Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0096

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill - Proċedura anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' l-alkoħol polyvinyl (PVA) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

/* KUMM/2008/0096 finali */

52008DC0096




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.2.2008

KUMM(2008) 96 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Proċedura anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' l-alkoħol polyvinyl (PVA) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Proċedura anti-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet ta' l-alkoħol polyvinyl (PVA) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan

Dan ir-rapport sar skond l-Artikolu 9.2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005, ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

L-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament jistipula dan li ġej:

"Tmiem mingħajr miżuri; impożizzjoni ta' dazji definittivi

1. Meta l-ilment jiġi rtirat, il-proċediment jista' jintemm sakemm dan it-tmiem ma jkunx kontra l-interess Komunitarju.

2. Meta, wara konsultazzjoni, ma jkunux meħtieġa miżuri protettivi u ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni jew il-proċediment għandu jintemm. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta mingħajr dewmien lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-konsultazzjoni, flimkien ma' proposta biex il-proċediment jiġi mitmum. Il-proċediment għandu jitqies bħala mitmum jekk, fi żmien xahar, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, ma jkunx iddeċieda mod ieħor". ( enfasi miżjud ).

Wara konsultazzjonijiet dwar il-proposta ta' terminazzjoni tal-proċediment, tressqu oġġezzjonijiet fil-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta biex jintemm il-każ u d-dettalji dwar il-konsultazzjoni jidhru fl-annessi.

Annessi:

3. Sommarju ta' l-opinjonijiet provduti matul u wara l-laqgħa tal-Kumitat tal-Pariri (bl-Ingliż).

4. Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-raġunijiet għat-tmiem tal-proċediment in kwestjoni.

Top