This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008HB0001
Recommendation of the European Central Bank of 28 January 2008 to the Council of the European Union on the external auditors of Suomen Pankki (ECB/2008/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta' Jannar 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2008/1)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 28 ta' Jannar 2008 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2008/1)
ĠU C 29, 1.2.2008, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 29/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta' Jannar 2008
lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki
(BĊE/2008/1)
(2008/C 29/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosistema huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat ta' l-awdituri esterni ta' bħalissa tas-Suomen Pankki jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2007. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2008. |
(3) |
Is-Suomen Pankki għażel lill-KPMG Oy Ab bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li KPMG Oy Ab għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2008 sa 2012.
Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-28 ta' Jannar 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET