Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0152

    Proposal for a deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali Ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill skond paragrafu 48 tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

    /* KUMM/2008/0152 finali */

    52008PC0152

    Proposal for a deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali Ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill skond paragrafu 48 tal-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 /* KUMM/2008/0152 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 14.3.2008

    KUMM(2008) 152 finali

    Proposal for a

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali Ippreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill skond paragrafu 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Il-Punti 18 u 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 jipprovdu lill-Kummissjoni tippreżenta ż-żewġ dirgħajn tal-proposti ta' l-awtorità baġitarja għall-aġġustamenti fl-istruttura finanzjarja kkunsidrati meħtieġa fid-dawl ta’ l-implimentazzjoni.

    Din il-proċedura tinvolvi:

    - L-aġġustament tat-total ta' l-approrjazzjonijiet għall-ħlas biex tassigura, fid-dawl tal-ħtiġijiet, progressjoni ordinata relatata ma' l-approprjazzjonijiet għall-impenji (il-punt 18);

    - fil-każ ta’ l-adozzjoni wara l-1 ta’ Jannar 2007 tar-regoli jew programmi ġodda li jiggvernaw il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, l-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd, iż-żewġ dirgħajn ta’ l-awtorità baġitarja jimpenjaw irwieħhom li jawtorizzaw, wara proposta mill-Kummissjoni, it-trasferiment għas-snin sussegwenti, lil'hinn mill-ammonti massimi ta’ nfiq korrispondenti, ta’ allokazzjonijiet mhux użati fl-2007 (punt 48).

    L-eżaminazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni fis-sena 2007 minn dawn iż-żewġ lati qanqlitha tippreżenta l-proposta li ġejja għall-aġġustament tal-qafas finanzjarju fir-rigward tal-punt 48 lill-awtorità baġitarja. Il-proposta preżenti li tieħu kont ta' l-implimentazzjoni se tiġi applikata fuq il-limiti ta' l-infiq bil-prezzijiet attwali.

    Iżjed minn hekk, il-punt 16 tal-Ftehim Interistituzzjonali jiddikjara li kull sena l-Kummissjoni se tagħmel, qabel il-proċedura baġitarja għas-sena n+1, aġġustament tekniku lill-qafas finanzjarju li jaqbel mal-movimenti fid-dħul gross nazzjonali (DGN) ta' l-UE u l-prezzijiet u tikkomunika r-riżultati liż-żewġ dirgħajn ta' l-awtorità baġitarja F'dak li jirrigwarda l-prezzijiet, il-limiti ta' l-infiq bi prezzijiet kurrenti huma stabbiliti bl-użu ta' deflatur fiss ta' 2 % previsti fil-punt 16 tal-Ftehim Interistituzzjonali. F'dak li jirrigwarda l-movimenti tal-DGN, il-proposta preżenti tinkludi l-aħħar tbassir ekonomiku disponibbli.

    1. AġġUSTAMENT TA’ FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEżJONI, ŻVILUPP RURALI U L-FOND EWROPEW GħAS-SAJD FID-DAWL TAċ-ċIRKOSTANZI TA’ L-IMPLIMENTAZZJONI TAGħHOM (PUNT 48)

    Taħt il-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali, fil-każ ta’ l-adozzjoni wara l-1 ta’ Jannar 2007 tar-regoli jew programmi ġodda li jiggvernaw il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, Żvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd, iż-żewġ dirgħajn ta’ l-awtorità baġitarja jimpenjaw irwieħhom li jawtorizzaw, wara proposta mill-Kummissjoni, it-trasferiment għas-snin sussegwenti, lil hinn mill-ammonti massimi ta’ nfiq korrispondenti, ta’ allokazzjonijiet mhux użati fl-2007.

    1.1. L-ambitu tal-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali

    Il-Ftehim Interistituzzjonali jistabilixxi l-prinċipju li t-trasferiment huwa limitat għall-allokazzjonijiet mhux użati għall-ewwel sena tal-qafas finanzjarju.

    It-trasferiment japplika għall-programmi mħallsin mill-Fondi Strutturali (Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Ewropew ta' l-Agrikoltura għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd. It-trasferiment japplika wkoll għall-kontribut tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali lill-programmi transkonfinali u dawk għall-baċin ta' l-ibħra taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinanza u Sħubija (IVSE) u għall-Programmi Transkonfinali ta' l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni (SQA). Dawn ta' l-aħħar jibqgħu taħt id-dixxiplina tal-Fondi Strutturali u l-ammonti involuti se jkunu disponibbli għal darba oħra għall-Istati Membri fil-każ ta' dewmien fis-sottomissjoni tal-programmi rispettivi[1].

    1.2. Proposta tat-trasferiment ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji mill- 2007 għas-snin tal-futur (it-Tabella 1).

    L-approprjazzjonijiet għall-impenji li jammontaw għal EUR 2 034 miljun skadew fl-2007, jiġifieri ma kinux implimentati fl-2007 u ma nġarrux 'l quddiem għall-2008. Dan l-ammont jikkorrispondi għall-allokazzjoni ta’ l-2007 ta’ 45 Programmi Operattivi li ma setgħux jiġu adottati fl-2007, l-iktar minħabba li damu ma ġew sottomessi lill-Kummissjoni. It-tabella ta' hawn isfel turi d-distribuzzjoni bil-Fond tal-programmi li damu.

    [pic]

    Huwa ċar li d-dewmien fil-programmi tal-bidu għall-perjodu 2007-2013 naqas f'daqqa meta mqabbel mal-perjodu 2000-2006. Kif muri fit-tabella tat-tqabbil hawn isfel l-ammont li jrid jerġa' jiġi riprogrammat għas-snin ta' wara naqas minn 20% għal 3%.

    [pic][pic] [pic]

    72% tar-ripprogrammar li jinħtieġ huwa dovut minħabba dewmien fil-programmi għall-Iżvilupp Rurali. Diversi aspetti partikolari ta' l-ipprogrammar ta’ l-iżvilupp rurali taqqlu l-proċedura ta' approvazzjoni tiegħu meta mqabbla ma’ dik tal-programmi ta’ Koeżjoni. L-ewwelnett, il-programmar ta’ l-iżvilupp rurali jinżel fil-livell tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali, u hija meħtieġa informazzjoni pjuttost dettaljata, pereżempju dwar l-aspetti ambjentali. It-tieni, kull programm huwa sottomess għall-approvazzjoni mill-Kumitat ta' l-Iżvilupp Rurali qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. It-tieletnett, numru sinifikanti ta’ programmi kienu sottomessi biss lill-Kummissjoni fit-tieni nofs ta’ l-2007, li sa certu punt seta' ġie influwenzat bl-inċertezza ta' l-eżitu tan-negozjati dwar il-modulazzjoni volontarja fl-ewwel parti ta' l-2007. Finalment, fatturi oħra (bhar-restrizzjonijiet istituzzjonali nazzjonali u n-nuqqas ta' esperjenza preċedenti fl-iprogrammar) setgħu wkoll ikkontribwew għall-preżentazzjoni tard ta' l-abbozz ta' programmi u/jew dewmien fil-kjarifiki mitluba mill-Kummissjoni.

    Id-dewmien fl-ipprogrammar ta’ l-ERDF kien ikkawżat l-iktar minħabba li l-programmi involuti damu ma ġew sottomessi. F’xi każijiet, il-kontenut tagħhom kien jeħtieġ iktar negozjati biex titjieb il-konsistenza ma’ l-objettivi tal-Komunità. In-negozjati dwar erba’ programmi IPA mdewma qed javvanzaw bil-mod, peress li n-negozjati li jinvolvu diversi pajjiżi (uħud minnhom pajjiżi terzi) inevitabbilment huma iktar kumplessi. L-istess tip ta' diffikultajiet effettwaw il-programmi ta' l-ENPI, li minnhom dak tal-Baħar Baltiku biss ġie sottomess u adottat fl-2007.

    Ħafna programmi EFF ġew sottomessi pjuttost tard ukoll (eż. Diċembru 2007) u dan għamilha impossibbli li l-programmi jiġu adottati fl-2007.

    Tabella 1a fl-Anness tagħti stampa kompleta tas- sottoimplimentazzjoni fl-2007 skond l-oġġettiv u l-Fond. L-ammont ta' l-approprjazzjonijiet sottoimplimentati kien ta' EUR 3 525 miljun. Minn dawn, EUR 1 491 miljun inġarru 'l quddiem għas-sena 2008, peress li l-istadji preliminari tal-proċedura ta' l-impenn kienu diġà lesti sa l-aħħar ta' l-2007. Dan ħalla EUR 2 034 miljun, u qiegħda ssir proposta hawnhekk biex dawn jiġu trasferiti, taħt il-punt 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali, għas-snin ta' wara l-perjodu tal-ipprogrammar.

    It-tabella li ġejja turi r-riprogrammar propost għall-intestatura 1B u l-intestatura titolu 2[2]

    [pic]

    Il-pofil huwa kemmxejn ikkonċentrat kollu fuq il-bidu, iżda l-ammonti huma żgħar meta mqabblin mad-daqs tal-pakketti annwali.

    Iżjed minn hekk, it-tabella 1b tagħti dettal skond il-fond u l-użu ta' klassifika ta' sena wara l-oħra fejn ġie propost it-trasferiment.

    1.3. L-effett tat-trasferimenti proposti fil-livell ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti għall-ħlasijiet.

    Il-programmar taħt is-subintestatura 1b m’għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-profil mistenni tal-ħlasijiet matul is-sena. Għal programmi ta' l-Iżvilupp Rurali (l-intestatura 2) ir-riprogrammar iżid il-ħlasijiet mistennija fl-2008 b'EUR 1 014 miljun, ammont li oriġinarjament kien ġie previst għall-2007. L-impatt għall-2009-2013 se jkun marġinali.

    Fid-dawl tal-fatt li l-baġit ta' l-2008 jħalli marġni suffiċjenti taħt il-limiti tal-qafas fananzjarju, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-ħtieġa għall-proposta ta' aġġustament tal-limiti tal-approprjazzjonijiet għall-ħlas minħabba r-riprogrammar propost taħt il-punt 48 tat-IIA.

    2. IL-MANTENIMENT TAL-PROGRESSJONI ORDINATA BEJN L-APPROPRJAZZJONIJIET TAL-ħLAS U L-APPROPRJAZZJONIJIET GħALL-IMPENJI (IL-PUNT 18)

    Wieħed mill-għanijiet tal-qafas finanzjarju huwa li jassigura l-progressjoni ordinata bejn l-impenji u l-ħlasijiet. Ir-relazzjoni ġiet stabbilita għal tul ta' żmien tal-qafas finazjarju fuq il-bażi ta' numru ta' ipoteżi, li ġew ikkomunikati liż-żewġ dirgħajn ta' l-awtorità baġitarja f'Mejju 2005. Il-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet fil-qafas finanzjarju ta' l-2007-2013 kien ibbażat fuq metodoloġija. Il-Kummissjoni se terġa tezamina dawn l-ipoteżi fl-2010 skond it-termini ta' punt 19 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    Il-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali jobbliga l-Kummissjoni tifli l-limitu globali għall-approprjazzjonijiet tal-ħlas, li ġie stabbilit meta tfassal il-qafas finanzjarju, kontra l-eżekuzzjoni tal-baġit għall-2007 u l-baġit għall-2008 u biex tagħmel xi aġġustamenti li huma meħtieġa.

    Il-profil ta' l-approprjazzjonijiet globali għall-ħlasijiet li rriżultaw minn dawn l-ipotesi laħaq quċċata fl-2008, li ġiet segwita minn tnaqqis fl-2009. Il-quċċata fis-sena 2008 ntlaħqet l-iżjed minħabba konċentrament ta' ħlasijiet previsti marbutin ma' rikba bejn il-fażi finali tal-perjodu ta' l-ipprogrammar tas-sena 2000-2006 u l-fażi tal-bidu tal-perjodu bejn is-sena 2007-2013 għall-azzjonijet strutturali. Kien mistenni li l-ħlasijiet se jonqsu b'mod sostanzjali fl-2009 minħabba naqsa drammatika fir-rimborsi tal-programm ta' l-2000-2006, li kien mistenni jegħleb iż-żieda tar-rimborsi fuq il-programm ta' l-2007-2013.

    L-evalwazzjonijiet kurrenti għall-approprjazzjonijiet għall-ħlas m'ghandux ghalfejn jaġġusta l-limitu tal-ħlasijiet eżistenti għall-2009. Skond l-aħħar stimi għall-operazzjonijiet strutturali magħmulin minn servizzi tal-politika reġjonali, ħlasijiet huma kompatibbli bis-sħiħ mal-limitu tal-ħlas eżistenti. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni ma tarax il-bżonn li tippreżenta issa proposta li taġġusta l-limitu għall-apprpjazzjonjiet għall-ħlas għas-sena 2009. Naturalment, se tibqa' tissorvelja bir-reqqa l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tirfina l-istimi tal-ħlasijiet fil-baġit preliminari ta' l-2009, għall-operazzjonijiet strutturali u għall-intestaturi l-oħrajn kollha, biex iqabblu mal-prinċipji dixxiplinarji tal-baġit u b'kunsiderazzjoni li għandu jinżamm marġni suffiċjenti għall-ġrajjiet mhux previsti.

    Tabella 1: l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali fis-sena 2007- Trasferiment ta' l-allokazzjonijiet mhux użati [pic]

    [pic]

    3. L-AġġUSTAMENT TEKNIKU TAL-QAFAS FINANZJARJU GħAS-SENA 2009 LI JAQBEL MAL-MOVIMENTI TAD-DGN (PUNT 16)

    It-Tabella 2 turi l-qafas finanzjarju għas-27 ta' l-UE u tieħu kont ta' l-implimentazzjoni u l-aġġustament għas-sena 2009 (jiġifieri bil-prezzijiet attwali u espressi bħala perċentwal tadDGN bl-użu ta' l-aħħar tbassir ekonomiku disponibbli).

    3.1. Ċifra totali għad-DGN

    Skond l-aħħar previżjoni disponibbli, id-DGN għall-2008 huwa stabbilit għal € 13,129 biljun fi prezzijiet kurrenti għall-UE-27 (u għal € 12,547 biljun għall-2007).

    Għas-snin sussegwenti (2010-2013) id-DGN ta' l-UE-27 ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-projezzjonijiet interni tal-Kummissjoni għar-rata tat-tkabbir ekonomiku annwali f'termini reali. Dawn il-projezzjonijiet huma indikattivi u se jiġu aġġornati kull sena fuq il-bazi ta' l-aħħar previżjonijiet ekonomiċi disponibbli.

    3.2. Ir-riżultati ewlenin ta' l-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju għall-2009)

    Il-limitu totali fuq l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn għas-sena 2009, meta ssir kunsiderazzjoni ta' l-implimentazzjoni (jiġifieri EUR 136 211 miljun) huwa ta' 1.04% tad-DGN

    Il-limitu globali rispettiv għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (€ 123,858 miljun) huwa ekwivalenti għal 0.94 % tad-DGN. Fuq il-bażi tat-tbassir ekonomiku attwali, dan iħalli marġni taħt il-limitu tar-riżorsi proprji ta' € 38,941 miljun (0.30 % tad-DGN għall-UE-27).

    3.3. Elementi oħrajn marbuta ma' l-aġġustament tekniku

    Intestatura 5 (Amministrazzjoni)

    Fil-każ ta' l-intestatura 5, in-nota tal-qiegħ għall-perspettiva finanzjarja tistqarr li ċ-ċifri għall-pensjonijiet inklużi taħt il-limitu għal din l-intestatura għandhom jinħadmu netti mill-kontribuzzjonijiet ta' l-impjegati għall-iskema tal-pensjonijiet, sa massimu ta' € 500 miljun (fi prezzijiet ta' l-2004) għall-perjodu 2007-2013. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata li qed timponi limitu doppju fuq l-ammonti mnaqqsa min-nefqa fuq il-pensjonijiet meta jiġi applikat il-limitu massimu ta' l-intestatura.

    - Dan l-ammont ma jistax jaqbeż il-kontribuzzjonijiet attwalment inklużi bħala dħul tal-baġit fi kwalunkwe sena partikolari;

    - It-total akkumulat tad-deduzzjonijiet għall-perjodu 2007-2013 jista' ma' jkunx iżjed minn EUR 500 miljun bil-prezzijiet kostanti tas-sena 2004.

    In-natura rikorrenti tan-nefqa amministrattiva timponi li l-aktar limitu baxx jiġi adottat kull sena sabiex jiġi evitat li jintuża marġni fil-bidu tal-perjodu li mbagħad ma jkunx għal kollox disponibbli. Fl-2009, l-ammont li għandu jitnaqqas huwa ta' € 78.0 miljun fi prezzijiet kurrenti.

    Partiti ta' nfiq barra mill-qafas finanzjarju 2007-2013

    Numru ta' strumenti huma disponibbli barra mil-limiti ta' l-infiq miftiehma fil-qafas finanzjarju 2007-2013. Dawn l-istrumenti għandhom l-għan li jipprovdu reazzjoni rapida għal żviluppi eċċezzjonali jew mhux previsti, u jipprovdu xi flessibilità lilhinn mil-limiti miftiehma ta' l-infiq fi ħdan ċerti limiti:

    - Ir-riserva ta' l-Għajnuna ta' l-Emerġenza, li tista' tiġi mobilizzata sa ammont massimu ta' EUR 221.0 miljun kull sena bil-prezzijiet kostanti tas-sena 2004, jew EUR 244.0 miljun bil-prezzijiet attwali;

    - Il-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE, li l-ammont massimu tiegħu fi prezzijiet kurrenti huwa ta' € 1 biljun;

    - L-Istrument tal-Flessibilità, b'ammont annwali massimu fi prezzijiet kurrenti ta' € 200 miljun, flimkien ma' porzjon mill-ammonti annwali mhux użati għas-snin 2005, 2006 u 2007, li jistgħu jiġu trasferiti 'l quddiem għas-sena 2009;

    Minbarra dan, se jkun possibbli li jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew għall-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) sa massimu ta' € 500 miljun fis-sena fi prezzijiet kurrenti billi jiġi użat kwalunkwe marġini eżistenti taħt il-limitu massimu globali għall-approprazzjonijiet għall-impenji tas-sena ta' qabel, u/jew impenji mħassra mis-sentejn ta' qabel (minbarra dawk li jirrigwardaw l-intestatura 1b). Għas-sena 2009, huma ssodisfati l-kundizzjonijiet sabiex tiddaħħal il-proviżjoni ta' € 500 miljun fil-baġit.

    Operazzjonijiet barra l-baġit u r-riżorsi proprji

    Ir-raba' subparagrafu tal-Punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali jiddikjara li l-informazzjoni li tirrigwarda l-operazzjonijiet mhux inklużi fil-baġit ġenerali u l-iżvilupp prevedibbli tal-kategoriji differenti tar-riżorsi proprji għandha tiġi ppreżentata f'tabelli, bħala indikazzjoni, u aġġornata kull sena meta jsir l-aġġustament tekniku għall-qafas finanzjarju.

    Dan it-tagħrif, aġġornat biex jaqbel ma' l-aħħar estimi disponibbli, huwa mfisser fit-Tabelli 3. Hija tkopri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) u l-istruttura tar-riżorsi proprji.

    TABELLA 2: QAFAS FINANZJARJU 2007-2013 f'prezzijiet attwali

    [pic]

    TABELLA 3: PROGRAMM INDIKATTIV TA' L-INFIQ LI MHUX INKLUŻ FIL-BAĠIT ĠENERALI U X-XEJRA PROSPETTIVA FIR-RIŻORSI PROPRJI DIFFERENTI

    [pic]

    Proposal for a

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li temenda l-ftehim interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali

    IL-PARLAMENT EWROPEW U IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[3] , u b'mod partikulari l-punt 48 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,[4]

    Billi:

    (1) Bħala riżultat tad-dewmien fl-adozzjoni ta' xi programmi operattivi ta' l-intestaturi 1b u 2, EUR 2 034 miljun ta' l-allokazzjoni prevista fil-Fondi Strutturali, għall-Fond ta' Koeżjoni, ta' l-Iżvilupp Rurali u għall-Fond Ewropew għas-Sajd ma setgħux jiġu impenjati fis-sena 2007 u lanqas jiġu trasferiti għas-sena 2008. Taħt il-paragrafu 48 tal-Ftehim Interistituzzjonali, dan l-ammont għandu jiġi trasferit għas-snin finanzjarji ta' wara billi jiżdiedu l-limiti ta' l-infiq korrispondenti għall-approprjazzjonijiet għall-impenji.

    (2) L-Anness I tal-Ftehim Interistizzuzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod għandha għalhekk tiġi emendata[5],

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artiklu uniku

    L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja fis-sod huwa ssostitwit mill-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

    [pic]

    [1] B'konformità ma' l-Artikolu 21(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006

    [2] L-ammonti f'din it-tabella qegħdin espressi f'euro għaliex l-ipprogrammar fl-intestatura 1b, l-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd huma f'euro. Iżda, l-aġġustament tal-limiti ta' nfiq annwali tal-Qafas Finanzjarju huwa espress f'miljuni ta' euro, li jinvolvi t-tqarrib sa’ l-eqreb numru sħiħ.

    [3] ĠU C 139, 14,6.2006, p,1 kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2007 li tmenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, ĠU L 6, 10.1.2008, p.7.

    [4] ĠU COM xxx, xx.xx.2008

    [5] Għal dan l-iskop, il-figuri bil-prezzijiet attwali huma maqluba għall-prezzijiet ta' l-2004.

    Top