Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0444

    Proposta għal regolament tal-Kunsill Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità

    /* KUMM/2008/0444 finali - CNS 2008/0138 */

    52008PC0444

    Proposta għal regolament tal-Kunsill Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità /* KUMM/2008/0444 finali - CNS 2008/0138 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 9.7.2008

    KUMM(2008) 444 finali

    2008/0138 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    - Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

    Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (minn issa 'l quddiem OR's) jistabbilixxi derogi mill-iskema tad-dħul/ħruġ prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] u mill-projbizzjoni ta' l-użu ta' fondi pubbliċi għall-immodernizzar u t-tiġdid tal-flotta msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd. Id-data ta' l-għeluq ta' dawn id-derogi ġiet estiża għal sena wara l-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-Fond Ewropew tas-Sajd (EFF). Madankollu, l-adozzjoni tard ta' l-istrument ġuridiku tal-Kummissjoni li jippermetti lill-Istati Membri konċernati jitolbu għajnuna mill-Istat, ukoll minħabba l-kapaċità limitata tat-tarzni kien impossibbli li tinżamm id-data ta' l-għeluq għad-dħul fil-flotta tal-bastimenti tas-sajd li jirċievu għajnuna mill-Istat għat-tiġdid mill-31 ta' Diċembru 2008, kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 639/2004.

    L-iskop ta' din il-proposta hu li d-data ta' l-għeluq tiġi estiża b'sena bil-ħsieb li l-Istati Membri konċernati jitħallew jagħmlu użu sħiħ tal-qbil milħuq fl-2006.

    - Il-kuntest ġenerali

    Ir-reġim speċjali ta' l-amministrazzjoni tal-flotot fl-OR's huwa konsegwenza tas-sitwazzjoni strutturali partikulari u ekonomika ta' dawn ir-reġjuni fil-kuntest Komunitarju. L-għarfien ta' l-ispeċifità tal-karatteristiċi ta' l-OR's jonora l-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

    - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    L-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi hi regolata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 tad-9 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxu regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004.

    - Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni

    Mhux applikabbli

    2) IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT

    - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    L-iskambju ta' korrispondenza ma' l-Istati Membri interessati wissa lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar il-problema.

    212

    - Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

    L-użu ta' għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

    - L-istima ta' l-impatt

    Billi l-proposta hi diffiċli ħafna biex tintlaħaq, l-analiżi ta' l-impatt mhix meħtieġa.

    3) L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

    - Sinteżi ta’ l-azzjoni proposta

    L-estensjoni tad-data ta' l-għeluq għad-dħul ta' kapaċità addizzjonali tas-sajd fil-flotta meħtieġa għat-tiġdid jew modernizzar ta' bastimenti bl-użu ta' l-għajnuna pubblika.

    - Il-bażi legali

    L-Artikoli 37 u 299(2) tat-Trattat

    - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. B'hekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    - Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

    Mhux applikabbli.

    - L-għażla ta' strumenti

    L-istrument propost Ir-Regolament jemenda r-regolament eżistenti

    Mezzi oħra ma jkunux xierqa, għar-raġunijiet li ġejjin:

    Mhux applikabbli.

    4) L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

    2008/0138 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    Li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 299(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

    Billi:

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fl-iktar reġjuni periferiċi tal-Komunità[3] jippermetti derogi mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd][4]. Dak l-Artikolu jipprovdi skema ġenerali li tamministra d-dħul mill-flotta u wkoll il-ħruġ mill-flotta.

    (2) L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 jiffissa l-perjodu ta' validità tad-deroga mill-iskema tad-dħul/ħruġ għall-bastimenti mġedda b'għajnuna pubblika. Dak il-perjodu kien oriġinarjament stabbilit għall-31 ta' Diċembru 2007 u mbagħad ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2008 wara l-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2006 rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd.

    (3) L-att tal-Kummissjoni li jippermetti lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħtu għajnuna mill-Istat[5] kien adottat aktar tard milli kien mistenni. Minħabba l-fatt li t-tarzni interessati għandhom kapaċità limitata, implimentazzjoni sħiħa tal-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2006 issir impossibbli qabel id-data ta' l-għeluq tal-31 ta' Diċembru 2008.

    (4) Għalhekk huwa xieraq li d-data ta' l-għeluq għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża għal sena oħra.

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, "il-31 ta' Diċembru 2008" għandu jiġi sostitwit b’ "il-31 ta' Diċembru 2009".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dak tal-publikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] GU C , , p. .

    [2] GU C , , p. .

    [3] ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9. Regolament kif ġie emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 1646/2006 (OJ L 309, 9.11.2006, p. 1).

    [4] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Regolament kif ġie emendat l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) Nru 865/2007 (OJ L 192, 24.7.2007, p. 1).

    [5] Linji gwida għall-eżaminazzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat lis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura (OJ C 84, 3.4.2008, p. 10)

    Top