona partikolari tas-sajd.

4. L-awtorizzazzjoni tas-sajd ma tistax toħroġ jekk il-bastiment konċernat m’għandux liċenzja tas-sajd miksuba skont l-Artikolu 6 jew jekk il-liċenzja tas-sajd tiegħu ġiet sospiża jew irtirata. L-awtorizzazzjoni tas-sajd ssir nulla awtomatikament jekk il-liċenzja tas-sajd li tikkorrispondi mal-bastiment ġiet irtirata permanentament. Din għandha tiġi sospiża jekk il-liċenzja tas-sajd ġiet sospiża temporanjament.

5. Il-format u l-proċedura għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 8 Immarkar tal-irkaptu tas-sajd

1. Il-kaptan ta’ bastiment għandu jirrispetta l-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet relatati mal-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti u l-irkaptu tagħhom.

2. Ir-regoli dettaljati dwar l-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti u l-irkaptu tagħhom għandhom jiġu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 9 Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti

1. L-Istati Membri għandhom joperaw Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bbażata fuq is-satellita għall-monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tagħhom irrispettivament ta’ fejn qegħdin u tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-korrettezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex korretta.

2. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jkollu installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti li l-pożizzjoni u l-identità ta’ dak il-bastiment jinstabu awtomatikament permezz tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bit-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari. Għandu jippermetti wkoll liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera biex jieħu d-dettalji tal-bastiment tas-sajd. Dan il-paragrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012 għall-bastimenti li huma aktar minn 10 metri sa mhux aktar minn 15-il metru fit-tul.

3. Meta bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet ta’ Stat Membru ieħor, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jagħmel disponibbli d-dejta mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti dwar dak il-bastiment permezz tat-trażmissjoni awtomatika liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri kostali. Is-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti għandha tkun disponibbli wkoll fuq it-talba tal-Istat Membru li l-portijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd għall-ħatt l-art tal-qabdiet tiegħu jew li l-ilmijiet tiegħu probabbli se jintużaw mill-bastiment tas-sajd biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

4. Jekk bastiment tas-sajd tal-Komunità jopera fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz jew f’żoni tal-baħar miftuħ fejn ir-riżorsi tas-sajd huma ġestiti minn organizzazzjoni internazzjonali u jekk il-ftehim ma’ dak il-pajjiż terz jew ir-regoli applikabbli ta’ dik l-organizzazzjoni internazzjonali jipprovdu hekk, dik id-dejta wkoll għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ dak il-pajjiż jew organizzazzjoni.

5. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti aħħarin, id-dejta dettaljata u aggregata kif msemmi fl-Artikolu 2 (i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008[33], sabiex isostnu l-analiżi xjentifika taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament.

6. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li jkunu mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastiment jekk:

a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera jew

b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

7. Bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-ilmijiet tal-Komunità għandhom ikollhom installat abbord tagħmir li jaħdem tajjeb li jippermetti l-lokalizzazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ dak il-bastiment mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti permezz tat-trażmissjoni tad-dejta dwar il-pożizzjoni f’intervalli regolari li ssir bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

8. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u joperaw Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd, li għandhom jimmonitorjaw l-attivitajiet tas-sajd u l-isforz tas-sajd. Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ta’ Stat Membru partikolari għandhom jimmonitorjaw il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu, irrispettivament mill-ilmijiet li qed joperaw fihom jew il-port li qegħdin fih, kif ukoll bastiment tas-sajd tal-Komunità li jtajru bandiera ta’ Stati Membri oħra u bastiment tas-sajd ta’ pajjiżi terzi li tapplika għalihom Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u li qed joperaw fl-ilmijiet ta’ dak l-Istat Membru partikolari.

9. Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd u għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jiżgura li ċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tiegħu jkollhom ir-riżorsi xierqa f’dak li għandu x’jaqsam mal-istaff u li jkun mgħammar bil-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter li jippermettu l-ipproċessar awtomatiku tad-dejta u t-trażmissjoni tad-dejta elettronika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri ta' back-up u rkupru fil-każ ta' falliment tas-sistema. L-Istati Membri jistgħu joperaw Ċentri konġunti ta’ Monitoraġġ tas-Sajd.

10. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 10 Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni

1. Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-15-il metru fit-tul għandu jkun mgħammar bi u jżomm operattiva Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta’ rendiment ppreparati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali skont il-Kapitolu V, Regolament 19, sezzjoni 2.4.5 tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS tal-1974 fil-verżjoni aġġornata tagħha.

2. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta tas-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni għall-kontroverifiki ma’ dejta oħra disponibbli skont l-Artikoli 102 u 103. Għal dak l-iskop l-Istati Membri għandu jiżgura li d-dejta mis-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-akkuratezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex akkurata.

Artikolu 11 Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti

1. L-Istati Membri għandhom jużaw Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti li tippermettihom jqabblu l-pożizzjonijiet derivati mill-immaġni tat-telerilevament li jintbagħtu lid-dinja mis-satellita jew sistemi oħra ekwivalenti mad-dejta li jirċievu mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti jew is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika, sabiex jivvalutaw il-preżenza tal-bastimenti tas-sajd fiż-żona. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tagħhom ikollhom il-kapaċità teknika li jużaw Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti.

2. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li Stat Membru juża Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti għal sajd partikolari u f’ħin partikolari.

Artikolu 12 Trażmissjoni tad-dejta għall-operazzjonijiet tas-sorveljanza

Id-dejta mis-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Awtomatika u s-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti miġbura fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi trasmessa lill-aġenziji tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet oħra pubbliċi tal-Istati Membri involuti fl-operazzjonijiet tas-sorveljanza għall-iskop tas-sikurezza u s-sigurtà marittima, il-kontroll tal-fruntieri, il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u l-infurzar ġenerali tal-liġi.

Artikolu 13 Teknoloġiji ġodda

1. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fuq il-bażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-obbligazzjoni li jintuża tagħmir elettroniku tal-monitoraġġ, u għodda tat-traċċabilità, bħall-analiżi ġenetika. Sabiex jivvalutaw it-teknoloġija li trid tintuża, l-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, jew il-korp deżinjat minnha, għandhom jmexxu proġetti pilota dwar l-għodda tat-traċċabilità, bħall-analiżi ġenetika qabel l-1 ta’ Ġunju 2013.

2. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi fuq il-bażi tal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji tal-kontroll tas-sajd ġodda oħra meta dawn it-teknoloġiji jwasslu għal titjib fil-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd b’mod effiċjenti mil-lat ta’ nfiq.

TITOLU IVMONITORAĠĠ TAS-SAJD

Kapitolu IMonitoraġġ tal-Użu tal-Opportunitajiet tas-Sajd

Sezzjoni 1Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 14 Il-ġurnal ta’ abbord

1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-10 metri fit-tul għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha li huma akbar minn 15-il kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj ta’ kull speċi li jaqbdu u jżommu abbord, id-data u ż-żona ġeografika rilevanti, espressa permezz ta’ referenza għas-subżona u d-diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku li fih japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ta’ dawn il-qabdiet u t-tip ta’ rkaptu użat. Għandhom jiġu rreġistrati wkoll fil-ġurnal ta’ abbord il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jintremew fil-baħar. L-akkuratezza tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

2. Fis-sajd suġġett għal reġim tal-isforz tas-sajd il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità, għaż-żmien li jqattgħu f’żona, għandhom jirreġistraw u jżommu akkont fil-ġurnal ta’ abbord tagħhom dan li ġej:

a) F’daq li għandu x’jaqsam mal-irkaptu rmunkat:

i) dħul ġewwa, u ħruġ mill-port;

ii) kull dħul ġewwa, u ħruġ minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi.

iii) il-qabda li tinżamm abbord skont l-ispeċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj fil-ħin tal-ħruġ minn dik iż-żona jew id-dħul f’port li jinsab f’dik iż-żona.

b) F’dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu statiku:

i) dħul ġewwa, u ħruġ mill-port;

ii) kull dħul ġewwa, u ħruġ minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi.

iii) id-data u l-ħin tal-kalar jew il-kalar mill-ġdid tal-irkaptu statiku f’dawn iż-żoni;

iv) id-data u l-ħin tat-tmiem ta' operazzjonijiet ta' sajd bl-użu tal-apparat statiku;

v) il-qabda li tinżamm abbord skont l-ispeċi f’kilogrammi ta’ piż ħaj fil-ħin tal-ħruġ minn dik iż-żona jew id-dħul f’port li jinsab f’dik iż-żona.

3. Il-marġini ta’ toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun ta’ 5 %.

4. Biex jikkonvertu l-piż tal-ħut maħżun jew ipproċessat f’piż ta’ ħut ħaj il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom japplikaw il-fattur tal-konverżjoni stabbilit skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd ta’ pajjiż terz li jinsabu fl-ilmijiet tal-Komunità għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu bl-istess mod bħall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità.

6. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 15 Reġistrazzjoni u trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord

1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jirreġistra permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni tas-sajd fil-ġurnal ta’ abbord u għandu jibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-anqas darba kuljum.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:

a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Artikolu 16 Bastimenti eżentati mir-rekwiżiti tal-ġurnal ta’ abbord

1. Kull Stat Membru għandu jimmonitorja, fuq il-bażi tat-teħid ta’ kampjuni, l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li huma eżentati mir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 14 sabiex jiżgura l-konformità ta’ dawn il-bastimenti mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111 u jittrażmettiha lill-Kummissjoni kull sena qabel il-31 ta’ Jannar u jindika l-metodi użati għall-istabbilimenti ta’ dan il-pjan. Il-pjanijiet tat-teħid ta’ kampjuni għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli maż-żmien u standardizzati fir-reġjunijiet.

Artikolu 17 Notifika minn qabel

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:

a) l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b) l-isem tal-port ta’ destinazzjoni deżinjat u l-iskopijiet taż-żjara, bħall-ħatt l-art, it-trażbord, l-aċċess għas-servizzi;

c) l-awtorizzazzjoni tas-sajd jew, fejn xieraq, l-awtorizzazzjoni biex jingħata appoġġ għall-operazzjonijiet tas-sajd jew għat-trażbord ta’ prodotti tas-sajd;

d) id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;

e) id-data u l-ħin previsti tal-wasla fil-port;

f) il-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn;

g) il-kwantitajiet ta’ kull speċi li se jħottu l-art jew jittrażbordaw.

2. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità, jew ir-rappreżentant tiegħu, li jirreġistra l-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord b’mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 15 għandu jittrażmetti n-notifika minn qabel msemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-informazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord msemmija fl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jintbagħtu fi trażmissjoni waħda jekk din it-trażmissjoni jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa dwar kull wieħed minnhom.

3. Meta bastiment tas-sajd tal-Komunità għandu l-ħsieb li jidħol ġewwa port ta’ Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-bandiera u jkun ittrażmetta n-notifika minn qabel imsemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċevuha għandhom jibgħatu n-notifika mill-qabel imsemmija fil-paragrafu 1 b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

4. Il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat, li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi għal perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn huma reġistrati l-bastimenti konċernati.

Artikolu 18 Trażbord

It-trażbordijiet fuq il-baħar għandhom ikunu projbiti fl-ilmijiet tal-Komunità. Dawn għandhom ikunu permessi biss suġġetti għal awtorizzazzjoni f’portijiet ta’ Stati Membri deżinjati għal dan l-iskop, u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 19 Dikjarazzjoni tat-trażbord

1. Il-kaptani, jew ir-rappreżentanti tagħhom, kemm tat-trażbord kif ukoll tal-bastiment li qed jirċievi l-qabdiet għandhom jissottomettu dikjarazzjoni tat-trażbord, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-trażbord,

(a) lill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, u

(b) jekk it-trażbord sar f’port ta’ Stat Membru ieħor, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-port konċernat.

2. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord trid tiġi sottomessa permezz ta’ mezzi elettroniċi. Jekk is-sottomissjoni ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-dikjarazzjoni tat-trażbord trid tiġi sottomessa biss lill-Istat Membru tal-bandiera anki jekk it-trażbord għandu jsir f’port ta’ Stat Membru ieħor. L-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi d-dikjarazzjonijiet tat-trażbord għandu jibgħathom lill-Istat Membru tal-port konċernat.

3. Id-dikjarazzjoni tat-trażbord għandha tindika l-kwantità tal-prodotti tas-sajd għal kull speċi li ġiet trażbordata, id-data u l-post ta’ kull qabda, l-ismijiet tal-bastimenti involuti u l-portijiet tat-trażbord u tad-destinazzjoni. Il-kaptani taż-żewġ bastimenti għandhom jinżammu responsabbli għall-akkuratezza tat-tali dikjarazzjonijiet.

4. Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista’ teżenta ċerti kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd mill-obbligazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jista’ jiġġedded, jew tipprovdi perjodu ta’ notifika ieħor wara li tikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, it-tip ta’ prodotti tas-sajd u d-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet tal-ħatt l-art u l-portijiet fejn il-bastimenti konċernati huma reġistrati.

5. Il-proċeduri u l-formuli tat-trażbord għandhom jiġu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 20 Awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art u t-trażbord

1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jingħataw awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art jew it-trażbord biss jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 hija kompleta.

2. Il-ħatt l-art ma jistax jibda sakemm ma jiġix awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konċernat.

3. L-awtorizzazzjoni biex jibdew l-operazzjonjiet tal-ħatt l-art jew it-trażbord fil-port għandha tkun suġġetta għall-kontroll tal-kompletezza tal-informazzjoni sottomessa kif preskritt fil-paragrafu 1 u, fejn xieraq, għat-tlestija ta’ spezzjoni.

4. Meta jagħtu l-awtorizzazzjoni għall-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jassenjaw numru uniku tal-ħatt l-art (ULN) għall-ħatt l-art u jinformaw lill-kaptan tal-bastiment dwar dan. Jekk il-ħatt l-art jiġi interrot, għandu jkun meħtieġ permess biex il-ħatt jerġa jibda.

Artikolu 21 Dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

1. Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art li għandha tindika, bħala minimu, il-kwantitajiet li jinħattu minn kull speċi, kif stipulati fl-Artikolu 14, flimkien maż-żona fejn inqabdu u d-data tal-qbid.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b’mezzi elettroniċi d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.

3. Meta bastiment tas-sajd tal-Komunità jħott l-art il-qabdiet tiegħu fi Stat Membru li huwa differenti mill-Istat Membru tal-bandiera, l-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċiervu d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandhom jibgħatuha b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn inħattet il-qabda.

4. Il-paragrafu 2 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li ma jaqbżux il-15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 jekk:

a) joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

b) qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

5. Għall-bastiment li huma eżentati mir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2, il-kaptan, jew ir-rappreżentant tiegħu, malli jħott il-qabdiet l-art, għandu jirreġistra u jissottometti kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara lħatt l-art, dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun sar il-ħatt l-art.

6. Il-proċeduri u l-formuli tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art għandhom jiġu determinati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 22 Bastimenti eżentati mir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

1. Kull Stat Membru għandu jissorvelja, fuq il-bażi tat-teħid ta’ kampjuni, l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li huma eżentati mir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art speċifikati fl-Artikolu 21(1) u (2) sabiex jiżguraw il-konformità ta’ dawn il-bastimenti mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan ta’ teħid ta’ kampjuni bbażat fuq il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, u jittrażmettih lill-Kummissjoni kull sena qabel il-31 ta’ Jannar flimkien ma’ indikazzjoni tal-metodi użati għall-istabbiliment ta’ dan il-pjan. Il-pjanijiet tat-teħid ta’ kampjuni għandhom ikunu, safejn possibbli, stabbli maż-żmien u standardizzati fir-reġjunijiet.

Sezzjoni 2Reġistrazzjoni u skambju tad-dejta mill-Istati Membri

Artikolu 23 Reġistrazzjoni tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd

1. Kull Stat Membru għandu jirreġistra d-dejta rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd msemmija f’dan il-Kapitolu, espressi kemm f’termini ta’ qabdiet kif ukoll tal-isforz tas-sajd, u għandu jżomm il-kopja oriġinali tad-dejta għal perjodu ta’ tliet snin jew aktar skont ir-regoli nazzjonali.

2. Qabel il-15 ta’ kull xahar, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni jew lill-korp deżinjat minnha, permezz ta’ trażmissjoni bil-kompjuter, tad-dejta aġġornata kollha msemmija fil-paragrafu 1 irreġistrata matul ix-xahar ta’ qabel.

3. Il-qabdiet kollha ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

Artikolu 24 Skambju tad-dejta

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23, l-Istati Membri tal-ħatt l-art għandhom jipprovdu, fuq it-talba ta’ Stat Membru ieħor, permezz ta’ mezzi eletroniċi, id-dejta dwar il-ħatt l-art, il-bejgħ, it-trażbordijiet jew it-trasport ta’ prodotti tas-sajd li jsiru fil-portijiet tagħhom jew fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom mill-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tal-Istat Membru li qed jitlobha.

2. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti tal-anqas mill-isem u l-marka esterna ta’ identifikazzjoni tal-bastiment konċernat, il-kwantitajiet tal-ħut għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet li jinħattu, jinbigħu jew jiġu trażbordati minn dak il-bastiment kif ukoll id-data u l-post tal-ħatt l-art, il-bejgħ, it-trażbord jew it-trasport. Din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa fi żmien erbat ijiem tax-xogħol mid-data tat-talba tal-Istat Membru sakemm ma hemmx ftehim ieħor bejn l-Istati Membri konċernati.

3. L-Istat Membru fejn sar il-ħatt l-art, il-bejgħ, it-trażbord jew it-trasport għandu jittrażmetti lil-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, permezz ta’ mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni fl-istess ħin li tiġi komunikata mill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment.

Artikolu 25 Dejta fuq l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd

1. Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, meta jistabbilixxi li:

a) il-qabdiet ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jkunu saru mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu eżawrew 80 % minn dik il-kwota, jew

b) jitqies li jkun intlaħaq 80% tal-livell massimu tal-isforz tas-sajd għal żona tas-sajd u applikabbli għal parti jew il-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu.

2. F’dan il-każ, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, b’informazzjoni aktar dettaljata u aktar frekwenti minn dik prevista fl-Artikolu 23.

Sezzjoni 3Għeluq tas-sajd

Artikolu 26 Għeluq tas-sajd mill-Istati Membri

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi d-data li minnha:

a) il-qabdiet ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu eżawrew dik il-kwota;

b) ikun intlaħaq il-livell massimu tal-isforz tas-sajd għal żona tas-sajd u li jkun applikabbli għal xi wħud mill-bastimenti jew il-bastimenti tas-sajd kollha li jtajru l-bandiera tiegħu.

2. Mid-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprojbixxi s-sajd għal dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet mill-bastimenti li qed itajru l-bandiera tiegħu kif ukoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art tal-ħut wara dik id-data u għandu jiddeċiedi dwar data sa meta t-trażbordijiet u l-ħatt l-art jew id-dikjarazzjonijiet finali tal-qabdiet huma permessi.

3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat u għandha tiġi kkomunikata immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tiġi ppublikata immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje Ċ). Mid-data li d-deċiżjoni ssir pubblika mill-Istat Membru konċernat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsir l-ebda żamma abbord, ħatt l-art, tqegħid f’gaġeġ jew trażbord tal-ħut rilevanti mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat fl-ilmijiet tagħhom u fuq it-territorju tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha żżomm in-notifiki li tirċievi skont dan l-Artikolu disponibbli għall-Istati Membri permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 27 L-għeluq tas-sajd mill-Kummissjoni

1. Fejn il-Kummissjoni tiskopri li Stat Membru ma kkonformax mal-obbligazzjoni li jinnotifika d-dejta ta’ kull xahar dwar l-opportunitajiet tas-sajd kif stipulat fl-Artikolu 23(2), tista’ tistabbilixxi data li fiha 80% tal-opportunitajiet tas-sajd ta’ dak l-Istat Membru għandhom jitqiesu bħala eżawriti u tista’ tistabbilixxi d-data prevista li fiha l-opportunitajiet għandhom jitqiesu bħala eżawriti.

2. Fuq il-bażi tal-informazzjoni taħt l-Artikolu 26 jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, fejn il-Kummissjoni ssib li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Komunità jew għall-Istat Membru jitqiesu li huma eżawriti, għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati dwar dan u għandha tipprojbixxi l-attivitajiet tas-sajd għaż-żona, l-irkaptu, l-istokk, il-grupp ta’ stokkjiiet jew il-flotta involuti f’dawk l-attivitajiet tas-sajd speċifiċi.

Artikolu 28 Miżuri korrettivi

1. Meta l-Kummissjoni tkun waqqfet is-sajd minħabba l-eżawriment allegat tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal Stat Membru jew grupp ta’ Stati Membri, jew għall-Komunità u jsir magħruf li Stat Membru ma kienx eżawrixxa l-opportunitajiet tas-sajd, għandhom japplikaw il-paragrafi li ġejjin.

2. Jekk il-preġudizzju li jsofri Stat Membru li ġie pprojbit milli jistad qabel ma ġew eżawriti l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu ma jkunx tneħħa għandhom jiġu adottati miżuri bl-għan li jiġi rimedjat b’mod xieraq il-preġudizzju kkawżat, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111. Dawn il-miżuri jistgħu jinvolvu tnaqqis mill-opportunitajiet tas-sajd ta’ kwalunkwe Stat Membru li kien involut f’sajd żejjed, u l-kwantitajiet imnaqqsa b’dan il-mod jiġu allokati b’mod xieraq lill-Istati Membri li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom twaqqfu qabel l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom ġew eżawriti.

3. Dawn it-tnaqqisiet u l-allokazzjonjiet konsegwenti għandhom isiru wara li jiġu kkunsidrati bħala prijorità l-ispeċijiet u ż-żoni li għalihom ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd. Dawn jistgħu jsiru matul is-sena li fiha seħħ il-preġudizzju jew fis-sena jew is-snin ta’ wara.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Kapitolu IIMonitoraġġ tal-Ġestjoni tal-Flotot

Sezzjoni 1Kapaċità tas-Sajd

Artikolu 29 Kapaċità tas-sajd

1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jagħmlu l-kontrolli neċessarji sabiex jiżguraw li l-kapaċità totali li tikkorrispondi mal-liċenzji tas-sajd maħruġa mill-Istat Membru, f’TG u f’kW, fl-ebda mument ma tkun ogħla mil-livelli massimi ta’ kapaċità għal dak l-Istat Membru stabbiliti, f’konformità ma’:

a) l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, u

b) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004, tat-30 ta’ Marzu 2004[34], u

c) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003 tat-12 ta’ Awissu 2003[35], u

d) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 tad-9 ta’ Diċembru 2004[36].

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, u b’mod partikolari dwar

a) ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti tas-sajd;

b) il-verifikazzjoni tal-qawwa tal-bastimenti tas-sajd;

c) il-verifikazzjoni tat-tunnellaġġ tal-bastimenti tas-sajd;

d) il-verifikazzjoni tat-tip, in-numru u l-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd.

3. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 110, dwar il-metodi tal-verifiki użati, flimkien mal-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi responsabbli biex jagħmlu l-verifika msemmija fil-paragrafu 2.

Sezzjoni 2: Qawwa tal-magna

Artikolu 30 Monitoraġġ tal-qawwa tal-magna

1. Is-sajd għandu jkun permess biss għal bastimenti tas-sajd mgħammra b’magni li l-qawwa tagħhom ma taqbiżx dik dikjarata fiċ-ċertifikat tal-magna.

2. Għandu jkun projbit li tiġi manipulata l-magna bl-għan li tiżdied il-qawwa tagħha ‘l fuq mill-qawwa massima skont iċ-ċertifikat tal-magna.

3. Għandu jkun projbit l-użu ta’ magni ġodda jew sostitwiti li ma ġewx approvati uffiċjalment mill-Istat Membru konċernat.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qawwa ċertifikata tal-magna ma tinqabiżx. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapport msemmi fl-Artikolu 110 dwar il-miżuri tal-kontroll li ħadu sabiex jiżguraw li l-kapaċità tal-magna ma tinqabiżx.

Artikolu 31 Ċertifikat tal-qawwa tal-magna

1. Magni ġodda, magni tas-sostituzzjoni u magni li ġew modifikati teknikament għandhom jiġu approvati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala magni li ma humiex kapaċi jipproduċu aktar qawwa minn dik dikjarata fiċ-ċertifikat tal-magna. Approvazzjonijiet bħal dawn għandhom jinħarġu biss jekk il-magna ma tkunx kapaċi tipproduċi aktar mil-qawwa dikjarata.

2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jassenjaw iċ-ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna lis-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni, lill-manifatturi tal-magni jew lil operaturi oħra li għandhom għarfien espert professjonali neċessarju għall-eżaminazzjoni teknika tal-qawwa tal-magna. Dawk is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni, il-manifatturi jew l-operaturi oħra għandhom jiċċertifikaw biss magni li mhumiex kapaċi jeċċedu l-qawwa dikjarata uffiċċjalment jekk ma hemm l-ebda possibbiltà li tiżdied il-prestazzjoni tal-magna ‘l fuq mill-qawwa ċertifikata.

Artikolu 32 Kontroverifiki tal-qawwa tal-magna

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kontroverifiki tad-dejta biex jaċċertaw irwieħhom mill-konsistenza tal-qawwa tal-magna mal-informazzjoni kollha disponibbli għall-amministrazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi tal-bastimenti. B’mod partikolari għandhom jivverifikaw l-informazzjoni li hemm

a) fir-reġistri tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti;

b) fil-ġurnal ta’ abbord;

c) fiċ-ċertifikat Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Atmosfera mill-Magni (EIAPP) maħruġ għall-magna skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VI għall-Konvenzjoni tal-MARPOL 73/78;

d) iċ-ċertifkati tal-klassi maħruġin minn organizzazzjoni rikonoxxuta tal-ispezzjoni u l-organizzazzjoni tal-perizji fuq il-bastimenti skont it-tifsira tad-Direttiva 94/57/KE;

e) iċ-ċertifat tal-provi fuq il-baħar;

f) ir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Komunità u

g) kwalunkwe dokumenti oħra li jipprovdu informazzjoni rilevanti fuq il-qawwa tal-bastimenti jew kwalunkwe karatteristiċi tekniċi relatati.

2. Meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-qawwa tal-magna ta’ bastiment tas-sajd tkun akbar mill-qawwa dikjarata fuq il-liċenzja tas-sajd tiegħu, l-Istati Membri għandhom jipproċedu għal verifika fiżika tal-qawwa tal-magna.

Kapitolu III Monitoraġġ tal-Pjanijiet Multiannwali

Artikolu 33 Trażbordi fil-port

Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f’attivitajiet tas-sajd suġġetti għal pjan multiannwali m’għandhomx jittrasferixxu l-qabdiet tagħhom abbord kwalunkwe bastiment jew vettura oħra mingħajr ma l-ewwel iħottu l-art il-qabdiet tagħhom sabiex jintiżnu minn ċentru tal-irkant jew kwalunkwe korp ieħor awtorizzat mill-Istati Membri.

Artikolu 34 Portijiet deżinjati

1. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, meta jkun qed jadotta pjan multiannwali, dwar ammont minimu ta’ limitu applikabbli għall-piż ħaj ta’ speċijiet soġġetti għal pjan multiannwali, li fil-każ li jinqabeż il-bastiment għandu jkun meħtieġ li jħott l-art il-qabdiet tiegħu f’port deżinjat.

2. Meta jkollu jinħatt l-art aktar mill-kwantità minima ta’ ħut imsemmija fil-paragrafu 1, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Komunità għandu jiżgura li t-tali ħatt l-art isir biss f’port deżinjat fil-Komunità. Meta l-pjan multiannwali jiġi applikati fil-kuntest ta’ Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd, il-ħatt l-art jista’ jsir f’port ta’ parti kontraenti ta’ dik l-organizzazzjoni.

3. Kull Stat Membru għandu jiddeżinja portijiet li fihom għandhom iseħħu l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art imsemmija fil-paragrafu 2.

4. Sabiex port jiġi determinat bħala port deżinjat, il-kundizzjonijiet li ġejjin iridu jiġu sodisfatti:

a) ħinijiet ristretti għall-ħatt l-art;

b) postijiet ristretti għall-ħatt l-art;

c) kopertura sħiħa tal-ispezzjoni matul il-ħinijiet tal-ħatt l-art u fil-postijiet tal-ħatt l-art kollha;

d) il-kwanti medja tal-ħatt l-art skont il-piż tal-ispeċijiet soġġetta għal pjan multiannwali trid tirrapreżenta tal-anqas 5% tal-kwantitajiet totali li nħattu l-art f’dak il-port. Il-perjodu ta’ referenza għall-kalkulazzjoni tat-tali medja għandu jkun tat-tliet snin immedjatament wara xulxin.

Artikolu 35 Stivar separat ta’ speċijiet taħt pjan ta’ irkupru

1. Għandha tkun projbita ż-żamma abbord fuq bastiment tas-sajd tal-Komunità fi kwalunkwe kaxxa ta’ kwalunkwe kwantità ta’ speċi suġġetta għal pjan multiannwali mħallta ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

2. Il-kaxex li fihom speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom ikunu mmarkati b’mod xieraq b’tikketta li tindika l-kodiċi tal-FAO tal-ispeċi suġġetta għal pjan multiannwali u għandhom jiġu stivati fl-istiva b’mod li jinżammu separati mill-kaxex l-oħra.

Artikolu 36 Programmi ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll

1. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu programmi ta’ azzjoni nazzjonali għall-kontroll għal kull pjan multiannwali.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti speċifiċi ta’ riferiment għall-ispezzjoni skont l-Anness I. Dawn il-punti ta’ riferiment għandhom jiġu riveduti perjodikament wara li ssir analiżi tar-riżultati miksuba. Il-punti ta’ riferiment għall-ispezzjoni għandhom jevolvu progressivament sakemm jintlaħqu l-punti ta’ riferiment ta’ mira definiti fl-Anness I.

Kapitolu IV Monitoraġġ tal-Miżuri Tekniċi

Sezzjoni 1Użu tal-irkaptu tas-sajd

Artikolu 37 Irkaptu tas-sajd

1. Kwalunkwe rkaptu tas-sajd użat fis-sajd għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għal dan is-sajd.

2. Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta’ rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) xbieki, piżijiet u rkaptu simili għandhom jinqalgħu minn minn mad-diriġenti u l-kalamenti;

b) ix-xbieki li huma fuq jew ‘l fuq mill-gverta għandhom ikunu marbutin tajjeb u

c) l-konzijiet għandhom jiġu stivati taħt il-gverta.

Artikolu 38 Kompożizzjoni tal-qabda

1. Jekk il-qabdiet li nżammu abbord kwalunkwe bastiment tas-sajd tal-Komunità nqabdu bi xbieki ta’ daqs tal-malji minimi differenti matul l-istess vjaġġ, il-kompożizzjoni tal-ispeċijiet għandha tiġi kkalkulata għal kull parti tal-qabda li nqabdet taħt kundizzjonijiet differenti. Għal dan l-għan, il-bidliet kollha mid-daqs tal-malja użat qabel kif ukoll il-kompożizzjoni tal-qabda abbord fil-mument ta’ kwalunkwe bidla bħal din għandhom jiddaħlu fil-ġurnal ta’ abbord u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

3. F’każijiet speċifiċi jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati dwar iż-żamma abbord ta’ pjan ta’ stivar, għal kull speċi, ta’ prodotti proċessati, li jindika fejn jinsabu fl-istiva, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

SEZZJONI 2Monitoraġġ ta’ Żoni Protetti tal-Baħar

Artikolu 39 Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

1. Meta Żona Protetta tal-Baħar tiġi definita, il-pożizzjoni li tillimita il-poligonu ġeografiku u l-linji rombu korrispondenti u l-pożizzjonijiet tal-bastiment għandhom jiġu mkejla skont l-istandard applikabbli.

2. L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità f’żoni tas-sajd fejn ġiet definita Żona Protetta tal-Baħar għandhom jiġu mmonitorjati miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat kostali, li għandu jkollu sistema għar-rilevament u r-reġistrazzjoni tad-dħul, it-trażbord u l-ħruġ miż-Żona Protetta tal-Baħar.

3. Sistema tal-allarm għandha tkun disponibbli fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati kostali li tista’ tagħmel rilevament awtomatiku tal-bastimenti li jkunu deħlin fiż-Żona Protetta tal-Baħar. Is-sistema tal-allarm għandha tkun ukoll abbord il-bastiment sabiex twissi lill-kaptan tal-bastiment li wasal biex jidħol fiż-Żona Protetta tal-Baħar.

4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-allarm għal meta l-bastiment jidħol fiż-żona tal-kontroll tas-sikurezza madwar iż-żoni li jridu jiġu protetti.

5. B’deroga mill-Artikolu 8 (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 il-frekwenza tat-trażmissjonijiet tad-dejta għandha tkun tal-anqas kull 15-il minuta meta bastiment jidħol fiż-żona tal-kontroll tas-sikurezza u għandha tkun trażmissjoni fil-ħin reali meta l-bastiment jidħol fiż-Żona Protetta tal-Baħar.

Artikolu 40 Tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar

1. It-tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar huwa permess għall-bastimenti tas-sajd kollha suġġett għal kundizzjonijiet li ġejjin:

a) l-irkaptu kollu abbord għandu jkun marbut u stivat matul it-tranżitu; kif ukoll

b) il-veloċità matul it-tranżitu tkun ta’ mhux anqas minn 6 mili nawtiċi fis-siegħa.

2. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità maħsuba għat-tranżitu f’Żona Protetta tal-Baħar għandhom jikkomunikaw id-dejta li ġejja fil-forma ta’ rapport tat-tranżitu, lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-Istat Membru kostali:

a) l-isem tal-bastiment, il-marka esterna ta’ identifikazzjoni, is-sinjal tar-radju u l-isem tal-kaptan tal-bastiment;

b) il-koordinati tal-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li tirreferi għaliha l-komunikazzjoni;

c) id-data u l-ħin ta’ kull daħla fiż-Żona Protetta tal-Baħar, u

d) id-data u l-ħin ta’ kull ħarġa miż-Żona Protetta tal-Baħar.

Sezzjoni 3 Monitoraġġ tat-tnaqqis tar-rimi lura fil-baħar

Artikolu 41 Reġistrazzjoni tar-rimi lura fil-baħar

1. Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu ‘l fuq minn 15 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema speċjali għall-monitoraġġ tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tagħhom li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd taħt skema ta’ tnaqqis progressiv tar-rimi lura fil-baħar.

Artikolu 42 Verifiki tal-ġurnal ta’ abbord

Għall-bastimenti mgħammra b’Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw sistematikament li l-informazzjoni li jirċievu fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tikkorrispondi mal-attivitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord billi jużaw id-dejta tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u fejn disponibbli id-dejta minn osservaturi. Tali kontroverifiki għandhom jiġu rreġistrati f’format li jista’ jinqara minn kompjuter u jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

Sezzjoni 4Għeluq tas-sajd fil-ħin reali

Artikolu 43 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Meta jintlaħaq livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali, iż-żona konċernata għandha tingħalaq temporanjament għas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ din is-Sezzjoni. Għeluq fil-ħin reali bħal dan għandu jiġi stabbilit għal żmien fiss li ma jaqbiżx 10 ijiem.

2. Il-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali għandu jiġi kkalkulat bħala l-perċentwal tal-piż ħaj ta’ kull speċi tal-qabda totali f’refgħa, jew, meta l-għan tal-għeluq fil-ħin reali jkun il-protezzjoni tal-individwi ż-żgħar ta’ ċerta speċi, il-perċentwal tan-numru ta’ individwi żgħar ta’ speċi definita paragunat man-numru totali tal-kampjun ta’ dik l-ispeċi partikolari f’dik ir-refgħa.

Artikolu 44 Għeluq fil-ħin reali mill-Istati Membri

1. Meta l-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali jiġi rilevat minn kwalunkwe bastimenti tal-protezzjoni tas-sajd ta’ Stat Membru kostali jew li qed jipparteċipa f’operazzjoni konġunta taħt il-Pjan Konġunt ta’ Mobilitazzjoni, il-bastiment ta’ protezzjoni tas-sajd għandu informa mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali.

2. Meta l-kwantità tal-qabdiet inċidentali f’refgħa waħda taqbeż il-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali, il-bastiment tas-sajd għandu jbiddel iż-żona tas-sajd b’tal-anqas ħames mili nawtiċi minn kwalunkwe pożizzjoni tar-refgħa preċendenti qabel ma jkompli jistad u għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali. Jekk tal-anqas tliet bastimenti tas-sajd kellhom jitilqu minn żona tas-sajd għaliex qabżu l-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali, l-informazzjoni li jirċievi minn dawk il-bastimenti għandha tintuża mill-Istat Membru kostali biex jistabblixxi għeluq fil-ħin reali.

3. L-Istat Membru kostali għandu jiddeċiedi l-għeluq fil-ħin reali taż-żona konċernata fuq il-bażi tal-informazzjoni li jirċievi skont il-paragrafi 1 jew 2. Għandu jinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha u l-pajjiżi terzi li l-bastimenti tagħhom huma awtorizzati joperaw fiż-żona konċernata, li ġie stabbilit għeluq fil-ħin reali. L-attivitajiet tas-sajd ġewwa żona bħal din huma projbiti kif definit mid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-għeluq fil-ħin reali.

Artikolu 45 Għeluq fil-ħin reali mill-Kummissjoni

1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tirċievi li turi li l-livell ta’ attivazzjoni ta’ qabdiet inċidentali ntlaħaq, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina li żona għandha tingħalaq temporanjament jekk l-Istat Membru kostali ma stabbilixxix it-tali għeluq hu stess.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi terzi li l-bastimenti tagħhom joperaw f’din iż-żona u għandha tpoġġi mingħajr dewmien għad-dispożizzjoni fuq il-websajt uffiċjali tagħha mappa bil-koordinati taż-żona li hija magħluqa temporanjament, u għandha tispeċifika d-dewmien tal-għeluq u l-kundizzjonijiet li jirregolaw is-sajd f’dik iż-żona magħluqa speċifika.

Artikolu 46 Ftuħ mill-ġdid ta’ żona magħluqa temporanjament

1. Wara tal-anqas 60 sigħat wara li ż-żona definita tingħalaq u taħt il-kontroll tas-servizzi ta’ spezzjoni tal-Istat Membru kostali, għadd limitat ta’ bastimenti li għandhom abbord osservatur xjentifiku, jistgħu jagħmlu operazzjonijiet tas-sajd bi prova biex jivverifikaw il-livell tal-qabdiet inċidentali.

2. Jekk l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jilħqux is-60% tal-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet inċidentali l-Istat Membru kostali għandu jneħħi l-għeluq fil-ħin reali li kien stabbilixxia. L-Istat Membru kostali għandu jinforma lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi terzi li l-bastimenti tagħhom għandhom il-liċenzja biex joperaw fiż-żona relattiva, li l-għeluq fil-ħin reali jkun tneħħa.

3. Jekk l-għeluq fil-ħin reali ikun ġie stabbilit mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 45, il-Kummissjonji għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Istat Membru kostali tar-riżultati tal-operazzjonijiet tas-sajd bi prova msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq wara l-eżaminazzjoni tal-informazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, tneħħi l-għeluq fil-ħin reali jekk l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jilħqux aktar mis-60% tal-livell ta’ attivazzjoni tal-qabdiet inċidentali. Għandha tinforma lill-Istati Membri kollha u lill-pajjiżi terzi li l-bastimenti tagħhom għandhom il-liċenzja biex joperaw fiż-żona kkonċernata li l-għeluq fil-ħin reali tneħħa.

Kapitolu Vil-monitoraġġ tas-Sajd Rikreattiv

Artikolu 47 Sajd rikreattiv

1. Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera.

2. Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera

3. Il-qabdiet ta’ speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv.

4. Il-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandu jkun projbit minbarra jekk dan isir għal skopijiet filantropiċi.

TITOLU VMONITORAĠĠ TAL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI

Kapitolu IDispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 48 Prinċipji għall-monitoraġġ tal-kummerċjalizzazzjoni

1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ fuq it-territorju tiegħu tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mill-ewwel bejgħ sal-bejgħ bl-imnut, inkluż it-trasport.

2. Il-lottijiet kollha tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom ikunu traċċabbli u l-operaturi għandhom ikunu kapaċi jidentifikaw l-oriġini u d-destinazzjoni tal-lottijiet mill-qabda jew il-ħsad sal-konsumatur finali.

3. Fil-każ li jkun ġie ffissat daqs minimu għal speċi partikolari, l-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport għandhom ikunu kapaċi juru l-oriġini ġeografika tal-prodotti espressi bħala referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku fejn japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kollha mill-qabda jew mill-ħsad jitpoġġew f’lottijiet.

Artikolu 49 Standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li għalihom japplikaw standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni jitpoġġew għall-wiri għall-bejgħ, jiġu offruti għall-bejgħ, jinbiegħu jew jiġu kkumerċjati b’mod ieħor biss jekk jikkonformaw ma’ dawn l-istandards.

2. Il-prodotti li jitneħħew mis-suq, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999, għandhom jirrispettaw l-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari l-kategorija ta’ freskezza.

3. L-operaturi responsabbli għall-bejgħ, l-istokkjar jew it-trasport tal-lottijiet tal-prodotti tas-sajd għandhom ikunu kapaċi juru li l-prodotti jikkonformaw mal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fl-istadji kollha.

Artikolu 50 Traċċabilità

1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 178/2002[37] u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tagħhom jistabbilixxu sistemi u proċeduri li jippermettu li l-informazzjoni dwar il-provenjenza tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti.

2. Ir-rekwiżiti minimi tal-informazzjoni għal-lottijiet kollha tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sabiex tkun tista’ tiġi traċċata l-provenjenza tagħhom għandhom ikunu:

a) in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ kull lott;

b) l-isem kummerċjali u xjentifiku ta’ kull speċi;

c) il-piż ħaj f’kilogrammi;

d) id-data tal-qabda u/jew tal-ħsad;

e) l-unità tal-produzzjoni (l-isem tal-bastiment tas-sajd, is-sit tal-akkwakultura);

f) l-isem u l-indirizz tal-fornituri;

g) l-irkaptu.

3. Kull lott għandu jiġi sottomess għal sistema ta’ teggjar/u jew tikkettar speċifika li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 51 Informazzjoni għall-konsumatur

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2065/2001 tat-22 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward it-tagħrif lill-konsumatur dwar prodotti tas-sajd u akkwakultura għandha tkun disponibbli f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ispeċi konċernata. Iż-żona tal-qabda msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2001 għandha tirreferi għas-subżona u d-diviżjoni jew is-subdiviżjoni jew, fejn applikabbli, għar-rettangolu statistiku li fih japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-liġi tal-Komunità.

Kapitolu IIAttivitajiet wara l-ħatt l-art

Artikolu 52 L-ewwel bejgħ fiċ-ċentri tal-irkant

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwantitajiet kollha suġġetti għal limiti fuq il-qabdiet jew jidħlu fil-kummerċ għall-ewwel darba bil-bejgħ u/jew ir-reġistrazzjoni f’ċentru tal-irkant lil xerrejja reġistrati.

2. Il-prodotti tas-sajd l-oħra għandhom jinbiegħu biss f’ċentru tal-irkant jew lil korpi jew persuni awtorizzati mill-Istati Membri.

3. Ix-xerrej tal-prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jkun reġistrat mal-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn isir l-ewwel bejgħ. Għall-iskop ta’ reġistrazzjoni, kull xerrej għandu jiġi identifikat skont in-numru tal-VAT tiegħu fid-databases nazzjonali.

Artikolu 53 Użin tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1. Ix-xerrejja reġistrati kollha li jixtru prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jiżguraw li l-lottijiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq miżien approvat mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin għandu jsir qabel ma l-ħut jiġi ssortjat, ipproċessat, maħżun u trasportat mill-post tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid.

2. Iċ-ċifra li tirriżulta mill-użin għandha tintuża biex jiġu kompletati d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, in-noti tal-bejgħ u d-dikjarazzjonijiet tal-akkwist.

3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art diment li l-ħut ma setax jintiżen mal-ħatt l-art u diment li dan jiġi trasportat lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru li mhuwiex aktar minn 20 kilometri ‘l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jistgħu jitolbu li kwalunkwe kwantità tal-ħut li tinħatt għall-ewwel darba f’dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta’ uffiċjali qabel ma tiġi trasportata band’oħra mill-post tal-ħatt l-art.

Artikolu 54 Noti tal-bejgħ

1. Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.

2. Fejn l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd ma ssirx fl-Istat Membru fejn il-prodotti nħattu l-art, l-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-ħatt l-art tal-prodotti konċernati u lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment fi żmien sagħtejn minn meta jirċievi n-nota tal-bejgħ.

3. Fejn nota tal-bejgħ ma tikkorrispondix mal-fattura jew ma’ dokument li jissostitwiha, l-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-prezz eskluża t-taxxa għall-kunsinna tal-oġġetti lix-xerrej tkun identika għal dik indikata fuq il-fattura.

Artikolu 55 Kontenut tan-noti tal-bejgħ

In-noti tal-bejgħ imsemmija fl-Artikolu 54 għandu jkun fihom bħala minimu d-dejta li ġejja:

a) in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità u l-isem tal-bastiment tas-sajd li ħatt l-art il-prodotti konċernati;

b) il-port u d-data tal-ħatt l-art;

c) l-isem tas-sid jew tal-kaptan tal-bastiment u, jekk differenti, l-isem tal-bejjiegħ;

d) l-isem tax-xerrej u n-numru tal-VAT tiegħu;

e) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta’ kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espress f’subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

f) għall-ispeċijiet kollha suġġetti għall-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni kif xieraq, id-daqs individwali jew il-piż, grad, preżentazzjon u freskezza;

g) fejn xieraq, id-destinazzjoni tal-prodotti li tneħħew mis-suq (trasferiment, użu għall-għalf tal-annimali, għall-produzzjoni tat-tħin għall-għalf tal-annimali, għal-lixk jew għal skopijiet oħra minbarra ta’ ikel);

h) il-post u d-data tal-bejgħ;

i) fejn possibbli, in-numru ta’ referenza u d-data tal-fattura u fejn xieraq, il-kuntratt tal-bejgħ;

j) fejn applikabbli, referenza għad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 58.

Artikolu 56 Eżenzjonijiet mir-rekwiżiti tan-noti tal-bejgħ

1. Il-Kummissjoni, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111, tista’ tagħti eżenzjoni mill-obbligu ta’ sottomissjoni ta’ nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi awtorizzati oħra tal-Istat Membru għall-prodotti tas-sajd li nħattu l-art minn ċertu kategoriji ta’ bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għandhom tul ta’ mhux aktar minn 10 metri jew għal kwantitajiet li nħattu l-art ta’ prodotti tas-sajd li ma jeċċedux 50 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj għal kull speċi. It-tali eżenzjonijiet jistgħu jingħataw biss f’każijiet fejn l-Istat Membru konċernat ikun stabbilixxa sistema ta’ teħid ta’ kampjuni aċċettabbli, skont l-Artikoli 16 u 22.

2. Xerrej li jakkwista prodotti sa ammont ta’ 15 kg li minn dakinhar ma jitpoġġewx fis-suq iżda jintużaw biss għall-konsum privat għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tal-Artikoli 54 u 55.

Artikolu 57 Dikjarazzjoni ta’ akkwist

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, fejn il-prodotti huma maħsuba għall-bejgħ fi stadju aktar tard, għandha tiġi sottomessa dikjarazzjoni ta’ akkwist, possibbilment permezz ta’ mezzi elettroniċi, kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn sagħten wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art, lill-awtoritajiet kompetenti jew lil korpi awtorizzati oħra tal-Istat Membru fejn isir akkwist. Is-sottomissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ akkwist u l-akkuratezza tagħha huma r-responsabbiltà tad-detentur ta’ din id-dikjarazzjoni.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ akkwist imsemmija fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

a) in-numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità u l-isem tal-bastiment tas-sajd li ħatt l-art il-prodotti konċernati;

b) l-isem tas-sid jew il-kaptan tal-bastiment;

c) l-isem rilevanti jew il-kodiċi alfa tal-FAO ta’ kull speċi u l-oriġini ġeografika tagħha espressa f’subżona u diviżjoni jew sub-diviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità;

d) il-piż ta’ kull speċi, maqsum għal kull tip ta’ preżentazzjoni tal-prodotti;

e) il-port u d-data tal-ħatt l-art;

f) l-isem u l-indirizz tal-faċilitajiet fejn il-prodotti huma maħżuna;

g) fejn applikabbli, referenza għad-dokument tat-trasport speċifikat fl-Artikolu 58.

Artikolu 58 Dokument tat-trasport

1. Il-prodotti tas-sajd li jinħattu l-art fil-Komunità, jew mhux ipproċessati inkella wara li ġew ipproċessati abbord, li jiġu trasportati lejn post differenti minn dak tal-ħatt l-art, għandhom jiġu akkumpanjati minn dokument ippreparat mit-trasportatur sakemm isir l-ewwel bejgħ. It-trasportatur għandu jissottometti, jekk possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, fi żmien 24 siegħa mill-ħatt l-art, dokument tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu sar l-ħatt l-art.

2. Fil-każ li l-prodotti jiġu trasportati lejn Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-ħatt l-art, it-trasportatur għandu jittrażmetti wkoll fi żmien 24 siegħa wara l-ħatt l-art tal-prodotti tas-sajd kopja tad-dokument tat-trasport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie dikjarat li saret l-ewwel kummerċjalizzazzjoni. L-Istat Membru li fih isir l-ewwel bejgħ fis-suq jista' jitlob aktar informazzjoni dwar dan mill-Istat Membru li fih isir il-ħatt l-art.

3. It-trasportatur għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-dokument.

4. Id-dokument tat-trasport għandu jindika:

a) il-post tad-destinazzjoni tal-konsenja(i) u l-identità tal-vettura tat-trasport;

b) l-isem u r-reġistru tal-flotta tal-Komunità tal-bastiment tas-sajd li ħatt l-art il-prodotti;

c) il-kwantitajiet tal-ħut ta’ kull speċi trasportata f’kilogrammi ta’ piż ipproċessat jew mhux ipproċessat, l-isem (ismijiet) u l-indirizz(i) tad-destinatarju(i), il-post u d-data tal-ħatt l-art u l-oriġini ġeografika ta’ kull speċi, espressa b’referenza għal subżona u diviżjoni jew subdiviżjoni li fiha japplikaw limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-obbligazjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk il-prodotti tas-sajd jiġu trasportati fi ħdan żona ta’ port jew mhux aktar bogħod minn 20 kilometru mill-post tal-ħatt l-art.

6. Fejn il-prodotti tas-sajd li ġew dikjarati bħala mibjugħin f’nota tal-bejgħ jiġu trasportati għal post differenti minn dak tal-ħatt l-art, it-trasportatur għandu jkun jista’ juri permezz ta’ dokument li tkun saret tranżazzjoni tal-bejgħ.

Kapitolu IIIOrganizzazzjonijiet tal-Produtturi u Arranġamenti dwar il-Prezzijiet u Intervenzjonijiet

Artikolu 59 Monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1. Skont l-Artikolu 6 (1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, l-Istati Membri għandhom jagħmlu verifiki f’intervalli regolari biex jiżguraw li

a) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent;

b) ir-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni tal-produtturi tista tiġi rtirata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 m’għadhomx jiġu sodisfatti jew jekk ir-rikonoxximenti huwa bbażat fuq informazzjoni żbaljata;

c) ir-rikonoxximent jiġi rtirat immedjatament u retroattivament jekk l-organizzazzjoni tikseb jew tibbenefika mir-rikonoxximent b’mezzi qarrieqa.

2. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 (1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki u fid-dawl tat-tali verifiki tista’, fejn xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent.

3. Kull Stat Membru għandu jagħmel il-verifiki xierqa biex jiżgura li kull waħda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tissodisfa l-obbligi stabbiliti fil-programm operattiv għas-sena tas-sajd konċernata, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 2508/2000 u għandu japplika s-sanzjonijiet li hemm provvediment għalihom fl-Artikolu 9 (3) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 fil-każ li dawk l-obbligazzjonijiet ma jiġux sodisfatti.

Artikolu 60 Monitoraġġ tal-arranġamenti tal-prezzijiet u ta’ intervenzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-verifiki kollha dwar l-arranġamenti tal-prezzijiet u ta’ intervenzjoni, b’mod partikolari:

(a) l-irtirar tal-prodotti mis-suq għal skopijiet oħra minbarra l-konsum uman;

(b) l-operazzjonijiet ta’ trasferiment għall-istabbilizzazzjoni, il-ħażna u/jew l-ipproċessar tal-prodotti rtirati mis-suq;

(c) il-ħażna privata ta’ prodotti ffriżati fuq il-baħar;

(d) il-konċessjonijiet kompensatorji għat-tonn maħsub għall-ipproċessar.

TITOLU VISORVELJANZA

Artikolu 61 Avvistamenti fuq il-baħar mill-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-ilmijiet marittimi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, fuq il-bażi ta’

(a) avvistamenti ta’ bastimenti tas-sajd minn bastimenti ta’ spezzjoni jew inġenji tal-ajru tas-sorveljanza,

(b) is-Sistema ta’ Rilevament tal-Bastimenti msemmija fl-Artikolu 11.

2. Jekk l-avvistament jew ir-rilevament ma jikkorrispondix mal-informazzjoni disponibbli għall-Istat Membru, dan għandu jmexxi kwalunkwe investigazzjonijiet neċessarji biex jiddetermina l-azzjoni ta’ segwitu xierqa.

3. Jekk l-avvistament jew ir-rilevament jirreferi għal bastiment tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz u l-informazzjoni ma tikkorrispondi għall-ebda informazzjoni oħra disponibbli għall-Istat Membru kostali u jekk dak l-Istat Membru kostali mhuwiex f’pożizzjoni li jieħu aktar azzjoni, dan għandu jirreġistra l-iskoperti tiegħu f’rapport ta’ sorveljanza u għandu jittrażmetti dak ir-rapport mingħajr dewmien, jekk possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-Istat Membru tal-bandiera, jew lill-pajjiżi terzi konċernati. Fil-każ ta’ bastiment ta’ pajjiż terz, ir-rapport tas-sorveljanza għandu jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni jew lil korp deżinjat minnha.

4. Fil-każ li uffiċjal ta’ Stat Membru javvista jew jirrileva bastiment tas-sajd involut f’attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħala infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, dan għandu mingħajr dewmien joħroġ rapport ta’ sorveljanza u jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom

5. Il-forma tar-rapport ta’ sorveljanza għandha tiġi determinata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 62 Azzjoni li għandha tittieħed mar-riċeviment ta’ informazzjoni dwar avvistamenti jew rilevamenti

1. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom, malli jirċievu r-rapport ta’ sorveljanza minn Stat Membru ieħor, jieħdu azzjoni immedjata fuqu u jagħmlu aktar investigazzjonijiet kif meħtieġ biex ikunu jistgħu jiddeterminaw l-azzjoni ta’ segwitu xierqa.

2. L-Istati Membri minbarra l-Istat Membru tal-bandiera għandhom, fejn xieraq, jivverifikaw jekk il-bastiment avvistat rapportat wettaqx xi attivitajiet fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni jew is-sovranità tagħhom jew jekk il-prodotti tas-sajd li ġew minn dak il-bastiment inħattux l-art jew ġewx importati fit-territorju tagħhom u għandhom jinvestigaw ir-riżultati mgħoddija rigward il-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni rilevanti.

3. L-Istati Membri tal-bandiera, Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha għandhom jeżaminaw ukoll l-informazzjoni dokumentata b’mod xieraq dwar il-bastimenti avvistati, sottomessa minn ċittadini individwali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż organizzazzjonijiet ambjentali, kif ukoll rappreżentanti tal-partijiet interessati tas-sajd jew tal-kummerċ fil-ħut.

Artikolu 63 Osservaturi

1. L-osservaturi abbord il-bastimenti għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-bastiment tas-sajd mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom jimplimentaw il-kompiti kollha ta’ skema ta’ osservaturi u b’mod partikolari jivverifikaw u jirreġistraw l-attivitajiet tas-sajd u d-dokumenti rilevanti tal-bastiment.

2. L-osservaturi għandhom ikunu kwalifikati u esperjenzati għall-kompiti tagħhom. Għandhom ikunu indipendenti mis-sid, il-kaptan tal-bastiment u kwalunkwe membru tal-ekwipaġġ. M’għandhomx ikunu membru tal-ekwipaġġ tal-bastiment.

3. Safejn possibbli l-osservaturi għandhom jiżguraw li l-preżenza tagħhom abbord il-bastimenti tas-sajd ma twaqqafx jew tinterferix mal-attivitajiet tas-sajd u l-operazzjonijiet normali tal-bastiment.

4. L-osservaturi għandhom jippreparaw rapport ta’ sorveljanza u jibgħatuh lill-awtoritajiet tagħhom u/jew lill-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera. L-Istati Membri għandhom idaħħlu r-rapport fid-database imsemmija fl-Artikolu 69.

5. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jipprovdu l-akkommodazzjoni xierqa għall-osservaturi assenjati, jiffaċilitaw ix-xogħol tagħhom u jevitaw li jinterferixxu mat-twettiq ta’ dmirijiethom. Il-kaptani għandhom jipprovdu lill-osservaturi b’aċċess għall-partijiet rilevanti tal-bastiment, inkluż il-qabda, u għad-dokumenti tal-bastiment inklużi l-fajls elettroniċi.

6. L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-osservaturi taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri tal-bandiera. L-Istati Membri jistgħu jiddebitaw dawn l-ispejjeż, parzjalment jew kompletament, lill-operaturi tal-bastimenti li qed itajru l-bnadar tagħhom u li huma involuti fis-sajd rilevanti.

7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 64 Ammissibilità tar-rapporti ta’ sorveljanza

Ir-rapporti ta’ sorveljanza ppreparati minn persuni awtorizzati minn awtoritajiet nazzjonali u tal-Komunità biex jagħmlu sorveljanza għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fil-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ kwalunkwe Stat Membru. Għall-istabbiliment tal-fatti, dawn għandhom jiġu ttrattati ugwalment bħar-rapporti ta’ sorveljanza ta’ uffiċjali tal-Istat Membru fejn saru l-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji. Azzjoni ta’ segwitu xierqa għandha tittieħed fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti.

TITOLU VIISPEZZJONI

Kapitolu IDispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 65 Tmexxija tal-ispezzjonijet

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata lista ta’ uffiċjali responsabbli biex jagħmlu l-ispezzjonijiet.

2. L-uffiċjali għandhom jaqdu dmirijiethom skont il-liġi tal-Komunità. Dawn għandhom jmexxu l-ispezzjonijiet b’mod indiskriminatorju fuq il-baħar, fil-portijiet, matul it-trasport, fuq il-postijiet tal-ipproċessar u matul il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut.

2. L-uffiċjali għandhom jivverifikaw b’mod partikolari

a) il-legalità tal-qabda li qed tinżamm abbord, maħżuna, trasportata, ipproċessata jew kummerċjata u l-akkuratezza tad-dokumentazzjoni relata magħha;

b) il-legalità tal-irkaptu tas-sajd użat għall-ispeċijiet fil-mira u għall-qabdiet miżmuma abbord;

c) jekk xieraq, pjan ta’ stivar u stivar separat tal-ispeċijiet u

d) l-immarkar ta’ rkaptu passiv.

3. L-uffiċjali għandhom jeżaminaw iż-żoni rilevanti kollha, il-gverta u l-kmamar fejn il-prodotti tas-sajd jiġu maqbuda, maħżuna, trasportati, proċessati jew kummerċjati. Dawn għandhom jeżaminaw ukoll il-qabdiet, humiex ipproċessati jew le, ix-xbieki jew l-irkaptu l-ieħor, it-tagħmir, il-kontenituri u l-pakketti li fihom il-ħut jew il-prodotti tas-sajd u kwalunkwe dokumenti rileventi li jqisu neċessarji biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dawn jistgħu wkoll jistaqsu persuni li jaħsbu li għandhom l-informazzjoni dwar il-kwistjoni li hija s-suġġett tal-ispezzjoni.

4. L-uffiċjali għandhom imexxu l-ispezzjonijiet b’tali mod li jikkawża l-inqas tfixkil jew inkonvenjenza lill-bastiment jew lill-vettura tat-trasport u l-attivitajiet tiegħu, u lill-ħażna, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qabda. Dawn sejrin, safejn possibbli, jevitaw kwalunkwe degradazzjoni tal-qabda matul l-ispezzjoni.

5. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari dwar il-metodoloġija u t-tmexxija tal-ispezzjoni, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 66 Dmirijiet tal-operatur

L-operatur għandu jiffaċilita l-aċċess sikur għall-bastiment, il-vettura tat-trasport jew il-kamra fejn il-prodotti tas-sajd huma maħżuna, ipproċessati jew kummerċjati. Dan għandu jiżgura s-sikurezza tal-uffiċjali u m’għandux iwaqqaf, jintimida jew jinterferixxi mal-uffiċjali waqt li qed jagħmlu dmirijiethom.

Artikolu 67 Rapport tal-ispezzjoni

1. L-uffiċjali għandhom jippreparaw rapport tal-ispezzjoni wara kull spezzjoni u għandhom jibgħatuh lill-awtoritajiet tagħhom. Fil-każ ta’ spezzjoni ta’ bastiment tas-sajd li qed itajjar bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz, għandha tintbagħat mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Istat Membru tal-bandiera jew lill-awtoritajiet tal-pajjiż terz konċernat. Fil-każ ta’ spezzjoni li ssir fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membri ieħor, għandha tintbagħat mingħajr dewmien kopja tar-rapport tal-ispezzjoni li dak l-Istat Membru.

2. L-uffiċjali għandhom jiffirmaw ir-rapport tagħhom fil-preżenza tal-operatur, li għandu jiffirmah ukoll u li għandu jkollu dritt iżid fih kwalunkwe kumment. L-uffiċjali għandhom jindikaw fil-ġurnal ta’ abbord li saret spezzjoni.

3. Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu.

Artikolu 68 Ammissibilità tar-rapporti ta’ spezzjoni

Ir-rapporti ta’ spezzjoni ppreparati minn persuni awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali u tal-Komunità għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fil-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ kwalunkwe Stat Membru. Fl-istabbiliment tal-fatti dawn għandhom jiġu ttrattati b’mod ugwali bħar-rapport ta’ spezzjoni ta’ uffiċjali tal-Istat Membru fejn qed isiru l-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji u tista’ tittieħed l-azzjoni ta’ infurzar xierqa fuq il-bażi ta’ dawk ir-rapporti.

Artikolu 69 Database elettronika

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata database elettronika fejn jistgħu itellgħu r-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza kollha ppreparati mill-uffiċjali tagħhom.

Artikolu 70 Spetturi tal-Komunità

1. Għandha tiġi stabbilita lista ta’ spetturi tal-Komunità mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111. L-ispetturi tal-Komunità għandhom ikunu uffiċjali ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija.

2. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri kostali, l-ispetturi Komunitarji għandhom imexxu l-ispezzjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament fuq it-territorju tal-Istati Membri, fl-ilmijiet tal-Komunità u fuq bastimenti tas-sajd tal-Komunità ‘l barra mill-ilmijiet Komunitarji.

3. L-ispetturi tal-Komunità jistgħu jkunu assenjati għal

a) l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni tal-Komunità adottati f’konformità mal-Artikolu 87;

b) il-programmi internazzjonali għall-kontroll tas-sajd, fejn il-Komunità għandha obbligu li tipprovdi għall-kontrolli.

4. L-ispetturi tal-Komunità għandhom ikollhom l-istess setgħat bħall-ispetturi nazzjonali. Waqt li jkunu qed jeżegwixxu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, l-ispetturi tal-Komunità għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Komunità u mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun qed isir l-ispezzjoni.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Kapitolu IISpezzjonijiet ‘il barra mill-ilmijiet jew it-territorju tal-Istat Membru li qed jispezzjona

Artikolu 71 Spezzjonijiet ta’ bastimenti ‘l barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru li qed jispezzjona

1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità primarja tal-Istat Membru kostali, Stat Membru jista’ jispezzjona bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tiegħu fl-ilmijiet tal-Komunità.

2. Stat Membru jista’ jagħmel spezzjonijiet fuq bastiment tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor skont dan ir-Regolament relatati ma’ attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet kollha tal-Komunità:

a) wara awtorizzazzjoni mill-Istat Membru kostali konċernat, jew

b) fejn programmi ta’ azzjoni Komunitarji speċifiċi ta’ kontroll ġew adottati f’konformità mal-Artikolu 87.

3. Stat Membru jista’ jispezzjona bastimenti tas-sajd tal-Komunità li qed itajju l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor f’ilmijiet internazzjonali.

4. Stat Membru jista’ jispezzjona bastimenti tas-sajd tal-Komunità li qed itajru l-bandiera tiegħu stess jew il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ ftehimiet internazzjonali.

5. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità kompetenti li għandha taġixxi bħala l-punt tal-kuntatt għall-iskop ta’ dan l-Artikolu. Il-punt tal-kuntatt tal-Istati Membri għandu jkun disponibbli 24 siegħa kuljum.

Artikolu 72 Talbiet għall-awtorizzazzjoni

1. Talbiet għall-awtorizzazzjoni minn Stat Membru biex imexxi spezzjonijiet fuq bastiment tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità ‘il barra mill-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 71(2)(a), għandhom jiġu deċiżi mill-Istat Membru kostali konċernat fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tat-talba jew fi żmien xieraq fejn ir-raġuni għat-talba hija l-insegwiment lilhinn mill-fruntiera li jkun beda fl-ilmijiet tal-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni.

2. L-Istat Membru li qed jagħmel it-talba għandu jiġi informat bid-deċiżjoni mingħajr dewmien. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-Kummissjoni jew lill-korp deżinjat minnha.

3. Talbiet għall-awtorizzazzjoniijiet għandhom jiġu miċħuda kompletament jew parzjalment biss safejn huwa neċessarju għas-sigurtà nazzjonali. Ċaħdiet u r-raġunijiet għalihom għandhom jintbagħtu mingħajr dewmien lill-Istat Membru li għamel it-talba u lill-Kummissjoni jew il-port deżinjat minnha.

Artikolu 73 Spezzjonijiet ‘il barra mit-territorju tal-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni

Stat Membru jista’ jagħmel spezzjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor:

a) wara l-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru konċernat, jew

b) fejn programmi ta’ azzjoni Komunitarji speċifiċi ta’ kontroll ġew adottati f’konformità mal-Artikolu 87.

Kapitolu IIIInfrazzjonijiet rilevati matul l-ispezzjonijiet

Artikolu 74 Proċedura fil-każ ta’ infrazzjoni

Jekk l-informazzjoni miġbura matul spezzjoni twassal l-uffiċjal biex jemmen li saret infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, dan għandu:

a) jinnota l-infrazzjoni suspetta fir-rapport tal-ispezzjoni;

b) jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex jiżgura li l-evidenza li għandha x’taqsam mat-tali infrazzjoni suspetta tinżamm sikura;

c) jibgħat immedjatament ir-rapport tal-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tiegħu/tagħha;

d) jinforma lill-persuna naturali suspettata li għamlet it-tali infrazzjoni jew li nqabdet fl-att ta’ infrazzjoni, li l-infrazzjoni għandha tinvolvi l-assenjament tal-punti penali xierqa skont l-Artikolu 84. Dan għandu jiġi nnotat fir-rapport tal-ispezzjoni.

Artikolu 75 Infrazzjonijiet rilevati ‘l barra mill-ilmijiet tal-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni

Jekk infrazzjoni tiġi rilevata bħala riżultat ta’ spezzjoni li ssir skont l-Artikolu 71(2), l-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni għandu immedjatament jissottometti rapport sommarju tal-ispezzjoni lill-Istat Membru kostali. Ir-rapport tal-ispezzjoni sħiħ għandu jiġi sottomess lill-Istat kostali jew tal-bandiera fi żmien sebat ijiem mill-ħin tal-ispezzjoni.

Artikolu 76 Azzjoni msaħħa ta’ segwitu f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti infrazzjonijiet serji

1. L-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru kostali li fl-ilmijiet tiegħu hemm bastiment li huwa ssuspettat li:

a) irreġistrata b’mod inkorrett qabdiet ta’ aktar minn 500 kilogrammi jew 10%, ikkalkulati bħala perċentwal taċ-ċifri fil-ġurnal ta’ abbord, skont liema huwa l-akbar jew li

b) għamel kwalunkwe mill-infrazzjonijiet serji msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 fi żmien sena minn meta ikkommetta l-ewwel infrazzjoni serja,

għandu jesiġi li l-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port għal investigazzjoni sħiħa, flimkien mal-miżuri msemmija fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

2. L-Istat Membru kostali għandu immedjatament u skont il-proċeduri tiegħu taħt il-liġi nazzjonali, jinnotifika lill-Istat Membru tal-bandiera dwar l-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-ispetturi jistgħu jibqgħu abbord ta’ bastiment tas-sajd sakemm issir l-investigazzjoni sħiħa msemmija fil-paragrafu 1.

4. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jieqaf mill-attivitajiet tas-sajd kollha u jipproċedi lejn il-port kif mitlub.

Kapitolu IVProsekuzzjoni tal-infrazzjonijiet rilevati matul l-ispezzjonijiet

Artikolu 77 Prosekuzzjoni

Fejn infrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tiġi skoperta mill-awtoritajiet kompetenti matul spezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa skont it-Titolu VIII kontra l-kaptan tal-bastiment involut jew kontra kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-infrazzjoni.

Artikolu 78 Trasferiment tal-prosekuzzjoni

L-Istat Membru li qed jagħmel l-ispezzjoni jista’ wkoll jittrasferixxi l-prosekuzzjoni tal-infrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jew l-Istat Membru tar-reġistrazzjoni jew l-Istat Membru li t-trażgressur huwa ċittadin tiegħu diment li dan isir, bil-ftehim tal-Istat Membru tal-aħħar u bil-kondizzjoni li t-trasferiment għandu aktar ċans li jikseb ir-riżultat imsemmi fl-Artikolu 81(2).

Artikolu 79 Infrazzjoni rilevata mill-ispetturi tal-Komunità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji biex iħarrku kwalunkwe infrazzjoni li spettur tal-Komunità skopra fit-territorju tagħhom, fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, jew fuq bastiment li qed itajjar il-bandiera tagħhom.

Artikolu 80 Miżuri korrettivi fl-assenza ta’ prosekuzzjoni mill-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord

1. Jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord mhuwiex l-Istat Membru tal-bandiera u l-awtoritajiet kompetenti tiegħu ma jiħdux il-miżuri xierqa kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli, jew ma jittrasferux il-prosekuzzjoni skont l-Artikolu 78, il-kwantitajiet li jinħattu l-art jew jiġu trażbordata illegalment jistgħu jitnaqqsu mill-kwota allokata lill-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord.

2. Il-kwantitajiet ta’ ħut li għandhom jitnaqqsu mill-kowta tal-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord għandhom jiġu ffissati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111 wara li l-Kummissjoni tikkonsulta maż-żewġ Stati Membri konċernati.

3. Jekk l-Istat Membru tal-ħatt l-art jew tat-trażbord m’għadx għandu kwota korrispondenti disponibbli, għandu japplika l-Artikolu 28. Għal dak l-għan il-kwantitajiet ta’ ħut li jinħattu l-art jew jiġu trażbordati illegalment għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-ammont tal-preġudizzju li sofra, kif imsemmi f’dak l-Artikolu, l-Istat Membru tal-bandiera.

TITOLU VIIIINFURZAR

Artikolu 81 Miżuri biex tiġi żgurata l-konformità

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri xierqa b’mod sistematiku, inkluż azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali suspettati li kisru kwalunkwe mir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2. Il-proċedimenti inizjati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu kapaċi, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, li jwaqqfu b’mod effettiv lil dawk responsabbli milli jibbenefikaw ekonomikament mill-infrazzjonijiet u jipproduċu riżultati proporzjonali għas-serjetà tat-tali infrazzjonijiet, li b’hekk jaġixxu ta’ deterrent effettiv ta’ aktar offiżi tal-istess tip.

3. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema fejn multa tkun proporzjonali mal-fatturat tal-persuna ġuridika, inkella għall-vantaġġ finanzjarju miksub jew previst mit-twettiq tal-infrazzjoni serja.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li għandhom ġurisdizzjoni fil-każ ta’ infrazzjoni għandhom, mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tagħhom taħt il-liġi nazzjonali, jinnotifikaw lill-Istati Membri tal-bandiera, l-Istat Membru li t-trasgressur huwa ċittadin tiegħu, jew kwalunkwe Stat Membru ieħor li għandu interess fl-insegwiment tal-infrazzjoni, il-proċedimenti kriminali jew amministrattivi jew miżuri oħra meħuda u kwalunkwe deċiżjoni definittiva relatata mat-tali infrazzjoni, inkluż l-għadd ta’ punti assenjati.

Artikolu 82 Sanzjonijiet għal infrazzjonijiet serji

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun ikkastigata permezz ta’ sanzjonijiet amministrattivi effikaċi, proporzjonali u disważivi, skont is-serje ta’ sanzjonijiet u miżuri li hemm provvediment għalihom fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

2. Barra dan, għall-infrazzjonijiet serji kollha li l-livell tagħhom ma jistax jiġi konness mal-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba permezz tal-infrazzjoni serja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun kastigata permezz ta’ multa amministrattiva tal-anqas ta’ 5 000 EUR u mhux aktar minn 300 000 EUR għal kull infrazzjoni serja. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiġi notifikat immedjatament dwar is-sanzjoni imposta.

3. Fil-każ ta’ infrazzjoni serja ripetuta fi żmien ta’ 5 snin, l-Istat Membru għandu jimponi multa amministrattiva ta’ mil-lanqas 10 000 EUR u mhux aktar minn 600 000 EUR.

4. Meta qed jiffissaw l-ammont tal-multi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll il-valur tal-preġudizzju għar-riżorsi tas-sajd u l-ambjent tal-baħar konċernat.

5. L-Istati Membri li fihom ma gietx adottata l-Euro għandhom japplikaw ir-rata ta' kambju tas-suq bejn l-Euro u l-valuta tagħhom kif ippubblikat fil-jum ta’ qabel tal-aħħar tax-xahar ta’ qabel dak li fih tiġi imposta l-multa amministrattiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

6. L-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw sanzjonijiet kriminali effikaċi, proporzjonali u disważivi.

7. Is-sanzjonijiet li hemm provvediment għalihom f’dan il-Kapitolu jistgħu jiġu akkompanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħra, b’mod partikolari dawk deskritti fl-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008.

Artikolu 83 Miżuri ta’ infurzar immedjat

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri immedjati biex jipprevjenu bastimenti, persuni naturali jew ġuridiċi li jinstabu in flagrante delicto waqt li qed jikkomettu infrazzjoni serja, kif definit fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 milli jkomplu jagħmlu dan.

Artikolu 84 Sistema ta’ punti penali

1. L-Istati Membri għandhom japplikaw sistema ta’ punti penali li fuq il-bażi tagħha s-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd jirċievi punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

2. Meta persuna naturali tikkommetti jew persuna legali tinżamm responsabbli għal infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għadd xieraq ta’ punti għandu jiġi assenjat lis-sid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd bħala riżultat tal-infrazzjoni. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollu d-dritt li jirrivedi l-proċedimenti skont il-liġi nazzjonali.

3. Meta l-għadd totali ta’ punti penali jkun ekwivalenti għal jew jaqbeż l-għadd speċifikat ta’ punti, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi sospiża awtomatikament għal perjodu ta’ mhux inqas minn sitt xhur. Dak il-perjodu għandu jkun ta’ sena jekk l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi sospiża għat-tieni darba bħala konsegwenza tal-assenjazzjoni lis-sid tal-permess tal-għadd speċifikat ta’ punti. Fil-każ li s-sid jiġi assenjat l-għadd speċifikat ta’ punti għat-tielet darba, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tiġi rtirata għal dejjem.

4. Fil-każ ta’ infrazzjoni serja, il-punti penali assenjati għandhom ikunu tal-anqas ugwali għal nofs il-punti msemmija fil-paragrafu 3.

5. Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni tas-sajd sospiża ma jikkommettix infrazzjoni oħra, fi żmien tliet snin mid-data tal-aħħar infrazzjoni, il-punti kollha fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jitħassru.

6. Id-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

7. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu wkoll sistema ta’ punti penali li taħtha l-kaptan u l-uffiċjali ta’ bastiment jirċievu punti penali xierqa bħala riżultat ta’ infrazzjoni kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd komessa minnhom.

Artikolu 85 Reġistri nazzjonali tal-infrazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw f’database nazzjonali l-infrazzjonijiet kollha kontra r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom, inkluż is-sanzjonijiet li jeħlu u l-għadd ta’ punti assenjati. Infrazzjonijiet minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew miċ-ċittadini tagħhom li jiġu mħarrka fi Stati Membri oħra wkoll għandhom jiġu reġistrati mill-Istati Membri fid-database nazzjonali tagħhom dwar l-infrazzjonijiet, malli jiġu notifikati dwar id-deċiżjoni definittiva mill-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 82.

2. Meta jkunu qed iħarrku fil-każ ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-Istati Membri għandhom jitolbu sistematikament lil Stati Membri oħra biex jipprovdu l-informazzjoni fid-databases nazzjonali tagħhom, fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni suspettati li kkommettew l-infrazzjoni konċernata jew li nqabdu fl-att tal-infrazzjoni konċernata.

3. Meta Stat Membru jitlob informazzjoni minn Stat Membru ieħor relatata mal-prosekuzzjoni ta’ infrazzjoni, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jipprovdi l-informazzjoni rilevanti fuq il-bastiment tas-sajd u l-persuni konċernati.

TITOLU IXPROGRAMMI TA’ KONTROLL

Artikolu 86 Programmi komuni ta’ kontroll

L-Istati Membru jistgħu jmexxu, bejniethom u fuq l-inizjattiva tagħhom, programmi ta’ monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza li għandhom x’jaqsmu mal-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 87 Programmi Komunitarji ta’ azzjoni tal-kontroll speċifiċi

1. Il-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111 u flimkien mal-Istati Membri konċernati tista’ tiddetermina liema sajd huwa suġġett għal programmi Komunitarji ta’ azzjoni tal-kontroll speċifiċi.

2. Il-programmi Komunitarji ta’ azzjoni ta’ kontroll speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiddikjaraw l-għanijiet, il-prijoritajiet u l-proċeduri kif ukoll il-punti ta’ riferiment għall-attivitajiet ta’ spezzjoni. It-tali punti ta’ riferiment għandhom jiġu riveduti perjodikament wara li ssir analiżi tar-riżultati miksuba.

3. Meta pjan multiannwali jidħol fis-seħħ u qabel ma jsir applikabbli programm Komunitarju ta’ azzjoni ta’ kontroll speċifiku, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta’ riferiment ta’ mira bbażati fuq il-ġestjoni tar-riskju għall-attivitajiet ta’ spezzjoni.

4. L-Istati Membri konċernati għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji ta’ azzjoni ta’ kontroll speċifiċi, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi umani u materjali u l-perjodi u ż-żoni fejn iridu jiġu mobilizzati.

Titolu XEvalwazzjoni, ġestjoni u kontroll mill-Kummissjoni

Artikolu 88 Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla u tevalwa l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri permezz tal-eżaminazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u permezz ta’ żjarat u spezzjonijiet fuq il-post u għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom. Għal dan l-għan il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha u permezz tal-mezzi tagħha, tibda u tagħmel investigazzjonijiet, verifiki u spezzjonijiet. Tista’ b’mod partikolari tivverifika:

a) l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

b) l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd fl-ilmijiet ta’ pajjiż terz skont ftehim internazzjonali ma’ dak il-pajjiż;

c) il-konformità tal-prattiki amministrattivi nazzjonali u l-attivitajiet ta’ spezzjoni u sorveljanza mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd;

d) l-eżistenza tad-dokumenti meħtieġa u l-kompatibbiltà tagħhom mar-regoli applikabbli;

e) iċ-ċirkustanza li fihom isiru l-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri;

f) ir-rilevament u l-prosekuzzjoni tal-infrazzjonijiet;

g) il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha toħroġ struzzjonijiet bil-miktub għall-ispetturi tagħha li jindikaw l-awtorità tagħhom u l-għanijiet tal-missjoni tagħhom.

Artikolu 89 Verifiki programmati

1. Kull meta jitqies neċessarju mill-Kummissjoni, l-uffiċjali tagħha jistgħu jkunu preżenti matul l-attivitajiet tal-kontroll li jsiru mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll. Fil-kuntest ta’ dawn il-missjonijiet, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kuntatti xierqa mal-Istati Membri bl-għan li, fejn possibbli, tistabbilixxi programm tal-kontroll reċiprokament aċċettabli.

2. Jekk l-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni previsti fil-kuntest tal-programm inizzjali ta’ kontroll u ta’ spezzjoni ma jistgħux isiru għal raġunijiet fattwali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni, flimkien ma’ u bi ftehim mal-awtorijiet kompetenti tal-Istat Membru konċernat, għandhom jimmodifikaw il-programmi inizzjali ta’ kontroll u ta’ spezzjoni.

3. Kull fejn l-uffiċjali tal-Kummissjoni jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fl-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom, l-Istati Membri konċernati għandhom jipprovdi lill-Kummissjoni bil-mezzi biex twettaq il-kompitu tagħha u għandhom jagħtu lill-uffiċjali l-opportunità biex jevalwaw l-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni speċifiċi. L-Istati Membri b’mod partikolari għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiżguraw li l-missjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni ma jkunux suġġetti għall-pubbliċità li tagħmel ħsara lill-operazzjonijiet ta’ kontroll u ta’ spezzjoni.

4. Fil-każ ta’ kontrolli u spezzjonijiet fuq il-baħar jew mill-ajru, il-kaptan tal-bastiment jew tal-inġenju tal-ajru biss għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet. Fl-eżerċitazzjoni tal-kmand tiegħu għandu jikkunsidra l-programm ta’ kontroll u ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 1.

5. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel arranġament għall-uffiċjali tagħha li qed iżuru Stat Membru biex jiġu akkompanjati minn uffiċjal wieħed jew aktar minn Stat Membru ieħor bħala osservaturi. Fuq it-talba tal-Kummissjoni l-Istat Membru li qed jibgħat l-uffiċjali tiegħu għandu jinnomina, anki jekk fi żmien qasir, l-uffiċjali nazzjonali magħżula bħala osservaturi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippreparaw lista ta’ uffiċjali nazzjonali li l-Kummissjoni tista’ tistedinhom biex ikunu preżenti matul it-tali kontrolli u spezzjonijiet. Il-Kummissjoni tista’ tistieden uffiċjali nazzjonali inklużi f’dik il-lista jew dawk notifikati lill-Kummissjoni kif jidhrilha xieraq. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tqiegħed il-lista għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri kollha.

Artikolu 90 Verifiki awtonomi

1. L-ispetturi tal-Kummissjoni jistgħu, fil-kuntest ta’ verifika mingħajr notifika minn qabel, imexxu osservazzjonijiet fuq l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Matul l-osservazzjonijiet tagħhom, l-uffiċjali tal-Kummssjoni, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Komunità applikabbli, u f’konformità mar-regoli tal-proċedura li hemm provvediment għalihom fil-liġijiet tal-Istati Membri konċernati, għandhom ikollhom aċċess għall-fajls u d-dokumenti rilevanti u għall-postijiet pubbliċi, il-bastimenti u l-postijiet privati, l-art u l-mezzi tat-trasport fejn qed isiru l-attivitajiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġbru d-dejta (li ma jkunx fiha referenzi b’ismijiet) neċessarja għat-twettiq tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 91 Spezzjonijiet awtonomi

1. Fejn hemm raġuni biex wieħed jemmen li qed isiru xi irregolaritajiet fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet multiannwali, il-Kummissjoni tista’ tmexxi spezzjonijiet awtonomi. L-Istat Membru konċernat għandu jaċċetta l-ispezzjonijiet awtonomi u għandu jiżgura li l-korpi jew il-persuni konċernati jaċċettaw li jiġu sottomessi għat-tali spezzjonijiet. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri konċernati għandhom jiffaċilitaw ix-xogħol tal-uffiċjali tal-Kummissjoni.

2. L-uffiċjali tal-Kummissjoni jistgħu iwettqu spezzjonijiet fuq il-bastiment tas-sajd, il-vetturi tat-trasport kif ukoll il-postijiet tan-negozji u korpi oħra li għandhom attivitajiet relatati mal-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokument kollha meħtieġa biex jeżerċitaw ir-responsabbilitajiet tagħhom. Jistgħu b’mod partikolari jitolbu preżentazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, iċ-ċertifikat tal-qabdiet, id-dikjarazzjoni tat-trażbord, in-noti tal-bejgħ, ir-reġistri tan-negozju u d-dokumenti rilevanti oħra mis-sajjieda, il-kumpaniji tas-sajd u l-kumpaniji li jittrasportaw, jipproċessaw jew jikkummerċjaw fil-prodotti tas-sajd.

3. L-uffiċjali tal-Kummissjoni għandhom ikollhom l-istess setgħat tal-ispetturi nazzjonali. Għandhom jippreżentaw awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità u l-kapaċità tagħhom. Fil-qadi ta’ dmirijiethom fit-territorju jew fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, għandhom japplikaw ir-regoli proċedurali ta’ dak l-Istat Membru.

4. L-uffiċjali tal-Istat Membru konċernat għandhom jingħataw il-possibbiltà li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni u, fuq it-talba tal-uffiċjali tal-Kummissjoni, għandhom jassistuhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

5. L-operaturi kollha jistgħu jkunu suġġetti għal spezzjonijiet awtonomi fejn dawn huma kkunsidrati neċessarji. Fejn intrapriżi jopponu spezzjoni, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti lill-uffiċjali tal-Kummissjoni l-assistenza neċessarja inkluż permezz tal-awtoritajiet tal-pulizija, biex jippermettihom jagħmlu l-ispezzjoni.

Artikolu 92 Verifika

Il-Kummissjoni tista’ tmexxi verifiki tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri. Il-verifiki jistgħu jinkludu b’mod partikolari evalwazzjoni ta’:

a) is-sistema tal-ġestjoni tal-kwoti u tal-isforzi;

b) is-sistemi ta’ validazzjoni tad-dejta, inklużi s-sistemi ta’ kontroverifiki tad-dejta tas-Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti, id-dejta dwar il-qabdiet, l-isforzi u l-kummerċjalizzazzjoni relatata mar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità kif ukoll il-verifika tal-liċenzji, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd;

c) l-organizzazzjoni amministrattiva, inkluż is-suffiċjenza tal-persunal disponibbli u l-mezzi disponibbli, it-taħriġ tal-persunal, id-delimitazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet kollha involuti fil-kontroll kif ukoll il-mekkaniżmi li hemm għall-koordinazzjoni tax-xogħol u evalwazzjoni konġunta tar-riżultati ta’ dawk l-awtoritajiet;

d) is-sistemi operattivi, inklużi l-proċeduri għall-kontroll tal-portijiet deżinjati;

e) il-programmi tal-kontroll nazzjonali inkluż l-istabbiliment tal-livelli ta’ spezzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom;

f) is-sistema nazzjonali ta’ sanzjonijiet, inkluż is-suffiċjenza tas-sanzjonijiet imposti, id-dewmien tal-proċeduri, il-benefiċċji ekonomiċi li jitilfu t-trażgressuri u n-natura deterrenti tat-tali sistema ta’ sanzjonijiet;

g) il-portijiet deżinjati.

Artikolu 93 Rapporti ta’ spezzjoni u ta’ verifika

1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tal-verifiki awtonomi u tal-ispezzjonjiet awtonomi fi żmien ġurnata wara li jkunu saru.

2. L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom jippreparaw rapport ta’ spezzjoni wara kull spezzjoni. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru konċernat fi żmien xahar wara l-konklużjoni tal-ispezzjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkumentaw dwar is-sejbiet tar-rapport.

3. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport ta’ verifika wara kull verifika. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istat Membru konċernat fi żmien xahar wara l-verifika. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkumentaw dwar is-sejbiet tar-rapport.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni neċessarja fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

5. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika r-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ verifika, flimkien mal-kummenti tal-Istat Membru konċernat, fuq il-parti sikura tal-websajt uffiċjali tagħha.

Artikolu 94 Monitoraġġ tar-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ verifika

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’kull informazzjoni li tista’ titlob fuq l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fis-sottomissjoni tat-talba għall-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-limitu taż-żmien li fih għandha tiġi provduta l-informazzjoni.

2. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li seħħew xi irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd jew li d-dispożizzjonijiet u l-metodi tal-kontroll eżistenti fi Stati Membri partikolari mhumiex effikaċi, din għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat, li mbagħad għandu jmexxi inkjesta amministrattiva li fiha jistgħu jipparteċipaw l-ispetturi tal-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri konċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tal-inkjesta u għandhom jibgħatu r-rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-talba tal-Kummissjoni. Il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-Kummissjoni, fuq talba motivata kif jixraq mill-Istat Membru, għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

4. Jekk l-inkjesta amministrattiva msemmija fil-paragrafu 2 ma twassalx għat-tneħħija tal-irregolaritajiet jew jekk il-Kummissjoni tidentifika xi nuqqasijiet fis-sistema tal-kontroll ta’ Stat Membru matul l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 89, 90 u 91 jew fil-verifika msemmija fl-Artikolu 92, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni ma’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jimplimenta dan il-pjan ta’ azzjoni.

TITOLU XI MIŻURI BIEX TIĠI ŻGURATA L-KONFORMITÀ MILL-ISTATI MEMBRI MAL-GĦANIJIET TAL-POLITIKA KOMUNI TAS-SAJD

Kapitolu IMiżuri finanzjariji

Artikolu 95 Sospensjoni u kanċellazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Komunità

1. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi għal perjodu massimu ta’ tmintax il-xahar il-ħlasijiet kollha jew parti minnhom, tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u l-Artikolu 8(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006, fejn ikun hemm evidenza li:

a) id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma ġewx rispettati b’riżultat ta’ azzjoni jew ommissjoni li tista’ tiġi attribwita direttament lill-Istat Membru kkonċernat, u li

b) dan jista’ jwassal għal theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operar effikaċi tas-sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar;

u fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-informazzjoni disponibbli u, kif xieraq wara li teżamina l-ispjegazzjonijiet tal-Istat Membru konċernat, li dak l-Istat Membru konċernat ma ħax il-passi xierqa biex jirrimedja s-sitwazzjoni u mhuwiex f’pożizzjoni li jagħmel dan fil-futur immedjat.

2. Jekk, matul il-perjodu ta’ sospensjoni, l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jurix li ħa azzjoni rimedjali biex jiżgura l-konformità ma’ u l-infurzar tar-regoli applikabbli fil-ġejjieni u li ma hemmx riskju serju li l-operar effikaċi fil-ġejjieni tas-sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar ikun imxekkel, il-Kummissjoni tista’ tħassar, kompletament jew parzjalment, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja, li l-ħlas tagħha jkun ġie sospiż skont il-paragrafu 1. Tħassir bħal dan għandu jsir biss wara li l-ħlas korrispondenti jkun ġie sospiż għal 12-il xahar.

3. Qabel ma tieħu l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat bis-sejbiet tagħha rigward in-nuqqasijiet fis-sistema ta’ Kontroll tal-Istat Membru u bl-intenzjoni tagħha tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u għandha titolbu biex jieħu azzjoni rimedjali fi żmi li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni skont il-gravità tal-infrazzjoni u li ġeneralment ma jkunx ta’ anqas minn xahar.

4. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jwieġeb għall-ittra msemmija fil-paragrafu 3 fiż-żmien li għandu jiġi determinat skont dak il-pragrafu, il-Kummissjoni tista’ tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

5. Il-perċentwal li bih jistgħu jiġu sospiżi jew ikkanċellati l-ħlasijiet għandu jkun proporzjonat man-natura u l-importanza tan-nuqqas ta’ konformità tal-Istat Membru mar-regoli applikabbli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar u l-gravità tat-theddida għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operar effikaċi tas-Sistema Komunitarja ta’ kontroll u infurzar. Għandu jqis, u jkun limitat mis-sehem relattiv tas-sajd u l-attivitajiet relatati mas-sajd, ikkonċernat bin-nuqqas ta’ konformità, f’dak li hu marbut mal-miżuri ffinanzjati mill-għajnuna finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.

6. Id-deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b’konsiderazzjoni partikolari għaċ-ċirkostanzi kollha rilevanti u b’tali mod li teżisti rabta ekonomika reali bejn is-suġġet tan-nuqqas ta’ konformità u l-miżura relatata mas-sospensjoni tal-ħlas jew mal-kanċellazzjoni tal-għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

7. Is-sospensjoni m’għandhiex titkompla jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jibqgħux jiġu sodisfatti.

8. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Kapitolu IIGħeluq tas-sajd

Artikolu 96 Għeluq tas-sajd fuq nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd

1. Meta Stat Membru ma jirrispettax l-obbligazzjonjiet tiegħu għall-implimentazzjoni ta’ pjan multiannwali, u fejn il-Kummissjoni għandha raġunijiet biex temmen li n-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk l-obbligazzjonijiet huwa ta’ detriment b’mod partikolari għall-istokk konċernat, il-Kummissjoni tista’ tagħlaq proviżorjament is-sajd affetwat minn dawk in-nuqqasijiet.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta’ mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati.

5. Il-Kummissjoni għandha tneħħi l-għeluq wara li l-Istat Membru juri bil-miktub, għas-sodisfazzjoni tal-Kummissjoni, li r-riżorsi tas-sajd jistgħu jiġu sfruttati b’mod sikur.

Kapitolu IIITnaqqis u trasferimenti ta’ kwoti

Artikolu 97 Tnaqqis tal-kwoti

1. Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li Stat Membru jkun stad iżżejjed, aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għalih, il-Kummissjoni għandha topera tnaqqis mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem annwali tas-sena jew is-snin li jsegwu tal-Istat Membru li stad iżżejjed billi tapplika fattur ta’ moltiplikazzjoni skont it-tabella li ġejja:

Livell ta’ sajd żejjed, imqabbel mal-ħatt l-art permess | Fattur ta’ moltiplikazzjoni |

Sa 5% | Sajd żejjed * 1.0 |

‘Il fuq minn 5% sa 10 % | Sajd żejjed * 1.1 |

‘Il fuq minn 10% sa 20% | Sajd żejjed * 1.2 |

‘Il fuq minn 20% sa 40% | Sajd żejjed * 1.4 |

‘Il fuq minn 40% sa 50% | Sajd żejjed * 1.8 |

Kwalunkwe sajd żejjed aktar minn 50% | Sajd żejjed * 2.0 |

2. Jekk Stat Membru ripetutament stad iżżejjed aktar mill-kwota, l-allokazzjoni jew is-sehem tiegħu tal-istokk jew il-grupp ta’ stokkijiet matul is-sentejn preċedenti, jekk is-sajd żejjed huwa b’mod partikolari detrimentali għall-istokk konċernat jew jekk l-istokk huwa suġġett għal pjan multiannwali, il-fattur ta’ moltiplikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jirdoppja.

3. Jekk Stat Membru jieħu qabdiet minn stokk suġġett għal kwota li għalih m’għandux kwota, allokazzjoni jew sehem disponibbli għalih, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas fis-sena jew is-snin ta’ wara kwoti minn stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 1.

Artikolu 98 Tnaqqis ta’ kwoti għan-nuqqas ta’ konformità mal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd

1. Fejn ikun hemm evidenza li hemm nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni jew l-infurzar taħt il-Politika Komuni tas-Sajd minn Stat Membru u li dan jista’ jwassal għal periklu serju għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jew l-operazzjoni effikaċi tas-sistema ta’ kontroll u ta’ infurzar tal-Komunità, il-Kummissjoni tista’ topera tnaqqis mill-kwoti, l-allokazzjonijiet jew is-sehem annwali ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet disponibbli għal dak l-Istat Membru.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub lill-Istat Membru konċernat dwar is-sejbiet tagħha u għandha tiffissa data tal-għeluq ta’ mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol għall-Istat Membru biex juri li s-sajd jista’ jiġi sfruttat b’mod sikur.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk l-Istat Membru jonqos milli jirrispondi għat-talba tal-Kummissjoni sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2 jew jekk it-tweġiba ma titqiesx sodisfaċenti jew tindika biċ-ċar li l-miżuri neċessarji ma ġewx implimentati.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, u b’mod partikolari għad-determinazzjoni tal-kwantitajiet konċernati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 99 Ċaħda tat-trasferimenti tal-kwoti

Il-Kummissjoni tista’ tiċħad it-trasferiment tal-kwoti għall-istokkijiet ta’ Stat Membru għas-sena ta’ wara skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti jekk:

a) ikun sar sajd żejjed ‘il fuq mill-kwota li għandha tiġi trasferita mill-Istat Membru konċernat f’kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti immedjatament jew

b) il-kwota tirreferi għal stokk li jaqa’ taħt pjan multiannwali jew li jinqabad flimkien ma’ stokk li jaqa’ taħt pjan multiannwali u li sar sajd żejjed tiegħu ‘il fuq minn dik il-kwota jew minn kwoti għal stokkijiet li jaqgħu taħt pjan multiannwali u li l-istokk jinqabad magħhom, mill-flotta ta’ dak l-Istat Membru f’waħda mill-ħames snin preċedenti immedjatament jew

c) l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd tal-istokkijiet konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’ validazzjoni.

Artikolu 100 Ċaħda ta’ skambji ta’ kwoti

Il-Kummissjoni tista’ teskludi l-possibbiltà ta’ skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:

a) għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta’ aktar minn 10% tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f’waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew

b) jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’ validazzjoni.

Kapitolu IV Miżuri ta’ Emerġenza

Artikolu 101 Miżuri ta’ emerġenza

1. Jekk hemm evidenza, ukoll jekk ibbażata fuq ir-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni mmexxi mill-Kummissjoni, li l-attivitajiet tas-sajd u/jew il-miżuri adottati minn Stat Membru jew Stati Membri jheddu l-Politika Komuni tas-Sajd jew huma ta’ periklu għall-ekosistema tal-baħar u dan jeħtieġ azzjoni immedjata, il-Kummissjoni, fuq it-talba sostanzjata ta’ kwalunkwe Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tista’ tiddeċiedi fuq miżuri ta’ emerġenza li m’għandhomx idumu aktar minn sena. Il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni ġdida biex testendi l-miżuri ta’ emerġenza għal mhux aktar minn sitt xhur.

2. Il-miżuri ta’ emerġenza li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonali għat-theddida u jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħrajn:

a) is-sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd ta’ bastimenti jtajru l-bandiera tal-Istati Membri konċernati;

b) l-għeluq tas-sajd;

c) projbizzjoni għall-operaturi tal-Komunità li jaċċettaw ħatt l-art, tqegħid f’gaġeġ għat-tħaxxin jew għall-akkwakultura, jew trażbordijiet ta’ ħut u prodotti tas-sajd minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri konċernati;

d) projbizzjoni li jqiegħdu fis-suq jew jużaw għal finijiet kummerċjali oħra ħut u prodotti tas-sajd maqbudin mill-bastimenti li qed itajru l-bandiera tal-Istati Membri konċernati;

e) projbizzjoni tal-forniment ta’ ħut ħaj għall-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri konċernati;

f) projbizzjoni li jaċċettaw ħut ħaj maqbud minn bastimenti li qed itajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat għall-akkwakultura fl-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri l-oħra;

g) projbizzjoni għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru konċernat milli jistadu fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stati Membri oħra;

h) modifikazzjoni tad-dejta tas-sajd sottomessa minn Stati Membri b’mod xieraq.

3. Stat Membru għandu jikkomunika t-talba msemmija fil-paragrafu 1 simultanjament lill-Kummisjoni u l-Istati Membri konċernati. L-Istati Membri l-oħra għandhom jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem minn meta jirċievu t-talba. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

4. Il-miżuri ta’ emerġenza għandhom jidħlu fis-seħħ immedjatament. Dawn għadhom jiġu notifikati lill-Istati Membri konċernati u ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.

5. L-Istati Membri konċernati jistgħu jirreferu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu n-notifika.

6. Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar mid-data ta’ meta jkun irċieva r-referenza.

TITOLU XIIDEJTA U INFORMAZZJONI

Kapitolu IAnaliżi u Verifika tad-Dejta

Artikolu 102 Prinċipji ġenerali għall-analiżi tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw l-akkuratezza tad-dejta kollha reġistrata skont dan ir-Regolament, u r-rispett tad-dati ta’ għeluq għas-sottomissjoni tad-dejta sabiex jiżguraw il-konformità mal-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd. Għal dak l-għan l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema kompjuterizzata ta’ validazzjoni li tinkludi b’mod partikolari:

a) proċeduri għall-verifika tal-kwalità tad-dejta kollha rreġistrata skont dan ir-Regolament;

b) kontroverifiki, analiżi u verifikar tad-dejta kollha rreġistrata skont dan ir-Regolament;

c) proċeduri għall-verifika tal-konformità mad-dati tal-għeluq għas-sottomissjoni tad-dejta kollha rreġistrata skont dan ir-Regolament.

2. Is-sistema ta’ validazzjoni għandha tippermetti l-identifikazzjoni immedjata ta’ inkonsistenzi fid-dejta relatata u l-azzjonijiet ta’ segwitu.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu database kompjuterizzata għas-sistema ta’ validazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipju tal-kwalità tad-dejta kif applikabbli għad-databases kompjuterizzati.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-database tipprovdi l-informazzjoni dwar l-azzjoni ta’ segwitu għall-inkonsistenzi, tippermetti l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd jew tal-operaturi li għalihom instabu l-inkonsistenzi fid-dejta, u tippermetti l-korrezzjoni tad-dejta li ddaħlet ħażin. F’każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw id-dejta li ġiet ikkoreġuta u r-raġuni għat-tali korrezzjoni.

5. Jekk id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 ma tiġix trażmessa permezz ta’ mezzi elettroniċi l-Istati Membri għandhom li din tiddaħħal manwalment fid-database mingħajr dewmien.

6. L-Istati Membri għandhom jivvalidaw kontinwament, sistematikament u bir-reqqa d-dejta kollha msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ algoritmi u mekkaniżmi kompjuterizzati awtomatizzati, b’mod partikolari permezz ta’ kontroverifiki tad-dejta.

7. Jekk tiġi identifikata inkonsistenza fid-dejta relatata, l-Istat Membru għandu jagħmel l-investigazzjionijiet neċessarji u, jekk hemm jissuspetta li seħħet xi infrazzjoni, jieħu l-azzjoni neċessarja.

Artikolu 103 Komunikazzjoni tad-dejta

1. Għall-verifika tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta msemmija fl-Artikolu 102, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess dirett fil-ħin reali f’kwalunkwe ħin mingħajr notifika minn qabel, għad-database kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-possibbiltà li tniżżel dik id-dejta għal kwalunkwe perjodu jew għal kwalunkwe numru ta’ bastimenti.

2. L-inkonsistenzi rilevati permezz tas-sistema ta’ validazzjoni u l-azzjoni ta’ segwitu tat-tali inkonsistenzi għandhom ikunu konnessi mad-dejta rilevanti b’mod li, meta l-informazzjoni fuq il-parti sikura tal-websajt uffiċjali li hemm provvedimenti għaliha fl-Artikolu 106 tiġi mfittxa, it-tali inkonsistenzi rilevati u l-insegwiment tagħhom jistgħu jiġu traċċati. Id-dati għar-riċeviment tad-dejta, id-dħul tad-dejta u l-validazzjoni tad-dejta, kif ukoll id-dejta ta’ segwitu, għandhom ikunu viżibbli b’mod ċar.

3. Id-dejta tas-sistema ta’ validazzjoni disponibbli fuq il-websajt uffiċjali li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 106 għandha tiġi aġġornata fil-ħin reali.

4. Jekk il-Kummissjoni identifikat xi inkonsistenzi fid-dejta fis-sistema ta’ validazzjoni tal-Istat Membru bħala riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha, tista’ titlob lill-Istat Membru jikkoreġi din id-dejta, u għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

5. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ format standardizzat għat-tniżżil tad-dejta msemmija fl-Artikolu 102, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Kapitolu IIKunfidenzjalità tad-dejta

Artikolu 104 Protezzjoni ta’ dejta personali

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE jiġu rispettati.

2. L-ismijiet ta’ persuni naturali m’għandhomx jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lil Stat Membru ieħor ħlief fil-każ fejn hemm provvediment partikolari għat-tali komunikazzjoni f’dan ir-Regolament jew jekk dan huwa meħtieġ għall-prevenzjoni jew l-insegwiment tal-infrazzjonijiet jew il-verifika ta’ fejn jidher li hemm xi infrazzjonijiet. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tiġi trażmessa sakemm mhijiex aggregata ma’ dejta oħra f’forma li ma tippermettix l-identifikazzjoni diretta jew indiretta ta’ persuni naturali.

Artikolu 105 Kunfidenzjalità u segretezza professjonali u kummerċjali

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li d-dejta miġbura u rċevuta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali u li jiġu rispettati r-regoli kollha dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali tad-dejta.

2. Id-dejta skambjata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni m’għandhiex tiġi trasmessa lil persuni minbarra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkollhom aċċess, sakemm l-Istati Membri li qed jitrażmettu d-dejta ma jagħtux il-kunsens tagħhom biex dan isir.

3. Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tintuża ħlief għall-iskopijiet li hemm provvediment għalihom f’dan ir-Regolament sakemm l-awtoritajiet li qed jipprovdu d-dejta ma jagħtux il-kunsens tagħhom għall-użu tad-dejta għal skopijiet oħra u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li qed tirċievi d-dejta ma jipprojbixxux it-tali użu jew komunikazzjoni.

4. Il-komunikazzjoni tad-dejta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament lil persuni li qed jaħdmu għal awtoritajiet kompetenti, qrati, awtoritajiet oħra pubbliċi u l-Kummisjoni jew il-korp deżinjat minnha, li l-iżvelar tagħha jista’ jkollu effett negattiv fuq:

a) il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi, skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-protezzjoni tad-dejta personali,

b) l-interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluż il-proprjetà intellettwali,

c) il-proċeduri tal-qorti u l-pariri legali jew

d) l-ambitu tal-ispezzjonijiet jew l-investigazzjonijiet,

se tkun permessa biss jekk hija neċessarja għall-waqfien minn infrazzjoni jew projbizzjoni ta’ infrazzjoni tar-regoli tal-Politika Komunit tas-Sajd u l-awtorità li qed tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens għall-iżvelar.

5. It-tali dejta għandha tibbenefika mill-istess protezzjoni li tingħata lil dejta simili permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li qed jirċeviha u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità.

6. Il-paragrafi 1 sa 6 m’għandhomx jiġu interpretati bħala ostakli għall-użu tad-dejta, miksuba permezz ta’ dan ir-Regolament, fil-kuntest tal-azzjonijiet jew il-proċeduri legali li jittieħdu sussegwentement b’riżultat tan-nuqqas ta’ rispett għar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jittrażmettu d-dejta għandhom jiġu informati bl-istanzi kollha fejn it-tali dejta intużat għal dawn l-iskopijiet.

7. Dan l-Artikolu ma għandux jippreġudika l-obbligazzjonijiet skont il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-għajnuna reċiproka f’kwistjonijiet kriminali.

Kapitolu IIIWebsajts uffiċjali

Artikolu 106 Websajts uffiċjali

1. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament kull Stat Membru għandu jwaqqaf sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2010 websajt uffiċjali aċċessibbli permezz tal-Internet u li fiha l-informazzjoni elenkata fl-Artikoli 107 u 108. Il-websajt għandha ssegwi l-linji gwida tal-‘Inizjattiva fuq l-Aċċessibbiltà tal-Web'. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet tal-websajt uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tiżviluppa standards u proċeduri komuni biex tiżgura komunikazzjoni trasparenti bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija u l-Kummissjoni, inkluż it-trażmissjoni ta’ aġġornamenti regolari dwar ir-reġistri tal-attivitajiet tas-sajd relatati mal-possibbiltajiet tas-sajd.

2. Il-websajt uffiċjali ta’ kull Stat Membru għandha tkun komposta minn parti aċċessibbli għall-pubbliku u parti sikura. Fuq dik il-websajt kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jżomm u jaġġorna d-dejta neċessarja għal skopijiet ta’ kontroll skont dan ir-Regolament.

Artikolu 107 Il-parti tal-websajt aċċessibbli għall-pubbliku

1. Fuq il-parti tal-websajt tagħhom li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien

a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd msemmija fl-Artikolu 7;

b) il-lista ta’ portijiet deżinjati għat-trażbord bl-ispeċifikazzjoni tal-ħinijiet operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 18;

c) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ pjan multiannwali, u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-lista tal-portijiet deżinjati, bl-ispeċifikazzjoni tal-ħinijiet operattivi kif imsemmi fl-Artikolu 34, u fi żmien 30 ġurnata wara, il-kundizzjonijiet assoċjati mar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-kwantitajiet tal -ispeċijiet taħt il-pjan multiannwali għal kull operazzjoni tal-ħatt l-art;

d) id-dettalji tal-punt tal-kuntattt għat-trażmissjoni jew is-sottomissjoni tal-ġurnali ta’ abbord, in-notifiki minn qabel, id-dikjarazzjonijiet tat-trażbord, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, in-noti tal-bejgħ, id-dikjarazzjonijiet tal-kisba u d-dokumenti tat-trasport kif imsemmija fl-Artikoli 14, 17, 18, 21, 54, 57 u 58;

e) mappa bil-koordinati taż-żona tal-għeluq temporanju fil-ħin reali kif imsemmija fl-Artikolu 45, bl-ispeċifikazzjoni tad-dewmien tal-għeluq u l-kundizzjonijiet li jikkontrollaw is-sajd f’dik iż-żona magħluqa speċifika;

f) id-deċiżjoni biex jingħalaq is-sajd skont l-Artikolu 26 u d-dettalji kollha neċessarji.

Artikolu 108 Il-parti sikura tal-websajt

1. Fil-parti sikura tal-websajt kull Stat Membru għandu jistabbilixxi, jżomm u jaġġorna l-listi u d-databases li ġejjin:

a) il-listi tal-uffiċjali responsabbli għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 65;

b) id-database elettronika għat-trattament tar-rapporti ta’ spezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 69;

c) il-fajls tal-kompjuter tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti reġistrati miċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd imsemmija fl-Artikolu 9;

d) id-database elettronika li fiha l-lista tal-liċenzji tas-sajd kollha, u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa u ġestiti skont dan ir-Regolament, b’indikazzjoni ċara tal-kundizzjonijiet stabbiliti u l-informazzjoni dwar is-sospensjonijiet u l-irtiri kollha;

e) id-database elettronika li fiha d-dejta rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 23;

f) id-database elettronika li fiha l-infrazzjonijiet kollha tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd inklużi s-sanzjonijiet li weħlu, relatati mal-bastimenti li qed itajru l-bandiera tiegħu u ċ-ċittadini tiegħu msemmija fl-Artikolu 85;

g) id-database elettronika għall-finijiet tal-verifikazzjoni tal-kompletezza u l-kwalità tad-dejta miġbura kif jissemma fl-Artikolu 102.

2. Fil-parti sikura tal-websajt tiegħu kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ informazzjoni relatata mas-sajd, li tippermetti l-iskambju elettroniku dirett ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha msemmi fl-Artikolu 109.

3. Għall-parti sikura tal-websajt tiegħu, kull Stat Membru għandu jipprovdi aċċess mill-bogħod lill-Kummissjoni u lill-korp deżinjat minnha. L-Istat Membru għandu jagħti aċċess lill-uffiċjali tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ ċertifikati elettroniċi ġenerati mill-Kummissjoni jew il-korp deżinjat minnha.

4. Id-dejta li hemm fil-partijiet sikuri tal-websajts għandha tkun disponibbli biss għal utenti speċifiċi awtorizzati għal dak l-għan jew mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni jew mill-korp deżinjat minnha. Id-dejta aċċessibbli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-dejta li għandhom bżonn biex jagħmlu xogħlhom u l-attivitajiet ta’ żgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u b’hekk għandhom ikunu marbuta mir-regoli li jikkontrollaw il-kunfidenzjalità tal-użu tat-tali dejta.

5. Id-dejta li hemm fil-partijiet sikuri tal-websajt għandha tiġi maħżuna biss safejn huwa neċessarju għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, imma dejjem għal minimu ta’ tliet snin kalendarji, li jibdew mis-sena ta’ wara li tiġi rreġistrata l-informazzjoni.

TITOLU XIIIIMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 109 Kooperazzjoni amministrattiva tal-Istati Membri

1. L-awtoritajiet responsabbli għal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, mal-Kummissjoni u l-korp deżinjat minnha sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2. Għal dan l-għan, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ assistenza reċiproka, li se tinkludi regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba jew fuq bażi spontanja. Għandha tiġi stabbilita wkoll sistema ta’ informazzjoni awtomatizzata permezz ta’ databases nazzjonali.

3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 111.

Artikolu 110 Obbligazzjonijiet ta’ rappurtar

1. Kull erba’ snin, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Fuq il-bażi tar-rapporti sottomessi mill-Istati Membri u l-osservaturi tagħha stess, il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport kull ħames snin, li għandu jiġi sottomess lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-Politika Komuni tas-Sajd 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

4. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni rapport li jiddikjara r-regoli li ntużaw mid-dejta bażika għall-produzzjoni tar-rapporti.

Artikolu 111 Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħejuna mil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2. Fejn isir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun definit bħala xahar wieħed.

Artikolu 112 Emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 768/2005 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

'(i) biex jassisti fl-implimentazzjoni uniformi tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż b ’ mod partikolari:

- l-organizzazzjoni ta’ koordinazzjoni operattiva tal-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ programmi speċifiċi tal-kontroll, programmi tal-kontroll IUU u programmi internazzjonali tal-kontroll;

- it-tmexxija ta’ verifiki tas-sistemi tal-kontroll nazzjonali u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-kontroll tagħhom, b’għajnuna minn awtoritajiet nazzjonali għoljin jew entitajiet kwalifikati indipendenti;

- l-ispezzjonijiet neċessarji għat-twettiq ta’ xogħlhom.'

2. Fl-Artikolu 5

a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'1. Il-koordinazzjoni operattiva mill-Aġenzija għandha tkopri l-kontroll tal-attivitajiet kollha koperti mill-Politika Komuni tas-Sajd:

(b), jiżdied il-paragrafu li ġej:

'3. Għat-titjib tal-koordinazzjoni operattiva mtejba bejn l-Istati Membri, l-Aġenzija tista’ tistabbilixxi pjanijiet operattivi mal-Istati Membri konċernati u tikkoordina l-implimentazzjoni tagħhom.'

3. L-Artikolu 7 jitbiddel b’dan li ġej:

' Artikolu 7 Assistenza lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri

L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tiġi żgurata l-konformità għolja, uniformi u effikaċi tal-obbligazzjonijiet tagħhom taħt ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi. L-Aġenzija għandha b’mod partikolari:

a) tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-għalliema fl-ispettorat tas-sajd tal-Istati Membri u tipprovdi korsijiet ta’ taħriġ addizzjonali u seminars għal dawk l-ispetturi u l-persunal l-ieħor involvuti fl-attivitajiet tal-kontroll;

b) tistabbilixxi u tiżviluppa kurrikulu ċentrali għat-taħriġ tal-ispetturi tal-Komunità qabel ma jintbagħtu fuq xogħol għall-ewwel darba u tipprovdi taħriġ u seminars addizzjonali aġġornati fuq bażi regolari għal dawn l-ispetturi;

c) fuq it-talba tal-Istati Membri, timpenja ruħha fl-akkwist konġunt tal-oġġetti u s-servizzi relatati mal-attivitajiet tal-kontroll mill-Istati Membri kif ukoll tipprepara għal u tikoordina l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-proġetti pilota konġunti;

d) tipprepara proċeduri operattivi konġunti relatati mal-attivitajiet tal-kontroll konġunti li jimpenjaw tnejn jew aktar Stati Membri;

e) telabora kriterji għall-iskambju tal-mezzi ta’ kontroll u ta’ spezzjoni bejn l-Istati Membri u bejn Stati Membri u pajjiżi terzi u għall-provvista tat-tali mezzi mill-Istati Membri.

f) tmexxi analiżi tar-riskju fuq il-bażi tad-dejta tas-sajd fuq il-qabdiet, il-ħatt l-art u l-isforz tas-sajd, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-ħatt l-art mhux rapportat inkluż fost affarijiet oħrajn il-paragun tad-dejta fuq il-qabdiet u l-importazzjonijiet mad-dejta fuq l-esportazzjonijiet u fuq il-konsum nazzjonali;

g) fuq it-talba tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri tiżviluppa metodoloġiji u proċeduri komuni ta’ spezzjoni;

h) tassisti lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligazzjonijiet tagħhom u tal-Komunità u internazzjonali oħra inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU u dawk li jirriżultaw fil-kuntest tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd;

i) tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta’ metodoloġiji uniformi ta’ ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-kompetenza tagħha;

j) tikkoordina u tippromwovi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u standards komuni għall-iżvilupp ta’ pjanijiet għat-teħid ta’ kampjuni definiti fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità.'

Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005, għandu jiddaħħal il-kapitolu li ġej:

‘Kapitolu IIIa Kompetenzi tal-Aġenzija

L- Artikolu 17a Spezzjonijiet mill-Istati Membri

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta’ infurzar konferiti mit-Trattat fuq il-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-evalwazzoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri. L-Aġenzija tista’ tmexxi spezzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi u operaturi privati fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop tista’, f’konformità mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri konċernati,

a) teżamina r-reġistri rilevanti, id-dejta, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti;

b) tagħmel kopji ta’ jew tieħu siltiet mit-tali reġistri, dejta, proċeduri u materjali oħra;

c) titlob spjegazzjoni fuq il-post;

d) tidħol f’kwalunkwe post jew mezzi tat-trasport rilevanti.

2. L-uffiċjali tal-Aġenzija għandhom jipproduċu awtorità bil-miktub li tiddikjara l-identità u l-kapaċità tagħhom. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat dwar l-ispezzjoni ppjanata u l-ismijiet tal-uffiċjali fi żmien raġonevoli qabel l-ispezzjoni.

3. L-Istat Membru konċernat għandu jaċċetta t-tali spezzjonijiet u għandu jiżgura li kwalunkwe korpi jew persuni konċernati wkoll jaċċettaw it-tali spezzjonijiet.

4. Fejn operatur jopponi t-tali spezzjoni, l-Istat Membru konċernat għandu jagħti l-assistenza neċessarja lill-uffiċjali awtorizzati mill-Aġenzija biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ispezzjoni tagħhom.

5. Ir-rapporti ppreparati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri konċernati u lill-Kummissjoni.

Artikolu 17b Miżuri tal-Aġenzija

L-Aġenzija għandha, fejn xieraq:

a) toħroġ manwali dwar l-istandards armonizzati tal-ispezzjonijiet;

b) tiżviluppa materjal ta’ gwida li jirrifletti l-aħjar prattiki fil-qasam tal-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż dwar it-taħriġ ta’ uffiċjali tal-kontroll, u aġġornament ta’ dan fuq bażi regolari;

c) timmonitorja l-funzjonament ġenerali tal-kontroll tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż fi Stati Membri individwali. Dan jista’ jinkludi żjarat fi Stati Membri;

d) tipprovdi lill-Kummissjoni bl-appoġġ tekniku u amministrattiv neċessarju biex tagħmel ix-xogħol tagħha;

e) timmonitorja l-livell u l-kwalità tat-taħriġ tal-uffiċjali nazzjonali u l-mezzi nazzjonali tal-kontroll.

Artikolu 17c Kooperazzjoni

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw ma’ u jagħtu l-assistenza neċessarja lill-Aġenzija għall-qadi tal-missjoni tagħha.

2. B’kunsiderazzjoni tas-sistemi legali differenti fl-Istati Membri individwali, l-Aġenzija se tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejnhom u l-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ standards armonizzati għall-kontroll skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità u b’kunsiderazzjoni tal-aqwa prattiki fl-Istati Membri u l-istandards internazzjonali maqbula.

Artikolu 17d Unità ta’ emerġenza

1. Fejn il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ għadd ta’ Stati Membri, tidentifika sitwazzjoni li tinvolvi riskju serju dirett, indirett jew potenzjali għall-Politika Komuni tas-Sajd, u r-riskju ma jistax jiġi prevenut, eliminat jew imnaqqas b’mezzi eżistenti jew ma’ jistax jiġi ġestit b’mod adegwat, l-Aġenzija għandha tiġi notifikata immedjatament.

2. L-Aġenzija li qed taġixxi fuq it-tali notifika jew fuq l-inizjattiva tagħha għandha immedjatament twaqqaf unità ta’ emerġenza u tinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 17e Xogħol tal-unità ta’ emerġenza

1. L-unità ta’ emerġenza ffurmata mill-Aġenzija se tkun responsabbli għall-ġbir u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni rilevanti kollha u l-identifikazzjoni tal-alternattivi disponibbli għall-prevenzjoni, l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskju għall-Politika Komuni tas-Sajd bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

2. L-unità ta’ emerġenza tista’ titlob l-assistenza ta’ kwalunkwe awtorità pubblika jew persuna privata li l-esperjenza professjonali tagħhom hija meqjusa neċessarja għar-reazzjoni effikaċi għall-emerġenza.

3. L-Aġenzija għandha tagħmel il-koordinazzjoni neċessarja biex tirreaġixxi b’mod adegwat u opportun għall-emerġenza.

4. L-unità ta’ emerġenza, fejn xieraq, għandha żżomm lill-pubbliku infurmat dwar ir-riskji involuti u l-miżuri meħudin.

Artikolu 17f Programm tax-xogħol multiannwali

1. Il-programm tax-xogħol multiannwali tal-Aġenzija għandu jistabbilixxi l-għanijiet prinċipali, il-mandat, il-kompiti, l-indikaturi tar-rendiment u l-prijoritajiet għal kull azzjoni tal-Aġenzija għal perjodu ta’ 5 snin. Għandu jinkludi preżentazzjoni tal-pjan ta’ politika tal-persunal u stima tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li għandhom ikunu disponibbli għall-kisba tal-għanijiet għal dak il-perjodu ta’ 5 snin.

2. Il-programm tax-xogħol multiannwali se jiġi preżentat skont is-sistema u l-metodoloġija tal-Ġestjoni Ibbażata fuq l-Attività żviluppata mill-Kummissjoni. Din se tiġi adottata mill-Bord Amministrattiv.

3. Il-programm tax-xogħol annwali msemmi fl-Artikolu 23 (2) c għandu jirreferi għall-programm tax-xogħol multiannwali. Dan għandu jindika b'mod ċar iż-żidiet, il-bidliet jew it-tħassir li jsir meta mqabbel mal-programm tax-xogħol tas-sena preċedenti, u l-progress miksub fil-kisba tal-għanijiet ġenerali u l-prijoritajiet tal-programm tax-xogħol multiannwali.

L- Artikolu 17g Kooperazzjoni fl-Affarijiet Marittimi

1. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ politika marittima integrata tal-UE, u b’mod partikolari għall-kisba ta’ netwerk ta’ sorveljanza marittima integrata tal-UE, permezz tad-disponibbilità tas-sistemi operattivi tagħha kif ukoll id-dejta tagħha dwar il-monitoraġġ tas-sajd u l-konformità tal-Istituzzjonjiet u l-korpi tal-UE, u l-Istati Membri.

2. F’isem l-Aġenzija, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jikkonkludi ftehimiet amministrattivi ma’ korpi oħra f’affarijiet koperti minn dan ir-Regolament wara li jkun informa lill-Bord Amministrattiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan fi stadju bikri tat-tali negozjati.'

Artikolu 17h Regoli dettaljati

1. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Kapitolu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 30 (2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

2. Dawn ir-regoli jistgħu jkopru b’mod partikolari l-formulazzjoni tal-pjanijiet ta’ reazzjoni għall-emerġenza, l-istabbiliment ta’ unità ta’ emerġenza u l-proċeduri prattiċi li għandhom jiġu applikati.'

Artikolu 113 Emendi għal Regolamenti oħra

1. Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 huwa emendat kif ġej:

a) L-Artikolu 21 jitbiddel b’dan li ġej:

'L-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment tal-attivitajiet kif stabbiliti fl-Artikolu 1 se jiġu kkontrollati u l-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd infurzata. Għal dan l-iskop se tiġi stabbilita sistema tal-Komunità għall-monitoraġġ, is-sorveljanza, l-ispezzjoni u l-infurzar tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.'

b) L-Artikoli 22 sa 28 jitħassru.

2. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004[38], il-Kapitolu V qed jiġi mħassar.

3. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004[39], l-Artikoli 7, 8, 10, 11, 12 u 13 qed jiġu mħassra.

4. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2166/2005[40], l-Artikoli 9, 10, 11, 12, u 13 qed jiġu mħassra.

5. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005[41], l-Artikolu 7 qed jiġi mħassar.

6. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2006[42] l-Artikoli 7, 8, 10 u 11 qed jiġu mħassra.

7. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007[43], l-Artikoli 6, 8, 9, u 10 qed jiġu mħassra

8. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007[44] l-Artikoli 10, 11, 12, 14 u 15 qed jiġu mħassra

9. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007[45], l-Artikoli 15 u 25 qed jiġu mħassra

10. Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96, l-Artikolu 5 qed jiġi mħassar.

Artikolu 114 Revoki

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-permessi tas-sajd speċjali għandhom ikunu revokati.

Artikolu 115 Referenzi

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet mħassra skont l-Artikolu 113 u għar-Regolamenti revokati skont l-Artikolu 114 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Ir-Regolament preżenti u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

TITOLU XIVDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 116 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’I l-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

PUNTI TA’ RIFERIMENT SPEĊIFIĊ GĦALL-ISPEZZJONI GĦALL-PJANIJIET MULTIANNWALI

Għan

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta’ riferiment speċifiċi għall-ispezzjoni skont dan l-Anness.

Strateġija

2. L-ispezzjoni u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq il-bastimenti li għandhom ċans li jaqbdu speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali. Ispezzjonijiet aleatorji tat-trasport u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ispeċijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu kumplimentari għall-kontroverifiki li jittestjaw l-effikaċja tal-ispezzjoni u s-sorveljanza.

Prijoritajiet

3. Tipi ta’ rkaptu differenti għandhom ikunu suġġetti għal-livelli differenti ta’ prijoritizzazzjoni, skont kemm il-flotot huma affetwati mil-limiti fuq l-opportunitajiet tas-sajd. Għal din ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Punti ta’ riferiment ta’ mira

4. Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ Regolament li jistabbilixxi pjan multiannwali, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta’ spezzjoni tagħhom b’kunsiderazzjoni għall-miri stabbiliti hawn taħt.

L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw u jiddeskrivu l-istrateġija ta’ teħid ta’ kampjuni li se tiġi applikata.

Il-Kummissjoni għandha jkollha aċċess għall-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni użat mill-Istat Membru.

(a) Livell ta’ spezzjoni fil-portijiet

Bħala regola ġenerali, l-akkuratezza li trid tinkiseb għandha tkun tal-anqas ekwivalenti għal dik miksuba permezz ta’ metodu ta’ teħid ta’ kampjuni aleatorju u sempliċi, fejn l-ispezzjonijiet ikopru 20 % tal-ħatt l-art tal-ispeċijiet suġġetti għal pjan multiannwali fuq il-bażi tal-piż fi Stat Membru.

(b) Livell ta’ spezzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni

L-ispezzjoni ta’ 5 % tal-kwantitajiet tal-ispeċijiet suġġetti għal pjan multiannwali offruti għall-bejgħ bl-irkant.

(c) Livell ta’ spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta’ riferiment flessibbli: li jrid jiġi stabbiliti wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd f’kull żona. Il-punti ta’ riferiment fuq il-baħar għandhom jirreferu n-numru ta’ ġranet ta’ għassa fuq il-baħar fiż-żoni ta’ ġestjoni, possibbilment b’punt ta’ riferiment separat għall-ġranet ta’ għassa ta’ żoni speċifiċi.

(d) Livell ta’ sorveljanza mill-ajru

Punt ta’ riferiment flessibbli: li għandu jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata tal-attività tas-sajd immexxija f’kull żona u b’kunsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-Istat Membru.

ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 1(1) | Artikoli 1 and 2 |

Artikolu 1(2) | Artikolu 5(3) |

Artikolu 1(3) | Artikolu 2 |

Artikolu 2 | Artikolu 5 |

Artikolu 3 | Artikolu 9 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 (a), (b) | Artikolu 65 |

Artikolu 5(c) | Artikolu 8 |

Artikolu 6 | Artikoli 14, 15, 16 |

Artikolu 7 | Artikolu 17 |

Artikolu 8 | Artikolu 21 |

Artikolu 9 (1); (2), (3), (4) | Artikoli 54, 55 |

Artikolu 9(4b) | Artikolu 57 |

Artikolu 11 | Artikoli 18, 19 |

Artikolu 12 |

Artikolu 13 | Artikolu 58 |

Artikolu 14 | Artikolu 52 |

Artikolu 15 | Artikoli 23, 25 |

Artikolu 16 | Artikolu 24 |

Artikolu 17 | Artikoli 5, 65 |

Artikolu 19 | Artikoli 102, 103 |

L-Artikolu 19a |

L-Artikolu 19b |

L-Artikolu 19c |

L-Artikolu 19d |

L-Artikolu 19e | Artikolu 14 |

L-Artikolu 19f |

L-Artikolu 19g |

L-Artikolu 19h |

L-Artikolu 19i |

L-Artikolu 19j |

Artikolu 20 | Artikoli 37, 38 |

L-Artikolu 20a |

Artikolu 21(1), (2), (3) | Artikoli 26, 27 |

Artikolu 21(4) | Artikolu 28 |

L-Artikolu 21a | Artikoli 26, 27 |

L-Artikolu 21b | Artikoli 23, 25 |

L-Artikolu 21c | Artikolu 27 |

Artikolu 22 |

Artikolu 23 | Artikoli 97, 98 |

Titolu V | Titolu IV, Kapitolu II |

Artikolu 28(1) | Artikolu 48 |

Artikolu 28(2) | Artikolu 60 |

Artikolu 28 (2a) | Artikolu 48 |

L-Artikolu 28c | Artikoli 9, 14 |

Artikolu 28a, b, c, d, e, f, g, h |

Artikolu 29 | Artikoli 88, 89, 90, 91, 92, 93 |

Artikolu 30 | Artikolu 94 |

Artikolu 31(1), (2) | Artikolu 81 |

Artikolu 31(3) | Artikolu 82 |

Artikolu 31(4) | Artikolu 78 |

Artikolu 32 | Artikolu 80 |

Artikolu 33 | Artikolu 81 |

Artikolu 34 |

L-Artikolu 34 a | Artikolu 109 |

L-Artikolu 34b | Artikolu 89 |

L-Artikolu 34c | Artikolu 87 |

Artikolu 35 | Artikolu 110 |

Artikolu 36 | Artikolu 111 |

Artikolu 37 | 104, 105 |

Artikolu 38 | Artikolu 3 |

Artikolu 39 | Artikolu 114 |

Artikolu 40 | Artikolu 116 |

Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 21 | Artikoli 1, 2 |

Artikolu 22(1) | Artikoli 6, 7, 9, 14, 66 |

Artikolu 22(2) | Artikoli 50, 52, 54, 58, 66 |

Artikolu 23(3) | Artikoli 5 (3), 5 (5), 11 |

Artikolu 23(4) | Artikolu , 28 (2), 97 |

Artikolu 24 | Artikolu 5, Titolu VII, artikoli 61, 83 |

Artikolu 25 | kapitolu III, IV tat-Titolu VII |

Artikolu 26(1) | Artikolu 88 |

Artikolu 26(2) | Artikolu 101 |

Artikolu 26(4) | Artikolu 27 |

Artikolu 27(1) | Artikoli 88 – 91 |

Artikolu 27(2) | Artikoli 93, 94 |

Artikolu 28(1) | Artikolu 109 |

Artikolu 28(3) | Artikoli 71-73 |

Artikolu 28(4) | Artikolu 70 |

Artikolu 28(5) | Artikolu 64 |

Ir-Regolament (KE) Nru 1627/94 | Ir-Regolament preżenti |

Ir-regolament kollu | Artikolu 7 |

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 9 | Artikolu 14(2) |

Artikolu 11 | Artikolu 17 |

Artikolu 12 | Artikolu 34 |

Artikolu 13 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 14 | Artikolu 36 |

Artikolu 15(1) | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 811/2004 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 7 | Artikolu 14(2) |

Artikolu 8 | Artikolu 17 |

Artikolu 10 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 11 | Artikolu 35 |

Artikolu 12 | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 9 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 10 | Artikolu 53(1) |

Artikolu 12 | Artikolu 35 |

Artikolu 13 | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 2115/2005 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 7 | 14 (3) |

Ir-Regolament (KE) Nru 388/2006 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 7 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 8 | Artikolu 53(1) |

Artikolu 10 | Artikolu 35 |

Artikolu 11 | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 509/2007 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 6 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 8 | Artikolu 35 |

Artikolu 9 | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 676/2007 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 10 | Artikolu 14(2) |

Artikolu 11 | Artikolu 14(3) |

Artikolu 12 | Artikolu 53(1) |

Artikolu 14 | Artikolu 35 |

Artikolu 15 | Artikolu 53(4) |

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 15 | Artikolu 14(3) |

Ir-Regolament (KE) Nru 847/96 | Ir-Regolament preżenti |

Artikolu 5 | Artikolu 97 |

[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] COM(2007) 167.

[2] Rapport Speċjali Nru 7/2007.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/1993 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-politika komuni tas-sajd] (ĠU L 261, 20.10.1993)

[4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-politika komuni tas-sajd] (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.)

[5] Rapport dwar is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, Johannesburg, l-Afrika ta’ Isfel, 26 ta’ Awissu sa l-4 ta’ Settembru 2002 (pubblikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti)

[6] Ara COM(2007) 502, 5.9.2007 “Ewropa li tikseb ir-riżulati – l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja”

[7] http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/governance/consultations/consultation_280208_contributions_en.htm

[8] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[9] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

[10] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

[11] ĠU L 278, 23.10.2001, p. 6.

[12] ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8.

[13] ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

[14] ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21.

[15] ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.

[16] ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

[17] ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

[18] ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

[19] ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

[20] ĠU L 286, 29.10.2008, p.1.

[21]

[22] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[23] ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

[24] ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.

[25] ĠU L 185, 24.5.2004, p. 1.

[26] ĠU L 345, 28.12.2008, p. 5.

[27] ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.

[28] ĠU L 65, 7.3.2006, p. 1.

[29] ĠU L 122, 11.5.2007, p. 7.

[30] ĠU L 157, 19.6.2007, p. 1.

[31] ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

[32] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

[33] ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

[34] ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

[35] ĠU L 204, 13.8.2003, p. 21.

[36] ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.

[37] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

[38] ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8.

[39] ĠU L 185; 27.5.2004, p. 1.

[40] ĠU L 345; 28.12.2005, p. 5.

[41] ĠU L 340, 23.12.2005, p. 3.

[42] ĠU L 65; 7.3.2006, p. 1.

[43] ĠU. L 122, 11.5.2007, p. 7.

[44] ĠU L157, 19.06.2007, p. 1.

[45] ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

Top