Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0676

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) {SEC(2008)2701} {SEC(2008)2702}

    /* KUMM/2008/0676 finali - CNS 2008/0200 */

    52008PC0676

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) {SEC(2008)2701} {SEC(2008)2702} /* KUMM/2008/0676 finali - CNS 2008/0200 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 27.10.2008

    KUMM(2008) 676 finali

    2008/0200 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) {SEC(2008)2701}{SEC(2008)2702}

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

    Il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2004 talab lill-Kummissjoni tħejji strateġija kumplessiva għall-ħarsien ta' l-infrastruttura kritika. Fl-20 ta' Ottubru 2004 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika fil-Ġlieda kontra t-Terroriżmu li ressqet 'il quddiem suġġerimenti dwar x'jista' jistimola l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons Ewropew quddiem l-attakki terroristiċi li jinvolvu l-Infrastrutturi Kritiċi (Critical Infrastructures (CI)). Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Il-Prevenzjoni, it-Tħejjija u r-Reazzjoni għall-Attakki Terroristiċi” u “Il-Programm ta' Solidarjetà ta' l-UE dwar il-Konsegwenzi tat-Theddidiet u l-Attakki Terroristiċi” adottati mill-Kunsill f'Diċembru 2004, ikkonfermaw l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' L-Infrastruttura Kritika (EPCIP) u qablu li l-Kummissjoni twaqqaf Netwerk ta' Informazzjoni ta’ Twissija għall-Infrastruttura Kritika (Critical Infrastructure Warning Information Network (CIWIN)).

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għal titjib tal-ħarsien tagħhom Fl-istess waqt, il-Kummissjoni nediet Komunikazzjoni dwar l-EPCIP. Flimkien, dawn iż-żewġ dokumenti stabbilew il-qafas għal protezzjoni ta’ infrastruttura fl-UE. Il-Komunikazzjoni tintroduċi l-qafas orizzontali għall-protezzjoni ta’ strutturi kritiċi fl-UE, billi tispjega kif l-EPCIP (inkluż is-CIWIN) jista’ jitwettaq.

    L-inizjattiva tas-CIWIN tagħmel parti mill-EPCIP, minħabba li għandha x’taqsam b’mod aktar speċifiku mal-proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn Stati Membri tal-UE u hija sistema ta’ informazzjoni teknoloġika biex issostni dak il-proċess.

    Kuntest ġenerali

    Is-sigurtà u l-ekonomija ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-benesseri taċ-ċittadini tagħha jiddependu fuq ċerta infrastruttura u mis-servizzi li dawn jipprovdu. Pereżempju, netwerks ta’ telekomunikazzjoni u enerġija, servizzi finanzjarji u sistemi ta’ trasport, servizzi tas-saħħa, u l-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb u ikel huma lkoll kruċjali għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Kull qerda jew sfaxxar ta’ infrastruttura li tipprovdi servizzi vitali, min-naħa l-waħda, u reazzjoni mhux f’waqtha għal dan ix-xorta ta’ avveniment, min-naħa l-oħra, jistgħu jġibu magħhom mwiet, ħsara lill-proprjetà u t-tiġrif tal-fiduċja tal-pubbliku fl-UE. Minħabba interdipendenzi kumplessi avveniment partikolari jista’ jħalli effetti kumulattivi fuq setturi u oqsma oħra tal-ħajja li ma jkunux konnessi b’mod immedjat u ovvju. Kien hemm riċerka mhux suffiċjenti dwar din ix-xorta ta’ interkonnettività, u r-riżultat jista’ jkun insuffiċjenza ta’ protezzjoni u sigurtà dwar l-Infrastruttura Kritika għaċ-ċittadini tal-UE.

    L-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea bħalissa tinsab soġġetta għal taħbila varjabbli ta’ miżuri protettivi u obbligi, mingħajr l-applikazzjoni orizzontali ta’ standards minimi. Xi Stati Membri huma diġà avvanzati ħafna fil-proċess ta’ identifikazzjoni tal-infrastruttura kritika nazzjonali tagħhom, imponew miżuri ta’ protezzjoni b’saħħithom, u għandhom varjetà ta’ prattiki u strutturi disponibbli biex jiżguraw il-protezzjoni tagħha. Oħrajn għadhom biss qed jibdew dan il-proċess, u jistgħu jgawdu b’mod sinifikattiv jekk ikollhom aċċess għall-aħjar prattika bħall-metodoloġija tal-evalwazzjoni tar-riskju. Il-problema tista’ tkun identifikata f’termini ġeografiċi (i.e. bejn Stati Membri) u settorjali (i.e. bejn setturi varji tas-CIP).

    L-indirizzar tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri huwa qasam kumpless ħafna li jinħtieġ approċċ ferm meqjus. Huwa importanti li l-attivitajiet ma jitħallewx ikunu dduplikati minħabba informazzjoni insuffiċjenti dwar sitwazzjonijiet simili fi Stati Membri oħra: pereżempju, informazzjoni dwar l-aħjar prattika fi Stat Membru wieħed tista’ tevita l-ispiża għal żvilupp mill-ġdid ta’ prattika simili fi Stati oħra.

    Barra minn hekk, hemm biża’ li tiġi skambjata informazzjoni sensittiva fost partijiet interessati. Jekk għandu jkun hemm skambju effiċjenti ta’ informazzjoni, għandu jkun stabbilit ambjent ta’ fiduċja u flessibbiltà.

    Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Bħalissa ma jeżistux fl-UE dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u twissijiet fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika, għalkemm il-Kummissjoni kienet ipproponiet, fl-2006, Direttiva dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI) u l-istima tal-ħtieġa li titjieb il-protezzjoni tagħha (COM(2006) 787 finali). Fl-istess waqt, il-Kummissjoni nediet Komunikazzjoni dwar l-EPCIP. F’Ġunju 2008, il-Kunsill laħaq ftehim politiku dwar id-Direttiva msemmija hawn fuq, u huwa ppjanat li din tiġi adottata fit-tieni nofs tal-2008.

    B’żieda ma’ dan, jeżistu fl-UE għadd ta’ Sistemi ta’ Twissija Rapida settorjali (RAS). Id-differenza ewlenija bejn is-CIWIN u r-RAS eżistenti hija n-natura transettorjali tas-CIWIN. Ebda waħda mir-RAS eżistenti bħalissa ma tipprovdi funzjonalità orizzontali u transettorjali li tkun aċċessibbli għal firxa usa’ ta’ partijiet interessati (aġenziji ta’ CIP u ministeri nazzjonali rilevanti, eċċ) għajr servizzi ta’ emerġenza biss:

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE, Euratom, li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-protezzjoni ċivili (imfassla mill-ġdid);

    - Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabilixxi l-Informazzjoni Radjoloġika Urġenti tal-Komunità (87/600/Euratom) dwar arranġamenti tal-Komunità għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika;

    - Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notiifika tal-mard ta' l-annimali ġewwa l-Komunità (82/894/KEE);

    - Id-Direttiva tal-Kunsill dwar il-miżuri protettivi kontra d-dħul ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti (2000/29/KE);

    - Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill waqqfet netwerk għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll ta’ mard li jittieħed fil-Komunità (2119/98/KE).

    - Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (2001/95/KE);

    - Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (Nru 178/2002);

    - ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI dwar l-iżvilupp ta' sistema kompjuterizzata integrata magħrufa bħala Traces (2003/623/EC);

    - Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda r-Regoli ta’ Proċedura interni tagħha (2006/25/KE, Euratom).

    Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-UE

    Din il-proposta hija għal kollox konsistenti ma' l-għanijiet ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari ma' l-għan "ta' żamma u żvilupp ta' l-Unjoni bħala żona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment ħieles tal-persuni huwa assigurat flimkien ma' miżuri xierqa ta' kontrolli tal-fruntiera esterna, il-kenn politiku, l-imigrazzjoni u l-ħarsien u l-ġlieda kontra t-terroriżmu".

    Din il-proposta hija konsistenti ma' politiki oħra u m'għandhiex l-għan li tieħu post miżuri eżistenti iżda li tikkumplimentahom biex ittejjeb il-ħarsien ta' l-ECI.

    IL-KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TAL-IMPATT

    Konsultazzjoni ta' partijiet interessati

    Il-metodi ta' konsultazzjoni, l-oqsma ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu

    Il-partijiet interessati rilevanti kollha kienu kkonsultati dwar is-CIWIN permezz tal-konsultazzjoni dwar l-EPCIP u fiha. Dan sar permezz ta':

    - Il-Green Paper dwar l-EPCIP ġiet adottata fis-17 ta' Novembru 2005 bil-perjodu ta' konsultazzjoni jagħlaq fil-15 ta' Jannar 2006. 22 Stat Membru taw ir-reazzjonijet uffiċjali tagħhom għall-konsultazzjoni. Madwar 100 rappreżentant tas-settur privat taw ukoll kummenti. Ir-reazzjonijiet kienu ġeneralment favur l-idea li titwaqqaf l-CIWIN.

    - Għadd ta’ laqgħat informali ma’ Punti ta’ Kuntatt tas-CIP tal-Istati Membri, organizzati mill-Kummissjoni (Diċembru 2005; Frar 2006 Diċembru 2006; Novembru 2007, Frar 2008; Marzu 2008).

    - Studju dwar il-ħolqien ta’ Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN), li tlesta f’Jannar 2008 minn kuntrattur estern: Unisys. Bħala parti mill-istudju l-kuntrattur għamel intervisti dwar is-CIWIN fis-27 Stati Membri kollha.

    - Laqgħat informali mar-rappreżentanti tas-settur privat. Saru għadd ta' laqgħat informali mar-rappreżentanti ta' negozji privati partikolari kif ukoll ma' xi assoċjazzjonijiet ta' l-industrija.

    It-taqsira tar-reazzjonijiet u kif tqiesu

    Waqt li l-Green paper dwar l-EPCIP kellha skop usa’ u saret b’konsultazzjoni ma’ partijiet interessati fuq ħafna aspetti tal-EPCIP (e.ż. mira u prinċipji ewlenin tal-EPCIP, miżuri ta’ implimentazzjoni, eċċ), parti minnha kienet ikkonċentrata wkoll fuq is-CIWIN.

    Ir-reazzjonijiet għall-Green Paper dwar l-EPCIP u diskussjonijiet kontinwi mal-partijiet interessati kollha ħallew impatt kbir fit-tfassil tal-proposta għas-CIWIN. Għall-bidu, l-Istati Membri ma kinux ta’ fehma waħda dwar it-twaqqif tas-CIWIN. Xi wħud taw l-appoġġ tagħhom għan-Netwerk bħala sistema b’ħafna livelli ta’ komunikazzjoni/twissija b’żewġ funzjonijiet distinti: sistema ta’ twissija rapida u forum elettroniku għall-iskambju ta’ ideat u l-aħjar prattika tas-CIP. Għadd ta’ Stati Membri, iżda, kienu favur li s-CIWIN ikun limitat għar-rwol tiegħu ta’ forum; jew għal RAS li jgħaqqdu lill-Istati Membri mal-Kummissjoni. Fiż-żmien meta kienet qed issir il-konsultazzjoni, żewġ Stati Membri kienu kontra s-sistema tas-CIWIN. Minħabba li kien hemm opinjonijiet differenti, il-kwistjoni kienet diskussa f’laqgħat regolari tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika mal-Istati Membri. Il-kunċett finali tas-CIWIN huwa r-riżultat ta’ dawn id-diskussjonijiet.

    Ġbir u użu ta' kompetenzi tekniċi

    Oqsma xjentifiċi/ta’ għarfien espert rilevanti

    L-għarfien espert disponibbli nġabar permezz ta' għadd kbir ta' laqgħat u seminars li saru fl-2006, 2007 u 2008. kif ukoll permezz tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-Green Paper dwar l-EPCIP. Inġabret l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti.

    Il-metodoloġija użata

    F’Marzu 2006, il-Kummissjoni tat kuntratt li kien jinkludi studju ta’ fattibbiltà tas-CIWIN, li l-għan tiegħu kien li tinġabar informazzjoni dwar l-aħjar prattika għas-CIP u biex isiru intervisti ma’ esperti fi Stati Membri dwar il-ħtiġijiet tas-CIWIN, kemm bħala netwerk ta’ skambju kif ukoll bħala sistema ta’ twissija rapida, billi jitqiesu infrastrutturi eżistenti u netwerks f’livelli nazzjonali u internazzjonali.

    Għan ieħor kien li tkun stabbilita pjattaforma komuni għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti għas-CIP.

    Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

    Stati Membri oħra tal-KE

    Il-parir mogħti u użat fil-qosor

    Ma ssemmiet l-eżistenza ta’ l-ebda riskju potenzjalment gravi u b’konsegwenzi permanenti.

    Mezz li bih il-parir espert sar disponibbli pubblikament

    Permezz tal-Annessi għall-Istima tal-Impatt.

    L-istima tal-impatt

    Diġà ntlaħaq qbil dwar l-adozzjoni ta’ proposta separata għas-CIWIN fi ħdan il-pakkett tal-EPCIP, b’mod aktar speċifiku fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-EPCIP. L-istima ta' l-impatt qieset tliet alternattivi ta' politika:

    Għażla 1: Ebda għażla ta’ politika. Skont din l-għażla ma titteħidx azzjoni trasversali f’livell Ewropew, u l-Istati Membri jitħallew jindirizzaw il-kwistjoni waħidhom.

    Għażla 2: Is-CIWIN bħala RAS eżistenti ppotenzjat. Skont din l-għażla (li jeħtiġilha kemm reviżjoni funzjonali ta’ arkitettura tal-IT eżistenti, kif ukoll modifiki tal-bażi legali tagħhom), ir-rwol tas-CIWIN ikun li jiżgura l-interoperabbiltà ta’ RAS eżistenti, u li tagħmilhom aċċessibbli għal servizzi differenti fl-UE u f’ministeri tal-Istati Membri. Minħabba li dan ikopri funzjoni ta’ twissija rapida biss, kull pass biex tiżdied pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika jinħtieġ reviżjoni sinifikattiva b’ħafna riżorsi ta’ RAS eżistenti.

    Għażla 3: Is-CIWIN bħala pjattaforma miftuħa għall-iskambju (mhux garantit) ta’ informazzjoni relatata ta’ CIP. Din l-għażla tkun tinħtieġ għodda tal-IT li tkun miftuħa għall-pubbliku ġenerali u li tkun tiffunzjona bħala sit regolari tal-internet. Dan ċertament jgħin biex ikun hemm aktar għarfien dwar CIP fl-Ewropa u jħid l-iskambju dirett ta’ informazzjoni fost partijiet interessati. Madankollu, billi s-sid ta’ kull informazzjoni li tittella’ elettronikament qatt ma jista’ jkun jaf b’min jużaha l-aħħar, l-ammont ta’ informazzjoni mtella’ jkun wisq limitat.

    Għażla 4: Xi wħud taw l-appoġġ tagħhom għan-Netwerk bħala sistema b’ħafna livelli ta’ komunikazzjoni/twissija b’żewġ funzjonijiet distinti: sistema ta’ twissija rapida u forum elettroniku għall-iskambju ta’ ideat u l-aħjar prattika tas-CIP. Skont din l-għażla, is-CIWIN tkun stabbilita bħala għodda tal-IT li tkun kapaċI żżomm u tittrasmetti informazzjoni sensittiva, ikklassifikata sal-livell RESTREINT UE. Is-sistema jkollha żewġ funzjonalitajiet: (1) forum garantit għall-iskambju ta’ informazzjoni, b’enfażi qawwija fuq l-iskambju tal-aħjar prattika, djalogu u l-formazzjoni tal-fiduċja f’livell tal-UE; (2) sistema ta’ twissija rapida għal infrastruttura kritika. L-Istati Membri jkunu ħielsa li jużaw is-sistema b’mod sħiħ, jew waħda miż-żewġ funzjonijiet, jew ebda waħda minnhom.

    Għażla 5: Xi wħud taw l-appoġġ tagħhom għan-Netwerk bħala sistema b’ħafna livelli ta’ komunikazzjoni/twissija b’żewġ funzjonijiet distinti: sistema ta’ twissija rapida u forum elettroniku għall-iskambju ta’ ideat u l-aħjar prattika tas-CIP. Skont din l-għażla, is-CIWIN tkun sistema obbligatorja, b’kull Stat Membru jkun obbligat li jtella’ u jaġġorna l-informazzjoni rilevanti regolarment.

    Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt elenkat fil-Programm ta’ Ħidma. Xi wħud taw l-appoġġ tagħhom għan-Netwerk bħala sistema b’ħafna livelli ta’ komunikazzjoni/twissija b’żewġ funzjonijiet distinti: sistema ta’ twissija rapida u forum elettroniku għall-iskambju ta’ ideat u l-aħjar prattika tas-CIP — uriet b’mod ċar relazzjoni l-aktar vantaġġuża bejn benefitċċji u ostakli. Skont din l-għażla, is-CIWIN ikun qed joffri ambjent sigur għall-iskambju ta’ informazzjoni, jagħmel ħafna biex jibni l-fiduċja fost partijiet interessati , u bih ikun jista’ jsir skambju ta’ twissijiet.

    Kopja tal-Valutazzjoni ta' l-Impatt ta' l-CIWIN huwa hawn anness.

    L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Is-sommarju tal-azzjoni proposta

    It-twaqqif ta' dan in-netwerk għandu jassisti prinċiparjament sabiex jħeġġeġ skambju ta' informazzjoni dwar theddid u vulnerabbilitajiet komuni u miżuri xierqa u strateġiji biex jittaffa r-risku b'appoġġ għall-protezzjoni ta' infrastruttura kruċjali.

    Bażi Legali

    Wara li kkunsidraw l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 203 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba r-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rispettat peress li l-miżuri li qed jittieħdu permezz ta' din il-proposta ma jistgħu jintlaħqu minn l-ebda Stat Membru ta' l-UE u għalhekk iridu jiġu indirizzati fuq livell ta' l-UE.

    Għalkemm hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jipproteġi l-infrastruttura kritika fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, pjattaforma għall-UE kollha u transkonfinali biex ikun żgurat li tkun tista’ tinkiseb informazzjoni mill-Istati Membri kollha li tkun ta’ benefitċċju gÿalihom u li tista’ tabilħaqq tkun implimentata biss f’livell tal-UE.

    L-azzjoni Komunitarja se tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

    Ebda Stat Membru waħdu ma jista’ ji żgura skambju pan-Ewropew ta’ informazzjoni jew l-iskambju ta’ twissijiet rapidi. Huwa, għalhekk, ċar li x-xogħol f’livell tal-UE jipprovdi l-valur miżjud ta’ punti koordinati ta’ informazzjoni li jkunu diġà jistgħu jinkisbu iżda li għandhom mhumiex qed jinqasmu ma’ oħrajn.

    Approċċ Ewropew biss jista’ jiżgura li Stati Membri li jixtiequ jaqsmu u jirċievu informazzjoni jkunu ttrattati ndaqs, li l-kooperazzjoni ma tiddiskriminax b’mod ġeografiku kontra Stati Membri, u li l-informazzjoni tabilħaqq tasal għand dawk li jixtiequ jirċevuha.

    Hemm rabta diretta bejn kooperazzjoni interdixxiplinarja Ewropea u sikurezza u sigurtà nazzjonali. Fid-dinja tal-lum ta’ interdipendenzi settorjali transkonfinali, f’termini kemm ġeografiċi, kif ukoll transettorjali, l-Istati Membri jistgħu joffru servizzi lil Stati Membri oħra jew jistgħu jkollhom impatt fuq il-provvista ta’ servizzi fi Stati Membri oħra. Hemm riskju li Stat Membru wieħed ibati minħabba li ieħor ikun naqas li jipproteġi b’mod adegwat infrastruttura fit-territorju tiegħu.

    Għadd dejjem akbar ta’ infrastrutturi huma Ewropej fir-rigward ta’ skala, li jfisser li approċċ purament nazzjonali mhux suffiċjenti. Hemm ħtieġa ċara li tkun indirizzata l-firxa wiesgħa ta’ theddidiet li tista’ tolqot infrastruttura kritika tal-Ewropa.

    Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

    Din il-proposta ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet bażiċi ta’ kooperazzjoni minn Stati Membri f’dan il-qasam, l-aktar fir-rigward tar-rieda tal-Istati Membri li jippartiċipaw. L-azzjoni proposta tagħti lill-Istati Membri li ma jixtiqux jippartiċipaw fis-CIWIN l-għażla li ma jippartiċipawx fis-sistema.

    Imqabbel mal-benefiċċji, is-CIWIN ma jkollux impatt finanzjarju dirett u sinifikattiv fuq il-baġit tal-Istati Membri jew tal-UE. Bħala eżempju, l-ispejjeż ta’ manutenzjoni jkunu madwar €550 000 kull sena, filwaqt illi l-ispiża ta;-inċidenti li s-CIWIN jistgħa potenzjalment jipprevjeni huma ħafna iktar għolja.

    L-għażla ta' strumenti

    L-istrumenti proposti: Deċiżjoni tal-Kunsill

    Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin:

    Biex il-prototip tas-CIWIN jitħaddem għal kollox u jkun jista’ jinkiseb mill-Istati Membri kollha tal-UE, jeħtieġ li jkun hemm bażi legali. Peress li s-suġġett indirizzat b’dan l-istrument legali huwa ta’ ambitu speċifiku u mhux ġenerali, Deċiżjoni tal-Kunsill tkun l-aktar adatta biex tintlaħaq din il-mira, u fl-istess waqt min juża s-sistema jkun obbligat (Stati Membri u l-Kummissjoni) jirrispetta il-kunfidenzjalità potenzjali tal-informazzjoni skambjata.

    L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

    L-istima ta' l-impatt fuq il-baġit tinsab fir-rapport finanzjarju hawn anness. Il-programm tal-Komunità dwar il-"Prevenzjoni, it-Tħejjija u l-Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u Riskji oħra relatati mas-Sigurtà" għall-perjodu 2007-2013 għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-EPCIP.

    L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    Simulazzjoni, fażi preliminari u perjodu tranżitorju

    Kien hemm jew ser ikun hemm simulazzjoni jew fażi pilota għall-proposta.

    Il-klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni

    Din il-proposta tinkludi klawżola ta’ analiżi.

    Il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni.

    2008/0200 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2];

    Billi:

    (1) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Prevenzjoni, Tħejjija u Tweġiba għal Attakki Terroristiċi” u l-“Programm ta’ Solidarjetà tal-UE dwar il-Konsegwenzi ta’ Theddidiet u Attakki Terroristiċi” adottati mill-Kunsill f’Diċembru 2004 approvawl-intenzjoni tal-Kummissjoni li tipproponi Programm Ewropew għal Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritikau qablu li l-Kummissjoni tistabbilixxi s-CIWIN[3].

    (2) F'Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika (EPCIP), li identifikat għazliet dwar il-politika li tista' tadotta l-Kummissjoni għat-twaqqif ta' l-EPCIP u s-CIWIN. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar il-Green paper ikkonfermaw l-interess tal-maġġoranza tal-Istati Membri li jkun stabbilit is-CIWIN.

    (3) F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar l-EPCIP[4] li ħabbret li s-CIWIN kien ser ikun stabbilit permezz ta’ proposta separata tal-Kummissjoni u kien ser jipprovdi pjattaforma għall-iskambju ggarantit tal-aħjar prattika.

    (4) Diversi inċidenti li kienu jinvolvu infrastruttura kritika fl-Ewropa, bħal, pereżempju, l-interruzzjoni Ewropea tal-2006 urew il-ħtieġa ta’ skambju aħjar u aktar effiċjenti ta’ informazzjoni biex ikun limitat l-inċident, ma jitħalliex isir jew ikun limitat l-effett tiegħu.

    (5) Jixraq li tkun stabbilita sistema ta’ informazzjoni li biha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni u twissijiet fil-qasam tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP), isaħħu d-djalogu tagħhom dwar is-CIP, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar ta’ programmi ta’ riċerka tas-CIP li jinsabu mxerrdin u frammentati f’livell nazzjonali.

    (6) Is-CIWIN għandu jikkontribwixxi għat-titjib tas-CIP fl-UE billi jipprovdi sistema ta’ informazzjoni li tkun tista’ tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-Istati Membri; u joffri alternattiva effiċjenti u ta’ malajr għal metodi li jieħdu ħafna żmien għal tiftix ta’ informazzjoni dwar infrastrutturi kritiċi fil-Komunità.

    (7) Is-CIWIN għandu, b’mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta’ miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattika, kif ukoll ikun mezz ta’ trażmissjoni ta’ theddidiet u twissijiet immedjati b’mod garantit.

    (8) s-CIWIN għandu jevita x-xogħol doppju u jqis il-karatteristiċi speċifiċi, tagħrif espert, arranġamenti u oqsma ta’ kompetenza ta’ kull waħda mis-sistemi eżistenti ta’ twissija rapida settorjali (RAS).

    (9) Il-Kummissjoni żviluppat matul is-snin il-kapaċità operazzjonali li tgħin fit-tweġiba għal firxa wiesgħa ta’ emerġenzi permezz ta’ diversi RAS li għandhom karattru settorjali speċifiku, u huma mmirati għal servizzi speċjalizzati fl-UE. Iżda RAS eżistenti ma jipprovdux funzjonalità ta’ CIP li tista’ tintlaħaq minn firxa usa’ ta’ partijiet interessati barra minn awtoritajiet settorjali jew servizzi ta’ emerġenza.

    (10) L-interdipendenza dwar l-Infrastruttura Kritika fi Stati Membri u livelli varji ta’ CIP fi Stati Membri jissuġġerixxu li l-ħolqien ta’ għodda Komunitarja orizzontali u transettorjali għall-iskambju ta’ informazzjoni u twissijiet fuq CIP għandha żżid is-sigurtà taċ-ċittadini.

    (11) Meta titqies id-disponibbiltà fil-futur tan-netwerk ta’ komunikazzjonijiet Servizzi Trans-Ewropej għat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (S-TESTA) jew kull network garantit alternattiv imħaddem mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pjattaforma l-aktar adatta għas-CIWIN u teżiġi minn min finalment jużaha li jħares ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni .

    (12) Il-proċess tat-tqassim ta' l-informazzjoni dwar is-CIP bejn il-partijiet interessati rilevanti jinħtieġ relazzjoni ta' fiduċja, biex il-patentat, l-informazzjoni sensitiva jew personali li kienu maqsuma b'mod volontarju ma jkunux żvelati pubblikament u biex id-data sensittiva tkun protetta kif xieraq

    (13) L-aċċess għas-CIWIN għandu jkun limitat għal min ikun awtorizzat jużah b’konformità mal-kondizzjonijiet, proċeduri u miżuri ta’ sigurtà stabbiliti. Waqt li l-aċċess għal min jużah fi Stati Membri għandu jkun limitat għal awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-aċċess fil-Kummissjoni għandu jkun limitat għas-servizzi kompetenti.

    (14) Billi l-ispejjeż li jistgħu jirriżultaw mill-ħidma tan-network fuq livell tal-Komunità għandhom jiġu pprovdut minn riżorsi tal-Komunità u/jew minn programmi rilevanti tal-Komunità;

    (15) Kull spiża li jkun hemm għat-tħaddim tas-CIWIN f’livell Komunitarju għandha titħallas minn riżorsi Komunitarji u/jew minn programmi Komunitarji rilevanti.

    (16) Peress li l-objettivi ta’ l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolazzjoni ta' sistema konġunta ta’ informazzjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (17) Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta ta’ Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1 Is-suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi sistema sigura ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u twissija – Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN) – bil-għan li tassisti lill-Istati Membri biex jiskambjaw informazzjoni dwar theddidiet, vulnerabbiltajiet u miżuri u strateġiji adatti biex itaffu riskji relatati mas-CIP.

    Artikolu 2 Id-Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    “Infrastruttura kritika” għandha tfisser dawk l-assi, sistemi jew partijiet minnhom li jkunu jinsabu fi Stati Membri li jkunu essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet vitali li jappartienu lis-soċjetà, lis-saħħa, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali ta’ poplu, u li l-isfrattu jew il-qerda tagħhom iħallu impatt sinifikattiv fi Stat Membru bħala riżultat tan-nuqqas taż-żamma ta’ dawk il-funzjonijiet.

    "Stati Membri Partiÿipanti" għandha tfisser l-Istati Membri li jkunu ffirmaw Memorandum ta’ ftehim mal-Kummissjoni.

    "Eżekuttiv tas-CIWIN" għandha tfisser il-punt ta’ kuntatt tas-CIWIN fi Stati Membri rilevanti jew il-Kummissjoni li jiżgura użu adegwat tas-CIWIN u konformità mal-linji gwida ta’ użu fl-Istati Membri rilevanti jew fil-Kummissjoni.

    “Theddida” tfisser kull indikazzjoni, ċirkostanza, jew anke avveniment bil-potenzjal li jinterrompi jew jeqred infrastruttura, jew kwalunkwe element minnha.

    Artikolu 3Parteċipazzjoni

    Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN u l-użu tiegħu jkunu miftuħin għall-Istati Membri kollha. Il-partiċipazzjoni fis-CIWIN tkun bil-kondizzjoni li jkun iffirmat Memorandum ta’ ftehim li jkollu rekwiżiti tekniċi u ta’ sigurtà applikabbli għas-CIWIN, u informazzjoni dwar is-siti li għandhom ikunu konnessi mas-CIWIN.

    Artikolu 4 Funzjonalitajiet

    1. Is-CIWIN għandu jkun magħmul miż-żewġ funzjonalitajiet li ġejjin:

    2. forum elettroniku għas-CIP relatat ma’ skambju ta’ informazzjoni;

    3. funzjonalità ta’ twissija rapida li biha Stati Membri partiċipanti u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jħabbru twissijiet dwar riskji u theddidiet immedjati għal infrastruttura kritika.

    4. Il-forum elettroniku għandu jkun magħmul minn siti fissi u siti dinamiċi.

    Siti fissi għandhom ikunu inklużi fis-sistema fuq bażi permanenti. Waqt li l-kontenut tagħhom jista’ jkun aġġustat, is-siti jistgħu ma jitneħħewx, ma jingħatalhomx isem mill-ġdid jew ma jżdidux siti ġodda. L-Anness I għandu lista ta’ siti fissi.

    Siti dinamiċi għandhom jinħolqu meta jintalbu, u għandhom jaqdu skop speċifiku. L-eżistenza tagħhom għandha tintemm wara li jinkiseb l-iskop inizjali tagħhom. L-Anness II jagħti lista ta’ siti dinamiċi li għandhom jinħolqu malli jitwaqqaf is-CIWIN.

    Artikolu 5Ir-irwol ta' l-Istati Membri

    5. L-Istati Membri partiċipanti għandhom jaħtru Eżekuttiv tas-CIWIN u jinnotifikaw dwaru lill-Kummissjoni . L-Eżekuttiv tas-CIWIN għandu jkun il-firmatarju tal-Memorandum ta’ ftehim, u jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta’ aċċess għas-CIWIN fl-Istati Membri rilevanti.

    6. L-Istati Membri partiċipanti għandhom jagħtu aċċess għas-CIWIN skont il-linji gwida adottati mill-Kummissjoni.

    7. L-Istati Membri partiċipanti għandhom jagħtu informazzjoni rilevanti dwar is-CIP ta’ interess komuni lill-UE u jaġġornawha regolarment.

    Artikolu 6Ir-rwol tal-Kummissjoni

    8. Il-Kummissjoni għandha tidħol responsabbli biex:

    9. għall-iżvilupp tekniku u l-ġestjoni tas-CIWIN, inklużi l-istruttura tal-IT tiegħu u l-elementi għal skambju ta’ informazzjoni;

    10. biex tistabbilixxi linji gwida dwar il-kondizzjonijiet ta’ użu tas-sistema, inklużi l-kunfidenzjalità, trażmissjoni, ħażna, mili u tħassir ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ aċċess sħiħ jew selettiv għas-CIWIN.

    11. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-Eżekuttiv tas-CIWIN, li jkun responsabbli biex jagħti jew jiċħad drittijiet ta’ aċċess għas-CIWIN fil-Kummissjoni.

    12. L-Istati Membri partiċipanti għandhom jagħtu informazzjoni rilevanti dwar is-CIP ta’ interess komuni lill-UE u jaġġornawha regolarment.

    Artikolu 7Is-Sigurtà

    13. Is-CIWIN għandu jkun stabbilit bħala sistema klassifikata ggarantita, u għandu jkun jista’ jimmaniġġa informazzjoni sal-livell RESTREINT UE.

    Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pjattaforma teknoloġika l-aktar adatta għas-CIWIN u l-utenti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti mill-Kummissjoni.

    Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà taċ- CIWIN għandha tiġi aġġornata kif xieraq.

    14. Id-drittijiet ta’ utenti għal aċċess għal dokumenti għandu jkun abbażi ta’ “ħtieġa ta’ tagħrif” u għandhom dejjem jirrispettaw l-istruzzjonijiet speċifiċi tal-awtur dwar il-protezzjoni u d-distribuzzjoni ta’ dokument.

    15. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ta’ sigurtà:

    16. biex ma jħallu lil ebda persuna mhux awtorizzata jkollha aċċess għas-CIWIN;

    17. jiggarantixxi li, fl-użu ta' Eurodac, persuni awtorizzati jkollhom aċċess biss għal informazzjoni li tkun fil-kompetenza tagħhom (kontroll ta' aċċess);

    18. biex ma jħallux data u mezzi li jwasslu data milli jinqraw, ikunu kkupjati, immodifikati jew imħassra minn persuni mhux awtorizzati;

    19. Il-fatt li informazzjoni tittella’ għal ġos-CIWIN m’għandux jaffettwa t-titolu ta’ proprjetà fuq l-informazzjoni konċernata. Utenti awtorizzati għandhom jibqgħu unikament responsabbli għall-informazzjoni li huma jagħtu u għandhom jiżguraw li l-kontenut tagħha jkun għal kollox konformi mal-liġijiet Komunitarji u nazzjonali.

    Artikolu 8Linji gwida għall-utenti

    Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u taġġorna regolarment linja gwida għall-Utenti li jkollhom id-dettalji kollha dwar il-funzjonalitajiet u rwoli tas-CIWIN.

    Artikolu 9 Spejjeż

    L-ispejjeż magħmulin b’rabta mal-operazzjoni, żamma u funzjonament ċentrali tas-CIWIN għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Spejjeż relatati mal-aċċess ta’ utenti għas-CIWIN fi Stati Membri partiċipanti għandhom jitħallsu mill-Istati Membri partiċipanti.

    Artikolu 10Ir-reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tevalwa l-operazzjoni tas-CIWIN kull tliet snin, u għandha tibgħat b’mod regolari rapporti lill-Istati Membri.

    L-ewwel rapport, li għandu jiġi ppreżentat fi żmien tlett snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu, b'mod partikolari, jidentifika dawk l-elementi tan-network tal-Komunità li għandu jiġi mtejjeb jew irranġat. Għandu ukoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 11Data tal-applikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2009.

    Artikolu 12Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    SITI FISSI TAS-CIWIN

    L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 huma dawn li ġejjin:

    20. Siti ta’ Stati Membri, li joffru lil kull Stat Membru l-possibbiltà li joħloq is-sit tiegħu stess fil-portal tas-CIWIN. L-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-kontenut ta’ dan is-sit ikunu r-responsabbiltà unika tal-Istati Membri. Is-sit ikun aċċessibbli esklużivament għal utenti mill-Istati Membri rispettivi.

    21. Siti Settorjali, bi 11-il settur separat: L-industrija tal-kimikċi l-Enerġija; b’rata massima Ikel Is-Saħħa; ICT Industrija taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari; Faċilitajiet għar-riċerka, l-Ispazju, Trasport; u Ilma. Ikun hemm ukoll subsit transettorjali għal temi ġeneriċi u materji ta’ rilevanza għal setturi multipli.

    22. Sit tal-Eżekuttiv tas-CIWIN, li jservi bħala pjattaforma strateġika ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni maħsuba biex tippromwovi u ssaħħaħ ix-xogħol u l-komunikazzjoni fir-rigward tal-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika. Dan is-sit ikun aċċessibbli esklużivament għall-Eżekuttivi tas-CIWIN.

    23. Sit għall-Kooperazzjoni Esterna, li jiffoka fuq it-tkattir tal-għarfien tal-kooperazzjoni esterna dwar il-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika u dwar standards ta’ Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika barra mill-UE.

    24. Direttorju ta’ Kuntatt, biex titħaffef it-tfittxija ta’ utenti oħra tas-CIWIN jew ta’ esperti tal-Protezzjoni ta’ Infrastruttura Teknika.

    ANNESS II

    SITI FISSI TAS-CIWIN

    L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 huma dawn li ġejjin:

    25. Sit ta’ Grupp ta’ ħidma Espert , biex jipprovdi sostenn għall-ħidma ta’ gruppi Esperti tas-CIP;

    26. Sit ta’ Proġett, li jkollu informazzjoni dwar proġetti iffinanzjati mill-Kummissjoni;

    27. Siti ta’ Twissija, li jistgħu jinħolqu fil-każ li tkun attivata twissija fir-RAS, u jikkostitwixxi l-kanal tal komunikazzjoni matul attivitajiet relatati mas-CIP;

    28. Sit ta’ Temi Speċjali, biex jikkonċentraw fuq temi speċifiċi.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Netwerk ta' Informazzjoni ta' Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika (CIWIN)

    2. QAFAS ABM/ABB

    Attività 18.05: Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet

    Għan 2: Ħarsien ta' l-Infrastruttura Kritika

    3. LINJI BAĠITARJI

    3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) inkluż l-intestaturi:

    Il-linja tal-baġit: 18.050800

    Sezzjoni: Prevenzjoni, Tħejjija u Ġestjoni ta’ Konsegwenzi ta’ Terroriżmu

    3.2. It-tul taż-żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Mill-2009 'il quddiem

    3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

    Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    18.050800 | Mhux obblig. | Diff[5] | LE | LE | LE | 3A |

    4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ Nefqa | Taqsima nru. | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | It-total |

    Spiża operattiva[6] |

    L-approprazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | 0,95 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 3,15 |

    L-approprazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | 0,95 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 3,15 |

    Infiq amministrattiv fl-ammont ta' referenza[7] |

    Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn | a+c | 0,95 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 3,15 |

    Approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet | b+c | 0,95 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 0,55 | 3,15 |

    Nefqa amministrattiva mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[8] |

    Riżorsi umani u nefqa relatata (AMD) | 8.2.5. | d | 0,117 | 0,117 | 0,117 | 0,117 | 0,117 | 0,585 |

    Nefqa amministrattiva, minbarra riżorsi umani u nfiq relatat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,075 |

    It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 1,082 | 0,682 | 0,682 | 0,682 | 3,81 |

    IT-TOTAL TAL-AĦ inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 1,082 | 0,682 | 0,682 | 0,682 | 3,81 |

    4.1.2. Il-kompatibilità mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kumpatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista' titlob li jkunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim[9] Interistituzzjonali (jiġifieri l-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

    ( Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju — l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi uffiċjali, impjegati temporanji u esperti) — ara d-dettalji taħt il-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti Annwali | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    L-għadd totali ta’ riżorsi umani | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1. Ħtieġa li għandha tiġi sodisfatta f'medda qasira jew twila ta' żmien

    L-għan speċifiku tas-CIWIN huwa li tkun tista’ ssir koordinazzjoni u kooperazzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika f’livell tal-UE. L-aktar importanti huwa li dan jiżgura skambju garantit u strutturat ta’ informazzjoni u b’hekk dawk li jużawha jitħallew jitgħallmu dwar l-aħjar prattika fi Stati Membri oħra tal-UE b’mod malajr u effiċjenti, u l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw is-sistema ta’ twissija rapida fir-rigward tas-CIP.

    5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħrajn finanzjarji u s-sinerġiji possibbli

    Għalkemm hija r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru li jipproteġi l-infrastruttura kritika fil-ġuriżdizzjoni tiegħu, pjattaforma għall-UE kollha u transkonfinali biex ikun żgurat li tkun tista’ tinkiseb informazzjoni mill-Istati Membri kollha li tkun ta’ benefitċċju għalihom u li tista’ tabilħaqq tkun implimentata biss f’livell tal-UE. Ebda Stat Membru waħdu ma jista’ ji żgura skambju pan-Ewropew ta’ informazzjoni jew l-iskambju ta’ twissijiet rapidi. Huwa, għalhekk, ċar li x-xogħol f’livell tal-UE jipprovdi l-valur miżjud ta’ punti koordinati ta’ informazzjoni li jkunu diġà jistgħu jinkisbu iżda li għandhom mhumiex qed jinqasmu ma’ oħrajn. Approċċ Ewropew biss jista’ jiżgura li Stati Membri li jixtiequ jaqsmu u jirċievu informazzjoni jkunu ttrattati ndaqs, li l-kooperazzjoni ma tiddiskriminax b’mod ġeografiku kontra Stati Membri, u li l-informazzjoni tabilħaqq tasal għand dawk li jixtiequ jirċevuha.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    Is-CIWIN għandu, b’mod partikolari, jistimula l-iżvilupp ta’ miżuri adatti li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw skambju tal-aħjar prattika, kif ukoll ikun mezz ta’ trażmissjoni ta’ theddidiet u twissijiet immedjati b’mod garantit. Is-sistema għandha tiżgura li l-aħjar nies ikollhom l-aħjar informazzjoni fl-aħjar żmien.

    Il-ħolqien tas-CIWIN kien diġà prospettat fil-Komunikazzjoni dwar Programm Ewropew għas-CIP, u s-CIWIN stess bħala għodda tal-IT huwa wieħed mill-għanijiet operazzjonali tal-EPCIP. Madankollu, l-għan operazzjonali sekondarju li s-CIWIN beħsiebu jwettaq jista’ jkun identifikat kif ġej:

    - Li jipprovdi għodda tal-IT li tiffaċilita l-kooperazzjoni tas-CIP bejn l-Istati Membri, li joffri alternattiva effiċjenti u ta’ malajr għal metodi li sikwit jieħdu ż-żmien għal tfittxija ta’ informazzjoni, u li għandu joffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jikkomunikaw direttament u jtellgħu elettronikament informazzjoni li huma jqisu rilevanti.

    5.4. Il-metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Ġestjoni Ċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament b’delegazzjoni lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( entitajiet maħluqa mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( organizzazzjonijiet nazzjonali ta-settur privat/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ( Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

    ( ma' l-Istati Membri

    ( ma' Pajjiżi Terzi

    ( Ġestjoni konġunta ma’ orgainizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Suġġerimenti rilevanti:

    6. SORVELJANZA U VALUTAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    L-indikaturi ta’ progress li ġejjin għandhom jintużaw biex ikun eżaminat il-progress li jkun qed isir mis-CIWIN:

    - L-għadd ta’ Stati Membri li jippartiċipaw fis-sistema tas-CIWIN (mill-anqas 20 Stat Membru għandhom jużawha regolarment biex is-sistema titqies li rnexxiet);

    - Il-livell ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni skambjata (l-Istati Membri qed itellgħu elettronikament biss informazzjoni mhux klassifikata jew qed tittella’ informazzjoni kklassifikata wkoll);

    - Gruppi ta’ esperti tas-CIP qed jużaw is-CIWIN bħala għodda ewlenija għall-iskambju ta’ opinjonijiet biex jiksbu l-għanijiet tagħhom (eż. definizzjoni tal-kriterji biex tkun identifikata infrastruttura kritika f’setturi speċifiċi)?

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

    Wara li jkun intemm il-perjodu ta’ ittestjar (proġett pilota tas-CIWIN) fl-2009, il-Kummissjoni tibgħat kwestjonarji qosra lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex teżamina kemm ikunu sodisfatti bis-sistema u biex tivverifika jekk tikkontribwixxix għall-għanijiet ġenerali tal-inizjattiva tas-CIWIN (u proposti possibbilment għal funzjonalitajiet ġodda jew tħassir ta’ dawk li ma jkunux qed jiffunzjonaw sewwa).

    Barra minn hekk, saret Stima tal-Impatt, li hija mehmuża ma’ din il-proposta.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

    L-arranġament ewlieni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandu jikkonċentra fuq il-prinċipju ta’ “is-sodisfazzjon tal-konsumatur”.

    - Is-sistema funzjonali għandha mbagħad tkun riveduta mill-Kummissjoni kull 3 snin. Il-Kummissjoni għandha ssejjes l-istħarriġ tagħha fuq l-opinjonijiet tal-Istati Membri miksubin fil-laqgħat regolari tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika.

    6.2.3. Termini u frekwenza ta’ valutazzjoni tal-ġejjieni

    Is-CIWIN għandu jkun eżaminat kontra l-indikaturi elenkati fl-intestatura 6.1. wara l-ewwel 3 snin mit-twaqqif tiegħu.

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jiffurmaw parti integrali minn dan ir-Regolament.

    Il-monitoraġġ amministrattiv ta’ kuntratti ħlasijiet għandu jkun ir-responsabbiltà tas-servizz rilevanti tal-Kummissjoni. Kull waħda mill-operazzjonijiet iffinanzjata b’din id-deċiżjoni għandha tkun issorveljata matul l-istadji kollha fiċ-ċiklu tal-proġett mis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. Is-superviżjoni għandha tqis obbligi kuntrattwali, kif ukoll il-prinċipji ta’ analiżi ta’ spiża/benefiċċju u ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    Barra minn hekk, kull ftehim jew kuntratt milħuq skont din id-Deċiżjoni għandhom espressament jipprovdu għall-monitoraġġ tal-infiq awtorizzat skont il-proġetti/programmi u l-implimentazzjoni sewwa ta’ attivitajiet, kif ukoll għall-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u għal verifiki mill-Qorti tal-Awdituri, jekk ikun meħtieġ fuq il-post. Huma għandhom jawtorizzaw lilll-Kummissjoni (OLAF) biex tagħmel kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru. 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqin mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregularitajiet.

    Tingħata attenzjoni partikolari għax-xorta ta’ nfiq (eliġibbiltà ta’ infiq), biex ikunu rrispettati baġits (nfiq attwali) u biex tkun ivverifikata informazzjoni sostantiva u dokumentazzjoni rilevanti (prova ta’ nfiq).

    8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tan-nefqa finazjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    (18) (19) L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[11] (XX 01 01) (20) | (21) AD (22) | (23) 0,5 | (24) 0,5 | (25) 0,5 | (26) 0,5 | (27) 0,5 |

    AST | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 |

    Persunal iffinanzjat[12] mill-Art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor[13] iffinanzjat skont l-art. XX 01 04/05 |

    IT-TOTAL | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

    8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    L-inkarigu prinċipali tal-uffiċjali tal-Kummissjoni se jiffoka fuq ir-rwol tal-Amministratur tal-CIWIN. Għaldaqstant, l-uffiċjali tal-Kummissjoni se jkunu responsabbli għall-konfigurazzjoni tas-soluzzjoni; se jiġġestixxu r-rikjesti għall-ħolqien ta' żoni dinamiċi u se jkunu responsabbli mill-ħolqien ta' żoni dinamiċi u mit-tneħħija ta' żoni mhux użati jew abbandunati. Ir-rwol ta' Amministratur se jkun riżervat lill-Kummissjoni.

    8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi li huma bħalissa allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jiġu estiżi

    ( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

    ( Postijiet li ser jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi li huma meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena kkonċernata

    8.2.4. Nefqa Amministrattiva Oħra inkluża fl-ammont ta' referenza (XX 01 04/05 - In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Il-linja tal-baġit (l-għadd u l-intestatura) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | IT-TOTAL |

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    -intra muros |

    -extra muros |

    It-total tal-assistenza teknika u amministrattiva | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    It-tip ta’ riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0, 117 | 0, 117 | 0,117 | 0,117 | 0,117 |

    Il-persunal iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

    Spiża totali fuq Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,117 | 0,117 | 0,117 | 0,117 | 0,117 |

    Kalkolu – Ufffiċjali u Aġenti Temporanji |

    Ara punt 8.2.1. |

    Kalkolu – Il-persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 |

    NA |

    2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | IT-TOTAL |

    XX 01 02 11 01 — Missjonijiet | 0,01 | 0,01 | 0,01 | 0,01 | 0,01 | 0,05 |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,005 | 0,025 |

    XX 01 02 11 03 — Kumitati[15] | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    XX 01 02 11 04 — Studji u konsultazzjonijiet | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    XX 01 02 11 05 — Sistemi ta’ informazzjoni | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    2 Total Nfiq Ieħor ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    3 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva (speċifika inkluża referenza għal-linja tal-baġit) | NA | NA | NA | NA | NA | NA |

    In-nefqa totali amministrattiva, għajr l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,015 | 0,075 |

    Kalkolu - Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

    NA |

    [1] ĠU C , , p. .

    [2] ĠU C , , p. .

    [3] 14894/04.

    [4] COM (2006) 786 finali.

    [5] Approprjazzjonijiet differenzjati

    [6] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [7] Infiq skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [8] Nefqa skont il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [10] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

    [11] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [12] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [13] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

    [14] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

    [15] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.

    Top