EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0182(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assocjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

/* KUMM/2008/0182 finali - AVC 2008/0073 */

52008PC0182(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assocjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra /* KUMM/2008/0182 finali - AVC 2008/0073 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.4.2008

KUMM(2008)182 finali

2008/0073 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Bożnja u Ħerzegovina f'isem il-Komunità Ewropea

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Iż-żewġ proposti mehmuża jikkostitwixxu l-istrumenti legali għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (il-FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina min-naħa l-oħra: (i) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill għall-iffirmar tal-Ftehim; (ii) Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim.

2. Fil-21 ta' Novembru 2005 l-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-FSA mal-Bożnja u Ħerzegovina u l-negozjati marbuta mal-FSA tnidew uffiċjalment fil-25 ta' Novembru 2005. In-negozjati twettqu f'konsultazzjoni mill-qrib mal-COWEB u ma' l-Istati Membri ta' l-UE. Id-diskussjonijiet tekniċi ġew iffinalizzati f'Diċembru ta' l-2006. Saru aġġustamenti ulterjuri wara taħditiet ma' l-Istati Membri u t-test finali tal-FSA kien disponibbli f'Mejju 2007.

3. It-titjib fil-kooperazzjoni tal-Bożnja u Ħerzegovina ma' l-ICTY u fil-progress reġistrat matul l-aħħar kwart ta' l-2007 lejn implimentazzjoni tar-riforma tal-korp tal-pulizija ppermetta lill-Kummissjoni tinizjala l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni f'Sarajevo fl-4 ta' Diċembru 2007.

4. Id-deċiżjoni finali biex jiġi ffirmat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tibqa' subordinata għall-eżaminar konġunt li hu previst fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2005 u fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni1 mehmuża magħhom dwar ir-riforma tal-pulizija, il-kooperazzjoni ma' l-ICTY, l-iżvilupp tal-qafas leġiżlattiv u tal-kapaċità amministrattiva u l-leġiżlazzjoni dwar ix-xandir pubbliku. Il-proposta preżenti ma tippreġudikax il-valutazzjoni tal-konformità tal-Bożnja u Ħerzegovina ma’ l-obbligi tagħhom f’dan ir-rigward.

Wara l-adozzjoni tad-Direttivi tan-negozjar f'Novembru 2005, il-Kummissjoni u l-Kunsill iddikjaraw b’mod konġunt li qabel ma jintemmu n-negozjati dwar il-FSA:

- il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-kundizzjonalitajiet politiċi lill-Kunsill u li

- il-Kunsill u l-Kummissjoni jeżaminaw b’mod konġunt il-progress miksub mill-Bożnja u Ħerzegovina.

Konsegwentement, il-Kummissjoni tirrapporta lill-Kunsill, b’mod f’waqtu u skond id-Dikjarazzjoni Konġunta, u teżamina l-progress b’mod konġunt mal-Kunsill qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-iffirmar tal-FSA mal-Bożnja u Ħerzegovina.

5. Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jiffoka fuq l-elementi ewlenin li ġejjin:

6. dispożizzjoni għal djalogu politiku mal-Bożnja u Ħerzegovina;

7. dispożizzjonijiet għal kooperazzjoni reġjonali mtejba, inklużi dispożizzjonijiet dwar żoni ta’ kummerċ ħieles bejn il-pajjiżi tar-reġjun;

8. il-perspettiva tal-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles bejn il-Komunità u l-Bożnja u Ħerzegovina fi żmien ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim;

9. dispożizzjonijiet għall-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-libertà ta’ stabbiliment, il-forniment ta’ servizzi, ħlasijiet kurrenti u moviment tal-kapital;

10. l-impenn min-naħa tal-Bożnja u Ħerzegovina biex tqarreb il-leġiżlazzjoni tagħha lejn dik tal-KE, speċjalment f’żoni ewlenin tas-suq intern;

11. dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni mal-Bożnja u Ħerzegovina f’firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà.

12. dispożizzjoni għall-ħolqien ta' Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim, ta’ Kumitat ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u Kumitat Parlamentari ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

6. Il-konċessjonijiet kummerċjali mogħtija bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2000/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi miżuri kummerċjali eċċezzjonali għall-pajjiżi u t-territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, jew li huma marbuta miegħu, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/20002 ser ikomplu japplikaw, b’mod parallel mal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

7. Il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex jagħti l-approvazzjoni finali tiegħu għat-test tal-FSA u biex jinfetħu l-proċeduri għall-iffirmar u l-konklużjoni ta' dan il-Ftehim fuq il-bażi taż-żewġ proposti mehmuża.

8. Il-proċeduri għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim huma differenti għaż-żewġ Komunitajiet Ewropej: (il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar L-Enerġija Atomika):

a) rigward l-iffirmar, l-ewwel inċiż ta' l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) tat-Trattat tal-KE jipprovdi għal Deċiżjoni tal-Kunsill separata rigward l-iffirmar tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea; atti simili m’humiex meħtieġa taħt it-Trattat tal-KEEA

b) rigward il-konklużjoni tal-Ftehim:

- Il-Kunsill jikkonkludi l-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea, wara li jirċievi l-kunsens tal-Parlament Ewropew, bis-saħħa ta' l-Artikolu 310 tat-Trattat;

- Il-Kunsill japprova l-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika bis-saħħa ta’ l-Artikolu 101 tat-Trattat ta’ l-EAEC u l-Ftehim huwa mbagħad konkluż mill-Kummissjoni;

9. B’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill sabiex jiddeċiedi, meta l-Kunsill u l-Kummissjoni jiffinalizzaw eżaminar konġunt pożittiv tal-kundizzjonalitajiet politiiċi kif imsemmi fil-paragrafu 4,

(i) jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea

(ii) jikkonkludu l-Ftehim f’isem il-Komunità Ewropea u jagħtu l-approvazzjoni għall-konklużjoni mill-EURATOM.

Ir-ratifika mill-Istati Membri kollha hija prerekwiżit għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Bożnja u Ħerzegovina f'isem il-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 310 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni3,

Billi:

13. In-negozjati mal-Bożnja u Ħerzegovina dwar il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina , min-naħa l-oħra, ġew mitmuma.

14. Id-dispożizzjonijiet kummerċjali li hemm fil-Ftehim huma ta' natura eċċezzjonali konnessi mal-politika implimentata fi ħdan il-qafas tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u ma jikkostitwixxu, għall-Unjoni Ewropea, ebda preċedent fil-politika kummerċjali tal-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi apparti dawk tal-Balkani tal-Punent.

15. Suġġett għal konklużjoni possibbli aktar tard, il-Ftehim inizjalat f'Sarajevo fl-4 ta’ Diċembru 2007 għandu għalhekk jiġi ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Soġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar persuni bis-setgħa li jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra.

Magħmul fi

Għall-Kunsill

Il-President

2008/0073 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-Artikolu 310 tiegħu flimkien ma' l-aħħar sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-qbil tal-Parlament Ewropew4,

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill mogħtija skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi

(1) Il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea, fi […] nhar [...], suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. […]/[…]/KE ta' […]5.

(2) Id-dispożizzjonijiet kummerċjali li jinsabu f'dan il-Ftehim huma ta' natura eċċezzjonali għall-Unjoni Ewropea, b'konnessjoni mal-politika implementata fil-qafas tal-proċess ta' l-istabbilizzazzjoni u l-assoċjazzjoni u ma jsawru l-ebda preċedent fil-politika kummerċjali tal-Komunità b'rigward il-pajjiżi terzi barra mill-Istati Balkani tal-Punent.

(3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, l-Annessi u l-Protokolli annessi miegħu, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti u d-dikjarazzjoni mill-Komunità mehmuża ma' l-Att Finali, huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

It-testi msemmija fl-ewwel paragrafu huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fi ħdan il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni meta dan ta' l-aħħar jingħata s-setgħa sabiex jaġixxi mill-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tiġi ddeterminata mill-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jew, fejn ikun xieraq, mill-Kummissjoni, kull wieħed skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattati.

2. Il-President tal-Kunsill għandu, skond l-Artikolu 117 tal-Ftehim, jippresiedi fuq il-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jippresiedi fuq il-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, skond ir-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

3. Id-deċiżjoni biex ikunu ppubblikati d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni u l-Kumitat ta' l-Istabbilizzazzjoni u l-Assoċjazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tittieħed mill-Kunsill u mill-Kummissjoni rispettivament skond il-każ.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa, f'isem il-Komunità Ewropea, li jiddepożitaw l-att ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 135 tal-Ftehim. Il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita l-imsemmi att ta' approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

Magħmul fi

Għall-Kunsill Għall-Kummissjoni

Il-President Il-President

1 14364/05 Limite

2 ĠU L240, 23/9/2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1946/2005 (ĠU L312, 29.11.2005, p.1).

3 ĠU C [...], [...], p. [...].

4 ĠU C [...], [...], p. [...].

5 ĠU C [...], [...], p. [...].

Top