This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0635
Accounting requirements as regards medium-sized companies European Parliament resolution of 18 December 2008 on accounting requirements as regards small and medium-sized companies, particularly micro-entities
Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikulari l-mikroentitajiet
Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta’ daqs medju, b’mod partikulari l-mikroentitajiet
ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 58–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 45/58 |
Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju
P6_TA(2008)0635
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari l-mikroentitajiet
(2010/C 45 E/10)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 192(2) u 232(2) tat-Trattat KE, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Qafas dwar ir-Relazzjonijiet ta' bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2005 (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ambjent kummerċjali għall-kumpaniji ssimplifikat fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, tal-kontabilità u tal-verifika (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” — “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008)0394), |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi tal-10 ta' Lulju 2008 bit-titolu 'Tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; qasam ta' prijorità il-liġi tal-kumpaniji / kontijiet annwali, |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2008/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir rigward ta' ċerti rekwiżiti tal-iżvelar għall-kumpaniji ta' daqs medju u dwar l-obbligu li jitfasslu kontijiet konsolidati (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward ta' kumpaniji ta' daqs medju li saret lill-Parlament matul is-seduta kurrenti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
A. |
billi r-regoli eżistenti tal-kontabilità stabbiliti mir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażati fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċertu tipi ta' kumpaniji (4) (ir-Raba Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) u s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (5) (is-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) spiss huma ta' piż kbir għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u b'mod partikulari għall-mikroentitajiet (kumpaniji żgħar ħafna), |
B. |
billi l-Grupp ta' Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi fl-opinjoni tiegħu msemmija hawn fuq diġà stieden lill-Kummissjoni biex teżenta lill-mikroentitajiet mid-direttivi tal-kontabilità, |
1. Ifakkar lill-Kummissjoni li, filwaqt li sistema ta' kontabilità li tkun koerenti u armonizzata fl-Unjoni Ewropea tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan is-suq intern, mikroentitajiet huma mgħobbija wisq minn regoli eżistenti tal-kontabilità, li dawn jistgħu, pereżempju, ikunu bejjiegħa bl-imnut żgħar jew negozji tal-artiġjanat, li jekk dawk il-kumpaniji huma attivi prinċipalment fi ħdan Stat Membru wieħed fuq livell lokali jew reġjonali m'għandhom l-ebda impatt transkonfinali fuq is-suq intern jew fuq il-kompetizzjoni fi ħdan l-UE u li għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li jeżentaw totalment jew parzjalment lil dawk il-kumpaniji minn obbligi statutorji ta' kontabilità;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun tippermetti l-Istati Membri li jeżentaw mill-iskop tar-Raba' u s-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpanija lil dawk l-impriżi li fuq il-bażi tad-dejta tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
— |
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 500 000 |
— |
fatturat nett: EUR 1 000 000 |
— |
għadd medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: 10 |
jekk l-attivitajiet kummerċjali ta' dawn il-kumpaniji huma mmexxija f'livell lokali jew reġjonali fi ħdan Stat Membru wieħed;
3. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jkunu mqanqla s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji u b'mod partikulari tar-regoli tal-kontabilità fi ħdan is-suq intern, biex tkompli bl-isforzi tagħha fl-eżami mill-ġdid tar-raba' direttiva u tas-seba' direttiva tal-liġi tal-kumpaniji u biex tippreżenta qafas ta' kontabilità Ewropew uniformi qabel tmiem l-2009; ifakkar lill-Kummissjoni li standard uniformi se jnaqqas il-piż amministrattiv għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju kollha u se jżid it-trasparenza għall-partijiet interessati relevanti kollha u li s-simplifikazzjoni għandha tingħata spinta qawwija wkoll minn introduzzjoni Ewropea strutturata tal-XBRL (Lingwaġġ ta' Rappurtar Kummerċjali Estensibbli);
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
(1) ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 125.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0220.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0631.
(4) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.
(5) ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.