Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0011

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-ewwel valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija kif meħtieġ mid-direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija - Nimxu 'l-quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti ta’ l-enerġija

    /* KUMM/2008/0011 finali */

    52008DC0011

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-ewwel valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija kif meħtieġ mid-direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija - Nimxu 'l-quddiem flimkien għal użu aktar effiċjenti ta’ l-enerġija /* KUMM/2008/0011 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 23.1.2008

    KUMM(2008) 11 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    DWAR L-EWWEL VALUTAZZJONI TA’ PJANIJIET TA’ AZZJONI NAZZJONALI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA KIF MEĦTIEĠ MID-DIRETTIVA 2006/32/KE DWAR EFFIĊJENZA FL-UŻU FINALI TA’ L-ENERĠIJA U DWAR SERVIZZI TA’ ENERĠIJA NIMXU 'L-QUDDIEM FLIMKIEN GĦAL UŻU AKTAR EFFIĊJENTI TA’ L-ENERĠIJA

    WERREJ

    1. L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA U D-DIRETTIVA DWAR SERVIZZI TA’ L-ENERĠIJA FL-AMBITU TAL-POLITIKA INTEGRATA TA’ L-UE DWAR IL-KLIMA U L-ENERĠIJA 3

    2. ID-DIRETTIVA DWAR IS-SERVIZZI TA’ L-ENERĠIJA – L-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHA SA LLUM 5

    3. PJANIJIET TA’ AZZJONI NAZZJONALI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA – L-EWWEL VALUTAZZJONI 6

    4. NIMXU ‘l QUDDIEM FLIMKIEN – L-AĠENDA 12

    5. KONKLUŻJONIJIET 13

    ANNEX 1: Calculation of CO2 benefits from the achievement of the saving targets set by Energy Services Directive 15

    ANNESS 2: New Commission initiatives 16

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

    DWAR L-EWWEL VALUTAZZJONI TA’ PJANIJIET TA’ AZZJONI NAZZJONALI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA KIF MEĦTIEĠ MID-DIRETTIVA 2006/32/KE DWAR EFFIĊJENZA FL-UŻU FINALI TA’ L-ENERĠIJA U DWAR SERVIZZI TA’ ENERĠIJA NIMXU 'L-QUDDIEM FLIMKIEN GĦAL UŻU AKTAR EFFIĊJENTI TA’ L-ENERĠIJA

    1. L-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA U D-DIRETTIVA DWAR SERVIZZI TA’ L-ENERĠIJA FL-AMBITU TAL-POLITIKA INTEGRATA TA’ L-UE DWAR IL-KLIMA U L-ENERĠIJA

    Il-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Marzu 2007[1], identifika l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija bħala parti essenzjali mill-istrateġija komprensiva dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija, u enfasizza l-ħtieġa li sa l-2020 tintlaħaq il-mira ta’ 20% fl-iffrankar fil-konsum ta’ l-enerġija[2]. Il-Kunsill Ewropew qal ukoll li għal dan il-għan, għandu jsir użu tajjeb mill-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija[3]. Fl-2005, dan kien diġà ġie enfasizzat ukoll mill-Parlament Ewropew[4].

    Il-konservazzjoni ta’ l-enerġija u t-titjib fl-effiċjenza ta’ l-użu tagħha qegħdin isiru dejjem aktar importanti fl-approċċ li jittieħed għall-ksib tas-sostenibbiltà u s-sikurezza fil-provvista ta’ l-enerġija u fl-isforzi li jsiru biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett tas-serra. Il-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija (NEEAPs – National Energy Efficiency Action Plans ) jagħtu dimostrazzjoni prattika ta’ l-impenn ta’ l-Istati Membri. Fuq kollox, il-pjanijiet jipprovdu mezz għall-qsim ta’ l-aħjar prattiċi fost id-diversi partijiet involuti fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, f’kull livell, u għall-iżvilupp ta’ sinerġiji fost l-istrateġiji u miżuri adottati.

    Il-progress li diġà nkiseb fl-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija għen biex tnaqqset l-intensità ta’ l-enerġija[5] fl-ekonomija ta’ l-UE. Minkejja dan, il-konsum totali ta' enerġija fl-Ewropa għadu jiżdied, bil-konsegwenza ta' żidiet fl-emissjonijiet ta' CO2 u fid-dipendenza fuq l-importazzjoni ta’ fjuwils fossili.

    Dan ir-rapport huwa r-reazzjoni tal-Kummisjoni għall-obbligu tagħha, skond id-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ l-enerġija[6], li tivvaluta u tagħmel rapporti dwar in-NEEAPs. F’dan l-istadju, din ir-reazzjoni tista’ tkun biss waħda parzjali, peress li għad fadal xi Stati Membri li ma ppreżentawx in-NEEAPs[7] tagħhom u ma ġewx ippreżentati biżżejjed NEEAPs fil-ħin biex issir valutazzjoni xierqa. Għalhekk, il-Kummissjoni ser tagħmel rapporti aktar komprensivi dwar in-NEEAPs individwali hekk kif dawn jiġu notifikati lilha.

    F’dan ir-rapport, li huwa bbażat fuq is-17-il NEEAP ippreżentati sa l-1 ta’ Diċembru 2007[8], il-Kummissjoni tagħti l-ewwel valutazzjoni ta’ l-istrateġiji adottati mill-Istati Membri, b’attenzjoni għall-miżuri li jidhru li huma eżempji ta’ prattiċi tajbin b’enfasi partikulari fuq ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku u l-għoti ta’ informazzjoni li, skond id-Direttiva, l-Istati Membri kienu meħtieġa li jirrappurtaw fl-ewwel NEEAP tagħhom. Il-momentum ta’ dawn l-istrateġiji u inizjattivi meħtieġ li jiżdied. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ser tiffaċilita l-appoġġ reċiproku fl-implimentazzjoni u ser tintroduċi għadd ta’ inizjattivi ġodda, biex issaħħaħ il-qafas ta’ l-UE għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija fid-diversi setturi ta’ użu finali.

    Strateġiji effettivi għal titjib ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija huma assolutament rilevanti għall-politika integrata ta’ l-UE dwar il-klima u l-enerġija. Il-potenzjal tekniku u ekonomiku għal progress vijabbli ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija ġie studjat fid-detall u sar magħruf sew, bħal ma huma d-diffikultajiet li jridu jiġu megħluba[9]. Jekk isseħħ l-implimentazzjoni effettiva ta’ politiki li jegħlbu lil dawn id-diffikultajiet, it-titjib ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija jista’ jgħin ħafna biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-UE, pereżempju, jekk tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija fost l-utenti finali kif stipulata fid-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija u dwar servizzi ta’ l-enerġija, it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena 2020 ser ikun ta’ 393 Tunnelati Metriċi, kif imqabbla ma’ xenarju ta’ status quo (Għal aktar dettalji, ara l-Anness 1). Dan jikkorispondi għal kważi 10% ta’ l-emissjonijiet mill-UE fl-1990[10]. Fl-istess ħin, jekk id-domanda għall–enerġija tonqos b’mod sinifikanti, tonqos il-ħtieġa ta’ importazzjoni ta’ fjuwils fossili, bħal ma tonqos l-ispiża għall-importazzjoni ta' enerġija, u l-konsumaturi jirċievu kontijiet irħas.

    Jidher li strateġija b’attenzjoni kbira u kontinwa fuq l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tgawdi minn appoġġ konkret. L-impenji ta’ l-UE għall-2020 dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet li jikkawżaw l-effett tas-serra, is-sorsi ta’ enerġija rinovabbli u l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija għandhom isaħħu l-istabbiltà tal-politiki fil-livelli kollha u għandhom iħeġġu lill-investituri, lill-konsumaturi u lill-partijiet oħra involuti fid-diversi setturi tal-provvista u użu ta’ l-enerġija. Fis-snin li ġejjin, is-suq intern ta’ l-enerġija għandu jipprovdi aċċess aqwa u aktar għażla lill-konsumatur, u saħansitra swieq ġodda[11]. Hekk kif il-kummerċ u l-investiment globali jespandu u jintlaħaq qbil globali dwar it-tibdil fil-klima, l-oqfsa għas-swieq dinjija għal prodotti u servizzi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u għall-kooperazzjoni teknika ser ikomplu jiżviluppaw.

    Issa, l-enfasi għandha ssir fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ strateġiji u miżuri, fosthom, l-iżvilupp ta’ l-aħjar prattiċi u sinerġiji.

    2. ID-DIRETTIVA DWAR IS-SERVIZZI TA’ L-ENERĠIJA – L-IMPLIMENTAZZJONI TAGĦHA SA LLUM

    Id-Direttiva teħtieġ li l-Istati Membri jadottaw mira indikattiva ta’ 9% ta’ tnaqqis mill-konsum finali ta’ l-enerġija[12] fl-2016 u li joħolqu l-oqfsa u miżuri istituzzjonali u legali meħtieġa biex iwarrbu l-ostakoli għall-effiċjenza fl-użu finali ta’ l-enerġija. Din id-Direttiva hija maħsuba biex tagħti spinta lil inizjattivi ġodda u aktar ambizzjużi favur l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija fil-livelli kollha tas-soċjetà Ewropea – dawk lokali, reġjonali, nazzjonali u Komunitarji. Għandha toħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ suq għas-servizzi ta’ l-enerġija u biex l-utenti finali jgawdu mill-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija.

    L-Istati Membri kollha ntalbu biex sat-30 ta’ Ġunju 2007 jħejju pjan NEEAP u jinnotifikawh lill-Kummissjoni. In-NEEAPs għandhom jindikaw l-istrateġiji nazzjonali u t-triq tal-progress, u ma għandhomx jitqiesu bħala eżerċizzju burokratiku. L-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni sussegwenti ta’ l-istrateġija u tal-miżuri identifikati, flimkien ma' proċess ta’ analiżi komparattiva u ma’ proċess ta’ reviżjoni minn esperti ugwali fil-qasam f'livell Ewropew, għandhom jikkontribwixxu biex l-Istati Membri jitgħallmu mis-suċċessi u l-iżbalji ta’ l-oħrajn u għandhom jiffaċilitaw it-tixrid ta’ l-aħjar prattiċi madwar l-UE.

    Għall-fini ta’ l-ewwel NEEAP, kull Stat Membru kellu jadotta mira globali nazzjonali indikattiva ta’ 9% jew aktar ta’ tnaqqis mill-konsum finali ta’ l-enerġija, li trid tintlaħaq sas-sena 2016, flimkien ma’ mira intermedja nazzjonali indikattiva ta’ tnaqqis mill-konsum finali ta’ l-enerġija għas-sena 2010.[13] Fl-ewwel NEEAPs tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru wkoll kif fi ħsiebhom jilħqu dawn il-miri ta’ tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija, filwaqt li jiddeskrivu l-istrateġija u l-miżuri li jattwaw biex jilħuhom. B’mod partikulari, huma għandhom juru kif fi ħsiebhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku u l-għoti ta’ l-informazzjoni u pariri dwar l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija lill-utenti finali[14].

    Notifiki ta’ l-ewwel NEEAP mill-Istati Membri

    Meta skadiet id-data ta’ l-għeluq għan-notifika, il-Kummissjoni kienet għadha rċeviet NEEAPs mingħand żewġ Stati Membri biss; il-Finlandja u r-Renju Unit. Minn dakinhar, ħmistax-il Stat Membru ieħor innotifika l-pjan tiegħu – l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija u Spanja. Fis-17 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni nediet Proċeduri ta’ Ksur kontra l-Istati Membri l-oħra talli ma nnotifikawhiex bl-ewwel NEEAP tagħhom. Il-Belġju u r-Repubblika Slovakka ppreżentaw in-NEEAPs tagħhom fi tmiem Diċembru 2007, li kien tard wisq biex jitqiesu fil-valutazzjoni.

    3. PJANIJIET TA’ AZZJONI NAZZJONALI GĦALL-EFFIĊJENZA FL-UŻU TA’ L-ENERĠIJA – L-EWWEL VALUTAZZJONI

    L-ewwel valutazzjoni b’ebda mod ma hi komprensiva u mhijiex imsejsa fuq metodoloġija ta’ evalwazzjoni xjentifika. Hija tagħti l-ewwel impressjoni tad-diversi strateġiji u miżuri preżentati mill-Istati Membri flimkien ma’ l-ewwel indikazzjoni ta’ eżempji ta’ prattiċi tajbin li jimmeritaw aktar attenzjoni. Il-Kummissjoni ffokat fuq l-analiżi ta’ dawk il-partijiet ta’ l-istrateġiji li jindirizzaw ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku u l-informazzjoni. Kemm miżura partikulari jew id-disinn ta’ kwalunkwe mekkaniżmu partikulari ikunu xierqa jiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-kuntest li jiġu applikati fih, fuq in-natura tal-qafas legali u regolatorju attwali u fuq kwistjonijiet politiċi, ta’ organizzazzjoni u ta’ kultura soċjali.

    Il-livell ta' ambizzjoni

    L-ewwel analiżi tas-17-il NEEAPs ippreżentati mill-Istati Membri msemmija hawn fuq[15], turi li ħames Stati Membri adottaw miri ta’ tnaqqis ogħla mil-mira minima indikattiva ta’ 9% - Ċipru (10%), il-Litwanja (11%), l-Italja (9.6%), ir-Rumanija (13.5%) u Spanja (11% sa l-2012).

    Diversi Stati Membri, b’mod partikulari l-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit, jgħidu li l-intenzjoni tagħhom hi li jilħqu miri ogħla ta’ tnaqqis. Il-Kummissjoni tilqa’ l-ambizzjonijiet tagħhom. Madankollu, hemm ir-riskju li n-nuqqas ta’ impenji formali preċiżi jista' jfixkel l-implikazzjoni qawwija favur l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija lill-operaturi ekonomiċi. Dawn ta’ l-aħħar jippretendu li l-gvernijiet jonoraw l-impenji politiċi tagħhom billi jipprovdulhom inizjattivi ambizzjużi għall-ħolqien ta’ ambjent ekonomiku favorevoli, b’kundizzjonijiet ta’ investiment previdibbli u fit-tul bl-għan li l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tindara aktar.

    Diversi pjanijiet NEEAP jipprevedu li parti sostanzjali mit-tnaqqis totali fil-konsum ta’ l-enerġija matul il-perjodu ta' disa' snin tirriżulta mill-hekk imsejħa azzjonijiet eżistenti jew “bikrija”[16].

    Sitta min-NEEAPs[17] ma jkoprux il-perjodu sħiħ ta' disa' snin mitlub mid-Direttiva[18]. Dan irendi l-valutazzjoni li dawn l-istrateġiji jilħqu l-mira ta’ tnaqqis għall-2016 diffiċli, minħabba n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ miżuri li għandhom jittieħdu fil-futur.

    Ir-rwol eżemplari tas-settur pubbliku

    Fid-Direttiva, is-settur pubbliku huwa meħtieġ li jadotta rwol eżemplari biex jinkoraġġixxi lill-operaturi l-oħrajn jieħdu azzjonijiet, fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija, li jwasslu għal aktar effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija. Diversi Stati Membri ħejjew pjanijiet komprensivi ta’ azzjoni f’dan il-qasam, u b’hekk urew li lesti biex jilqgħu din l-isfida u jmexxu bl-eżempju.

    Meta mqabbla ma’ sitwazzjoni ta’ status quo , l-Irlanda, pereżempju, adottat il-mira pjuttost ambizzjuża ta’ 33% tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija għas-settur pubbliku sa l-2020, u l-Ġermanja impenjat ruħha li sa l-2012 tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2 mis-settur pubbliku bi 30% mil-livelli ta’ 1990, l-aktar permezz ta’ miżuri li jżidu l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija. Ir-Renju Unit għandu l-għan li sa l-2012, il-binjiet tal-gvern ċentrali jsiru newtrali mil-lat tal-karbonju.

    Biex tilħaq il-mira tagħha, l-Irlanda qed timplimenta programm ta’ miżuri komprensiv u ser tgħarraf ir-rwol eżemplari tagħha permezz tal-kampanja nazzjonali “Power of One”[19]. Ser jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jippromwovu l-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi u l-ikkupjar ta’ l-aħjar ideat fost l-entitajiet tas-settur pubbliku, fuq livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali.

    Il-Ġermanja ser timplimenta programm kbir ta’ installazzjoni fuq il-binjiet federali eżistenti tagħha, bl-allokazzjoni ta’ 120 Miljun Ewro kull sena għall-perjodu ta’ erba’ snin ta’ bejn l-2008 u l-2012. Qiegħda twettaq ukoll proġett pilota ta’ għoti ta' kuntratti għar-rendiment fl-użu ta' l-enerġija bl-għan li żżid il-prattika tagħha fis-settur pubbliku.

    Fost diversi miżuri fis-settur pubbliku, id-Danimarka ser tesiġi verifiki ta’ l-użu ta’ l-enerġija. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet[20] li jirriżultaw minn dawn il-verifiki, u li jkollhom perjodu ta’ rkupru ta’ ħlas ta’ 5 snin jew inqas, hija obbligatorja. Bl-istess mod, Malta qiegħda tipprovdi rwol eżemplari lis-settur pubbliku, fejn wieħed mill-aspetti innovattivi ta’ l-istrateġija tagħha huwa l-ħatra ta’ Koordinaturi Ambjentali ( Green Leaders ) f’kull Ministeru. Il-Koordinaturi Ambjentali ser jippromwovu l-użu effiċjenti ta' l-enerġija u l-inizjattivi favur l-enerġiji rinovabbli; ħaġa li mistennija ttejjeb il-progress u r-rendiment.

    Ir-Renju Unit ukoll qiegħed jagħmel minn kollox biex juri li s-settur pubbliku huwa minn ta' quddiem f’dawn l-inizjattivi u biex jiżgura li dan is-settur jieħu rwol eżemplari. Pereżempju, ser japplika l- Code for Sustainable Homes (il-Kodiċi għal Djar Sostenibbli) għall-iżvilupp ta’ bini tiegħu kollu, fejn jesiġi li d-djar ġodda kollha li jinbnew minn fondi pubbliċi jkunu konformi mal-Livell 3 tal-Kodiċi – jiġifieri titjib ta’ 25% fir-rendiment fl-użu ta’ l-enerġija meta mqabbel mal-kodiċi tal-bini tas-sena 2006. L-Awstrija għandha l-ħsieb li bil-binjiet tas-settur pubbliku tagħha tagħti eżempju brillanti, fejn ir-rendiment fl-użu ta’ l-enerġija jkun dejjem aħjar minn dik li titlob il-liġi.

    Il-Finlandja fi ħsiebha testendi l-ftehimiet volontarji u l-azzjonijet obbligatorji fl-oqsma ta’ l-informazzjoni u komunikazzjoni, attwalment applikabbli għall-binjiet muniċipali, biex ikopru wkoll il-binjiet u l-operazzjonijiet tas-settur pubbliku nazzjonali.

    Spanja ser tintroduċi programmi ġodda biex timmodernizza s-sistemi antikwati ta' dawl tat-toroq b’tagħmir modern u aktar effiċjenti, u qiegħda turi progress ukoll fl-użu effiċjenti ta’ l-enerġija fis-settur tat-trattament u l-provvista ta’ l-ilma tax-xorb.

    Il-Polonja, permezz tal-“Programm Ekonomiku għall-Ġestjoni ta’ l-Enerġija” tagħha, qiegħda tobbliga lis-settur pubbliku biex jimplimenta l-miżuri neċessarji ħalli tikseb livell ta’ tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija li ma jkunx anqas mill-mira nazzjonali.

    L-Olanda biħsiebha tkun minn ta’ l-ewwel fost il-pajjiżi Ewropej fir-rigward ta’ l-akkwisti pubbliċi sostenibbli. Sa l-2010, ix-xiri pubbliku nazzjonali kollu ser ikun jinkludi kriterji ta’ xiri sostenibbli, filwaqt li għall-gvernijiet lokali u reġjonali dawn il-kriterji ser japplikaw għal 50% tax-xiri pubbliku. L-Olanda għandha l-ħsieb ukoll li tuża l–poter ta’ akkwist tagħha biex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ kunċetti, prodotti u servizzi innovattivi fis-settur tal-bini u trasport.

    Skond in-NEEAPS, jidher li xi Stati Membri damu ma aprofittaw bis-sħiħ mill-opportunità li jagħtu rwol eżemplari lis-settur pubbliku tagħhom. Filwaqt li diversi Stati Membri jistqarru li ser jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, ma jindikawx b’mod ċar kif ser jagħmlu dan. Jidher ċar li bħala turija ta' l-impenn tagħhom għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, huwa importanti li l-gvernijiet jagħtu informazzjoni ċara. Dan imbagħad jipprovdi spinta siewja lill-impriżi biex jinvestu għal aktar effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u biex jiżviluppaw swieq fil-ġejjieni għal prodotti effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija u għal servizzi f’dan is-settur.

    Il-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija: tkattir ta’ l-għarfien, edukazzjoni u taħriġ

    L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu t-tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija fis-setturi kollha billi jkattru l-għarfien dwar il-ħtieġa li jittieħdu l-azzjonijiet u dwar il-possibbiltajiet prattiċi eżistenti. Id-Direttiva teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni tagħhom dwar il-mekkaniżmi għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u l-oqfsa ġuridiċi u finanzjarji tkun trasparenti u mxerrda fost id-diversi operaturi tas-suq, u li jippromwovu l-effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija. Għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aħjar prattiċi ta’ ffrankar ta’ l-enerġija tkun disponibbli. Dawn il-miżuri ta’ informazzjoni, flimkien ma indikazzjoni ċara tal-prezzijiet, tariffi li jinkoraġġixxu l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u tagħrif aħjar dwar il-konsum veru, permezz ta' kontijiet li jinftehmu aħjar u permezz ta’ meters intelliġenti, għandhom jgħinu lill-utenti finali biex jiddeċiedu aħjar dwar il-konsum tagħhom ta’ l-enerġija u dwar jekk jużawx l-inċentivi disponibbli f’dan il-qasam.

    Skond in-NEEAPs, jidher li l-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri sejrin jippromwovu l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija permezz ta’ kampanji ġenerali ta’ informazzjoni u/jew sforzi speċifiċi marbuta ma' skemi ta' inċentivi. Il-kampanja Irlandiża “Power of One” hija eżempju ta’ kampanja multimedjali komprensiva ħafna, li tħaddan diversi tipi u sorsi ta’ enerġija; l-impatti tal-konsum ineffiċjenti ta’ l-enerġija kemm bħala spejjeż għall-utenti kif ukoll għall-ekonomija u l-ambjent; l-aħjar prattiċi fid-dar u fuq ix-xogħol; u firxa wiesgħa ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni – reklami fl-istampa, sit ta’ l-internet, wirjiet itenerarji, posta diretta, reklami f’kontijiet ta’ servizzi pubbliċi, programmi fl-iskejjel, seminars u sponsorizzazzjoni, programmi fuq it-televiżjoni u skemi ta’ kwalifika, akkreditazzjoni u ċertifikazzjoni.

    Il-ġbir ta’ informazzjoni dwar ir-rispons tal-pubbliku qiegħed jiġi żviluppat permezz ta’ meters intelliġenti, kontijiet tal-konsum aktar ċari u diversi mezzi kalkulaturi oħrajn. Fir-Renju Unit, kalkulatur li jiddetermina l-marka (l-impatt ekoloġiku) tal-karbonju ser jagħti stampa aktar ċara lill-konsumaturi dwar kif l-użu tagħhom ta’ l-enerġija jaffettwa l-ambjent, flimkien ma’ suġġerimenti dwar kif il-konsumaturi jistgħu jnaqqsu mill-konsum ta’ l-elettriku tagħhom. L-Estonja qiegħda tippjana li ttejjeb it-tagħrif tal-kontijiet billi tipprovdi dejta komparattiva ta’ konsum, lid-diversi gruppi ta’ konsumaturi, għall-aktar fjuwils u forom ta’ enerġija komuni. Din l-inizjattiva tista’ tkattar l-għarfien u anke tagħti bidu għat-teħid ta’ azzjoni.

    Il-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija: ħolqien ta’ inċentivi u mekkaniżmi

    Inċentivi finanzjarji u fiskali

    L-inċentivi finanzjarji u fiskali huma importanti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-transizzjonijiet u r-riskji marbuta ma’ l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u prattiċi innovattivi. In-NEEAPs joffru firxa sħiħa ta’ programmi ta’ inċentivi.[21] Ħafna minnhom għandhom karatteristiċi orizzontali u jindirizzaw lil aktar minn settur wieħed. Il-Ġermanja, pereżempju, ser tespandi l-Programm ta’ Aġġornament Retroattiv għall-Binjiet tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2, bl-għan li sa l-2016 tirdoppja r-rata tagħha ta’ installazzjoni ta’ tagħmir termiku fuq bini eżistenti minn 1.3 għal 2.6% fis-sena. L-espansjoni konsiderevoli tal-binjiet b’użu ta’ enerġija passiva jew baxxa hija s-suġġett ta’ promozzjoni fis-settur privat kif ukoll fuq livell ta’ gvern federali, reġjonali u lokali. Peress li l-binjiet jirrappreżentaw 40% tat-total ta’ l-użu finali ta’ l-enerġija, il-promozzjoni effikaċi ta’ binjiet standard passivi tista’ twassal għal tnaqqis kbir ħafna fil-konsum ta' l-enerġija għal dan l-akbar settur ta’ użu finali.

    L-Awstrija għandha programmi simili għall-binjiet, li huma indirizzati kemm għas-settur pubbliku kif ukoll għal dak privat. Dan għandu jgħin biex l-Awstrija tilħaq l-għan tagħha li tnaqqas l-intensità ta’ l-enerġija tagħha b’5% sa l-2010 u b’20% sa l-2020, kif imqabbel ma’ xenarju ta’ status quo .

    Il-Litwanja qiegħda tipproponi tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal 9% - ir-rata standard hija ta’ 18% - li għandha tapplika għal fornituri ta’ servizzi relatati mal-kostruzzjoni, restawr u iżolazzjoni ta’ djar residenzjali ffinanzjati minn riżorsi ta’ l-istat jew tal-baġit muniċipali kif ukoll b’self b’rata ta’ mgħax baxxa li jingħata mill-istat u fondi speċjali ta’ l-istat għas-settur tal-bini. L-Olanda ser timplimenta l-iskema “Tnaqqis għall-Investiment fl-Enerġija”, li hija skema ta’ rifużjoni ta’ taxxa għal kumpaniji privati, li tista’ tapplika għax-xiri jew produzzjoni ta’ tagħmir li jżid l-effiċjenza fl-uzu ta’ l-enerġija u ta’ enerġija sostenibbli. Fl-2007, l-Italja waqqfet skema li tipprevedi tnaqqis gross mit-taxxa li jitla’ sa 55% ta’ l-ammonti pagabbli minn dawk li jħallsu t-taxxi applikabbli għal firxa wiesgħa ta’ tagħmir bħal condensing boilers , A+ rated refrigerators , muturi ta’ l-elettriku, tagħmir tad-dawl u għal restawr ta’ binjiet effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija.

    Ftehimiet volontarji

    Fil-Finlandja, il-ftehimiet volontarji bejn il-gvern nazzjonali u l-operaturi mis-settur pubbliku u dak privat huma xiħaġa komuni. Bħalissa, dawn il-ftehimiet volontarji jkopru madwar 60% tal-konsum ta’ enerġija finali fost it-tmien setturi rappreżentati minnhom. L-għan huwa li sa l-2016 dawn il-ftehimiet ikunu jkopru d-90%. Jintużaw verifiki tal-konsum ta’ l-enerġija sussidjati mill-gvern sabiex isir magħruf il-potenzjal u jiġu ffissati l-miri li jridu jintlaħqu. Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jiżguraw li jaslu r-reazzjonijiet minn isfel għal fuq dwar it-tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija li jkun inkiseb. L-Olanda tuża dawn il-ftehimiet volontarji[22] wkoll biex ittejjeb l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija f’setturi ta’ l-industrija, terzjarji u ta’ l-agrikoltura. L-“ A-club ” Daniż, fejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati jimpenjaw ruħhom għal akkwisti bi kriterji ta' effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, huwa eżempju ta’ ftehim volontarju inqas kumpless.

    Spanja u l-Polonja wkoll qiegħdin jippjanaw li jintroduċu l-ftehimiet volontarji bħala strument ewlieni biex inaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija fis-settur ta’ l-industrija. Fl-2008, ir-Rumanija tipprevedi l-iffirmar ta’ ftehimiet volontarji ma’ l-operaturi industrijali. Ir-Renju Unit ser jissokta bil-Ftehimiet dwar it-Tibdil fil-Klima ( Climate Change Agreements ). Fl-Irlanda, il-ftehimiet jinkludu obbligu strett għall-introduzzjoni tal-ġestjoni ta' l-enerġija.

    Strumenti tas-Suq

    Għadd ta’ Stati Membri indikaw li fi ħsiebhom jissodisfaw il-biċċa l-kbira ta’ l-obbligu tagħhom ta’ tnaqqis fl-użu ta’ l-enerġija billi jkomplu jużaw jew jespandu l-istrumenti tas-suq biex jippromwovu l-użu effiċjenti ta' l-enerġija.

    Fir-Renju Unit, l-“Impenji għal Użu Effiċjenti ta’ l-Enerġija” ( Energy Efficiency Commitments - EEC), li jimponu obbligi fuq il-fornituri ta’ l-enerġija biex jimplimentaw l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija fis-settur residenzjali, ser jiġu estiżi sa l-2020. L-isem il-ġdid ta' dan l-istrument huwa il-“Mira ta’ Tnaqqis ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju”, li għall-perjodu 2008-2011 ser ikollu mira ta’ tnaqqis ekwivalenti għal kważi d-doppju tal-predeċessur tiegħu, l-EEC. Barra minn hekk, ser tiġi implimentata skema volontarja ta’ limitazzjonijiet u ta’ skambji, bl-isem "Impenn għat-Tnaqqis tal-Karbonju" ( Carbon Reduction Commitment ), li ser tkopri setturi kbar li ma jikkonsmawx ħafna enerġija, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku.

    Fl-Italja, l-iskema ta’ “ċertifikati bojod” tagħha mistennija li tidħol fis-seħħ sa l-2014[23]. L-iskema Taljana wasslet għall-espansjoni ta’ l-industrija lokali tas-servizzi ta’ l-enerġija. Anke l-Polonja qiegħda tipproponi li tapplika skema ta’ ċertifikati bojod biex tinkoraġġixxi t-tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija, flimkien ma’ impożizzjoni ta’ obbligu fuq il-fornituri ta’ l-elettriku, sħana u gass fir-rigward ta’ l-utenti finali.

    Id-Danimarka timponi obbligu fuq l-impriżi tad-distribuzzjoni biex jilħqu mira annwali fissa ta’ tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija.

    Impriżi tas-Servizzi ta’ l-Enerġija ( Energy Service Companies – ESCOs)

    Għadd ta’ Stati Membri (l-Italja, Spanja, l-Irlanda, l-Awstrija, il-Polonja u l-Ġermanja) jsemmu l-importanza tal-promozzjoni ta’ l-ESCOs u l-użu ta’ kuntratti għar-rendiment fl-użu ta’ l-enerġija bl-għan li jespandi s-suq għas-servizzi u l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija. Il-forniment ta’ servizzi kummerċjali ta’ l-enerġija u s-suq għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija huma żewġ għanijiet importanti tad-Direttiva.

    Fondi u mekkaniżmi ta’ finanzjament

    Il-Bulgarija stabbilixxiet faċilitajiet ta’ kreditu applikabbli għas-setturi kummerċjali u residenzjali.

    Ir-Rumanija tat bidu għal programm nazzjonali għar-riabilitazzjoni termika ta’ binjiet residenzjali b'diversi sulari, li 34% tal-finanzjament tiegħu ġej mil-baġit nazzjonali, 33% mill-awtoritajiet lokali u 33% minn fondi ta’ manutenzjoni ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ residenti. Ir-Rumanija ser tiżviluppa wkoll skemi ta’ appoġġ permezz ta’ għotjiet għal sistemi ta' koġenerazzjoni b’rendiment għoli.

    Ir-Renju Unit, permezz tal- Carbon Trust , stabbilixxa serje ta’ mekkaniżmi finanzjarji u fondi li jistgħu jerġgħu jintuzaw. Il-Carbon Trust tagħti fondi lil organizzazzjonijiet li jiffaċiltaw il-finanzjament meħtieġ u jistabbilixxu fond “delimitat” għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija. L-iffrankar li jirriżulta mill-enerġija riċiklata jinqasam bejn il-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw u s-servizzi front-line . Dawn il-fondi jmorru għall-SMEs u l-industrija. Għas-settur pubbliku, jeżisti Fond ta’ Self li jista’ Jerġa’ Jintuża ( Revolving Loan Fund – Salix).

    Il-promozzjoni ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija: forniment ta’ l-infrastruttura neċessarja

    Il-forniment ta’ informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ jeħtieġ ċerta struttura u kapaċità istituzzjonali, li spiss tinkludi netwerks ta’ organizzazzjonijiet mis-setturi pubbliċi u privati li jaħdmu flimkien biex jiksbu aktar effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija.

    Il-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri għandhom aġenziji ta’ l-enerġija. Dawn għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ politiki u programmi għall-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija. L-impenji u l-ambitu ta’ l-aġenziji jistgħu jvarjaw. Pereżempju, fid-Danimarka, il-Fond għall-Iffrankar ta’ l-Użu ta’ l-Elettriku ( Electricity Saving Trust ) jindirizza s-setturi residenzjali u pubbliċi permezz ta’ kampanji u rifużjonijiet li jiffokaw l-aktar fuq l-imġiba u fuq it-tagħmir elettriku. Qiegħed jitwaqqaf ċentru ġdid biex, b’mod speċifiku, jindirizza l-iffrankar tal-konsum ta’ enerġija fil-binjiet. Il-kumitati lokali għall-konservazzjoni ta’ l-enerġija ser jikkoordinaw l-inizjattivi lokali tagħhom kollha, inkluż dawk ta’ l-impriżi tad-distribuzzjoni. Fl-Italja, fil-qasam ta’ l-informazzjoni u komunikazzjoni, l-aġenziji lokali u reġjonali ta’ l-enerġija jaġixxu f’isem il-gvern nazzjonali. Dan huwa approċċ ta’ deċentralizzazzjoni li jippermetti ċerta prossimità mal-gruppi kkonċernati. Peress li fl-UE hemm aktar minn 350 aġenziji lokali u reġjonali, dan l-approċċ jista’ jintuża fl-Istati Membri l-oħrajn ukoll biex b’hekk, ir-riżorsi ta’ dawn l-aġenziji jintużaw b’mod aħjar.

    It-trasport u l-ippjanar ta’ l-ispazji

    Fis-settur tat-trasport, il-biċċa l-kbira ta’ l-Istati Membri jiffaċċaw sfidi konsiderevoli u ħafna mill-Istati li għaddew minn tkabbir rapidu u kellhom żieda qawwija fl-għadd ta’ karozzi ta’ sidien privati jirrikonoxxu li issa, biex iwaqqfu din it-tendenza, jeħtieġu miżuri radikali . L-Irlanda u l-Awstrija qiegħdin jipproponu miżuri dwar l-ippjanar ta’ l-ispazji biex, fost l-oħrajn, inaqqsu l-użu ta’ l-enerġija u l-emissjonijiet, u jestendu u jtejbu l-kwalità ta’ l-infrastruttura tat-trasport. Bħala parti mill-inizzjattiva tagħha “Transport 21”, l-Irlanda qiegħda tippromwovi bidla fil-mezzi lejn it-trasport pubbliku permezz ta’ investimenti sostanzjali fis-servizzi u l-infrastruttura tat-trasport pubbliku. Il-mira ta' l-Irlanda hi li ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn it-trasport u l-użu ta' l-art ħalli jiżdiedu l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u s-sostenibbiltà tas-settur. Qiegħda timplimenta wkoll strateġija ta’ ġestjoni tad-domanda għall-enerġija, li tinkludi l-għoti ta’ pariri speċifiċi dwar l-użu ta’ l-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tagħha lill-maniġers tal-flotot ta’ vetturi u l-għoti ta’ għajnuna lix-xerrejja tal-karozzi biex dawn jagħżlu karozzi li jaħlu inqas fjuwil.

    Permezz ta’ inizjattivi favur is-sewqan ekoloġiku, l-Istati Membri qiegħdin jippruvaw iżidu l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil mill-vetturi, u b’hekk inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet li jikkawżaw l-effett tas-serra, iżidu s-sikurezza fit-toroq u jnaqqsu mill-għadd ta’ l-inċidenti. L-Irlanda, l-Olanda u r-Renju Unit ilkoll qiegħdin jippromwovu tibdil fl-użanzi billi jintroduċu inizjattivi favur is-sewqan ekoloġiku.

    Tagħlimiet li għandhom jinkisbu:

    Fost il-pjanijiet NEEAP analizzati mill-Kummissjoni, ħafna minnhom jippreżentaw strateġiji u pjanijijiet komprensivi li mistennija jwasslu għal tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija li jkun ogħla mid-9% meħtieġ. Xi wħud minn dawk li ħadu approċċ ambizzjuż u progressiv jammettu li għadhom ma jafux liema ser ikunu l-miżuri ġodda kollha u x’forma jistgħu jieħdu. Madankollu, jidher li bosta pajjiżi jipproponu approċċ normali, u mhux strateġiji riskjużi, ambizzjużi jew progressivi. Għaldaqstant, l-ewwel valutazzjoni tan-NEEAPs toffri xi ftit inkoraġġiment, iżda jidher li tindika distakk kbir għal diversi Stati Membri bejn l-impenn politiku għall-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, min-naħa waħda, u l-miżuri adottati jew ippjanati, kif irrappurtati fin-NEEAPs, u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom, min-naħa l-oħra.

    4. NIMXU ‘L QUDDIEM FLIMKIEN – L-AĠENDA

    Implimentazzjoni, appoġġ reċipoku, involviment mill-partijiet interessati

    Monitoraġġ tat-traspożizzjoni

    Fix-xhur li ġejjin, in-NEEAPs li waslu għand il-Kummissjoni ser jiġu analizzati biex jiġi evalwat jekk ikunux realistiċi mil-lat tal-possibbiltà li jilħqu l-miri identifikati fil-pjanijiet. Qabel ma tippubblika l-valutazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni ser tikkonsulta ma’ l-Istati Membri dwar din l-analiżi tal-pjanijiet NEEAP. Sadanittant, il-proċedura ta’ ksur kontra l-Istati Membri li għadhom ma nnotifikawx in-NEEAP tagħhom tissokta, u l-Kummissjoni ser issegwi mill-qrib it-traspożizzjoni ulterjuri tad-Direttiva.

    Tħaffif ta’ l-implimentazzjoni

    Id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ l-Enerġija toffri sfida, iżda tista' tkun ta' benefiċċju kbir għall-Istati Membri. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni ssuġġeriet li l-Istati Membri jistabbilixxu Azzjoni Miftiehma fuq id-Direttiva fil-qafas tal-Programm ta’ Ħidma għall-2008 “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa”. L-iskop ta’ l-Azzjoni Miftiehma huwa li tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri u li tiżgura adozzjoni aktar rapida ta’ l-aħjar prattiċi madwar il-Komunità kollha. Din l-azzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità u titrasferixxi l-għarfien ta’ dawn l-oqsma sabiex tibbenefika mill-esperjenzi diġà miksuba minn Stati Membri oħrajn u twitti t-triq għall-iżvilupp tat-tieni NEEAPs.

    Involviment mill-partijiet interessati

    Il-Kummissjoni ser tniedi pjattaforma abbażi ta’ websajt biex tiġbor u tippreżenta l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati. L-industriji u l-organizzazzjonijiet relatati magħhom, l-operaturi lokali u dawk reġjonali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u l-interessi ambjentali kollha għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-proġett Sorveljanza ta’ l-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija[24] ( Energy Efficiency Watch ), li huwa kofinanzjat mill-Programm “Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa”, u jgawdi l-appoġġ tal-Membri tal-Parlament Ewropew, ser jevalwa in-NEEAPs ukoll. Is-sejbiet tagħhom jistgħu jkunu siewja għall-Istati Membri. Permezz ta’ kontribuzzjonijiet abbażi ta’ l-għarfien tagħhom, il-partijiet interessati jistgħu jkunu ta' siwi għat-tfassil u l-għażla ta’ miżuri mill-Istati Membri, u b’hekk jiżguraw li ma jintilfux opportunitajiet importanti għat-twettiq ta' miżuri li jżidu l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija. Flimkien, dawn l-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu għal traspożizzjoni bla xkiel tad-Direttiva u għal implimentazzjoni eħfef tan-NEEAPs ta’ l-Istati Membri. Fl-aħħarnett, għandhom ukoll iwittu t-triq għax-xogħol ta’ tħejjija tat-tieni NEEAPs, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2011.

    Fl-Anness 2 tingħata ħarsa fil-qosor lejn l-inizjattivi l-oħra tal-Kummissjoni li huma relatati ma’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija.

    5. KONKLUŻJONIJIET

    Il-pjanijiet NEEAP joffru opportunità biex l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tingħata aktar attenzjoni; dan huwa punt ta’ importanza strateġika biex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-UE. L-ewwel valutazzjoni tal-pjanijiet toffri xi inkoraġġiment. Madankollu, jidher li tindika wkoll distakk kbir, għal diversi Stati Membri, bejn l-impenn politiku għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija u l-miżuri adottati u ppjanati, kif irrappurtati fin-NEEAPs, u r-riżorsi allokati għall-implimentazzjoni tagħhom.

    Fost is-17-il NEEAP analizzati mill-Kummissjoni, ħafna minnhom jippreżentaw strateġiji u pjanijijiet komprensivi li mistennija jwasslu għal tnaqqis fil-konsum ta' l-enerġija li jkun ogħla mid-9% meħtieġ. Madankollu, jidher li ħafna minnhom jipproponu approċċ normali. Il-Kummissjoni qiegħda tistenna b’ħerqa aktar pjanijiet u l-iskambju ta’ l-esperjenzi u ta’ l-aħjar prattiċi. Il-Kummissjoni ser tagħti sehemha biex tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom.

    Din l-attenzjoni għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija, fil-politika ta’ l-UE dwar l-Enerġija, hija ġġustifikata. Is-sigurtà tal-forniment u l-iżvilupp ta’ l-enerġija u l-progress kbir miksub fl-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija għandhom jingħataw rwol fundamentali fit-tħejjija għall-isfidi dijnjija tat-tibdil fil-klima.

    Il-prodotti u s-servizzi effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija ser ikollhom swieq dinjija kbar, u l-operaturi li l-UE u l-Istati Membri tagħha qed joħolqu fis-swieq ewlenin permezz tad-diversi azzjonijiet politiċi tagħhom ser jiksbu pożizzjoni b’saħħita. Bl-istess mod, il-kooperazzjoni għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija tista’ tingħata rwol pożittiv fir-relazzjonijiet internazzjonali. L-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar pjattaforma internazzjonali għall-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija hija mfassla biex tgħin fl-iżvilupp ta’ standards, il-kummerċ u t-trasferiment tat-teknoloġija.

    Fit-Tieni Analiżi Strateġika tal-Politika ta’ l-Enerġija ser jiġi evalwat il-progress li jkun sar lejn l-għanijiet strateġiċi miftiehma f’Marzu 2007. Din l-Analiżi għandha tgħin fit-tfassil ta’ rakkomandazzjonijiet għall-iżvilupp ta’ politika fil-ġejjieni, u biex jitmexxa iżjed ’il quddiem ix-xogħol fuq politika ta’ l-enerġija ta’ l-UE għall-Ewropa. Din żġur għandha tinkludi l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija.

    ANNEX 1: Calculation of CO 2 benefits from the achievement of the saving targets set by Energy Services Directive

    This annex provides an estimate of the CO2 benefits from the achievement of the saving targets set by the Directive with a perspective towards the 2020 objectives. The calculation assumes that all Member States use 9% less of the current final energy consumption in 2016 compared with what they would do under business-as-usual. The reference development used is the PRIMES[25] baseline of 2007. It includes energy and climate policies implemented in the Member States up to the end of 2006. As the fuel mix of the actual savings in 2016 cannot be known in advance, a saving of 9% is assumed for each fuel, i.e. the structure of final energy demand does not change. It is assumed that the transformation sectors develop as in the baseline.

    The calculations exclude energy intensive sectors, as the Energy Services Directive does not cover the undertakings in the European Emission Trading Scheme (ETS). Statistics on energy intensive industries also include energy consumption from small installations in energy intensive sectors that do not fall under the ETS. This effect is (partly) compensated for by not deducting the energy consumption from armed forces (which are also excluded from the ESD).

    With these assumptions, the CO2 benefits of achieving the 9% savings target in 2016 can be estimated at 275 Mt CO2 for EU-27. Assuming that energy efficiency policies along the lines of ESD will not cease in 2016 but continue for a few more years with roughly one additional percentage point saving per year gives cumulative savings of 13% for 2020. This would lead to CO2 savings of 393 Mt CO2 in 2020. The following table gives an overview of effects.

    Effects of end-use energy efficiency improvements through ESD

    2016 | 2020 |

    Reduction below baseline: Final energy demand (Mtoe) CO2 emissions (Mt CO2) CO2 reduction as % of 1990 emissions * | 86 275 6.8% | 124 393 9.7% |

    CO2 reduction below 1990 | 3.6% | 4.6% |

    * This number also includes the avoided CO2 emissions increase inherent in the baseline up to 2020 (e.g. 5.1% from 1990 level in 2020).

    It is important to note that the CO2 reduction below the 1990 level is a maximum estimate given that a lot of previous action can count towards the savings target in the Directive; for this calculation this point is relevant for the period up to the end of 2006 (the cut-off point for including policies in the baseline). Moreover, the baseline has rising energy prices and the effects of market forces bringing about some energy efficiency improvements. This CO2 reduction is also brought about by the effects of renewables policies in place, which together with market forces are expected to increase the penetration of renewables achieved so far.

    ANNESS 2: New Commission initiatives

    The implementation of the Energy Efficiency Action Plan adopted in October 2006[26] will continue in 2008. Notable actions already adopted in 2007 were the amended Energy Star Regulation[27], introducing for the first time an obligation to use energy efficiency criteria at least as demanding as the Energy Star efficiency levels in public procurement of office equipment; and a Green Paper on urban mobility[28], including a proposal on financing for market introduction of efficient vehicles. The 3rd internal energy market package reinforces the requirements placed on energy regulators concerning energy efficiency. The Strategic Energy Technology Plan aims at accelerating the development of promising energy technologies and creating the conditions to bring such technologies to market. On 19 December 2007, the Commission adopted a proposal for a Regulation on emission performance standards for new passenger cars[29].

    In 2008 and 2009 the Commission intends adopting a number of initiatives of importance to energy efficiency.

    A Communication on Sustainable Production and Consumption and Sustainable Industrial Policy will present an integrated strategy to help the EU economy become more environmentally sustainable and competitive. In 2008, the Commission intends to adopt energy performance requirements and/or labelling measures for the following product groups: public street lighting and office lighting equipment, s tand-by and off-mode electricity losses, external power supplies, s imple set top boxes for digital reception. In 2009, it also intends submitting for vote in the regulatory committee televisions, domestic refrigeration and freezers, washing machines, dishwashers, boilers and water heaters, personal computers, imagining equipment, commercial refrigeration, electric motors, pumps and fans. A measure on domestic lighting (incandescent bulbs) is scheduled for adoption in early 2009.

    The Commission Communication entitled "Addressing the challenge of Energy Efficiency through Information and Communication Technologies" showing how ICT can be an enabler in improving energy efficiency in a number of sectors will be issued in early 2008.

    Measures addressing vehicles will include a revision of the Directive on car labelling[30], legislative initiatives regarding minimum efficiency requirements for mobile air-conditioning systems, the compulsory fitting of tyre pressure monitoring systems, setting maximum rolling resistance limits for tyres, and the use of gear shift indicators.

    A proposal for a recast of the Directive on the Energy Performance of Buildings[31] will aim at strengthening and specifying some of its requirements (e.g. performance certificates and minimum energy performance requirements for new and existing buildings which undergo major renovation) while taking account of feasibility of implementation by the Member States.

    A Commission Decision on detailed guidelines for Directive 2004/08/EC on the promotion of cogeneration and a Communication on the implementation of Directive 2004/08/EC on the promotion of cogeneration will be issued.

    The Commission will review the Energy Taxation Directive to facilitate more targeted and coherent use of energy taxation by integrating notably energy efficiency considerations and environmental aspects. It will also consider costs and benefits of tax credits as incentives for enterprises to produce more energy-efficient appliances and for consumers to promote the purchase of such appliances and equipment.

    To improve energy efficiency in industrial installations , a Reference document on Best Available Techniques regarding Energy Efficiency will be adopted in 2008 under the IPPC Directive[32]. The Commission will also revise its Community eco-management and audit scheme (EMAS). This voluntarily management tool requires reporting on and continuous improvement of environmental performance, including energy consumption in public and private organisations.

    The Commission foresees the adoption of a Communication on green public procurement setting targets and the establishment of a process for identifying environmental specifications to be used in tender documents. It will include energy efficiency related criteria.

    The Covenant of Mayors will bring together mayors of pioneering EU cities with the aim of exchanging and applying good practices improving energy efficiency significantly in the urban environment, where local action is essential. Many more initiatives promoting energy efficiency and sustainable transport, including changing energy behaviour will be supported by the Intelligent Energy-Europe programme as part of the CIP.

    In contrast to action at the local level, the l aunch of the International Platform on Energy Efficiency will focus and contribute to strengthening energy efficiency world-wide, by facilitating closer co-operation between both developed and developing countries on energy efficiency measurement, standards and evaluation, labelling and certification, energy audits, stand-by losses, codes of conduct, and more.

    The new initiatives for 2008-2009 are included in the list below.

    Commission energy efficiency related actions for 2008 - 2009[33] |

    Proposal for a recast of the Directive on the Energy Performance of Buildings[34] Proposal for a revision of the framework Energy Labelling Directive[35]: Eco-design[36] implementing measures (Commission Regulations) setting minimum energy performance requirements for 6 product groups, including a horizontal measure on the standby and off-mode consumption of electrical appliances. Working Plan setting out for the following 3 years the list of product groups which will be considered as priorities for Eco-design implementing measures Review of the Energy Taxation Directive to facilitate more targeted and coherent use of energy taxation by integrating notably energy efficiency considerations and environmental aspects. An examination, in the framework of the debate launched on VAT reduced rates, of the effectiveness of VAT reduced rates in some circumstances. Launch of the International Platform on Energy Efficiency. Launch of the Covenant of Mayors. Commission Decision on detailed guidelines for Directive 2004/08/EC on the promotion of cogeneration Commission Communication on the implementation of Directive 2004/08/EC on the promotion of cogeneration Proposal aiming at the reduction of CO2 emission from light-duty vehicles. Revision of the Directive on car labelling[37] Proposal for a Regulation regarding minimum efficiency requirements for mobile air-conditioning systems, the compulsory fitting of tyre pressure monitoring systems, setting maximum rolling resistance limits for tyres, and the use of gear shift indicators. Commission Communication on Sustainable Production and Consumption and Sustainable Industrial Policy (SCP-SIP) Commission Communication "Addressing the challenge of Energy Efficiency through Information and Communication Technologies Commission Decision establishing the 2008 Intelligent Energy-Europe Work Programme Reference Document on Best Available Techniques regarding energy efficiency for industrial installations under the IPPC Directive[38] Commission Communication on green public procurement Revision of the EMAS Regulation[39] 2nd Strategic Energy Review |

    [1] Id-Dokument tal-Kunsill 7224/07 REV1

    [2] Frankar ta’ 20% mqabbel mal-konsum ta’ enerġija mistenni għas-sena 2020 ara l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija, COM (2006) 545.

    [3] L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/32/KE dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' l-enerġija.

    [4] Ir-Rapport Vidal-Quadras, INI 2005/2010.

    [5] L-intensità ta’ l-enerġija hija l-konsum totali ta’ enerġija primarja għal kull unità tal-PGD.

    [6] Direttiva 2006/32/KE, Art. 14.5

    [7] Proċeduri ta’ ksur kontra 10 Stati Membri, Diċembru 2007.

    [8] http://ec.europa.eu/energy/demand/legislation/end_use_en.htm#efficiency

    [9] Ara l-Valutazzjoni ta’ l-Impatt tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija, pereżempju (SEC (2006) 1174).

    [10] Kif spjegat fl-Anness 1, din hija stima massima ta’ l-effetti possibbli; din hija ekwivalenti għal kważi 10% ta’ l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-UE fl-1990 iżda ma tfissirx tnaqqis ta’ 10% mil-livell ta’ l-1990 peress li l-ewwel trid tiġi evitata s-soltu żieda ta’ emissjonijiet ta’ CO2 dovuta għall-i status quo .

    [11] Ara t-tielet pakkett tas-suq intern ta’ l-enerġija, Settembru 2007 (COM (2007) 528; COM (2007) 529; COM (2007) 530; COM (2007) 531; COM(2007) 532).

    [12] Is-settur ta’ l-iskambju tal-kwoti ta’ l-emissjonijiet mhuwiex fl-ambitu tad-Direttiva 2006/32/KE.

    [13] Skond il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva, it-tnaqqis nazzjonali fl-użu ta’ l-enerġija għandu jibda jitkejjel mill-1 ta’ Jannar 2008.

    [14] L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva.

    [15] L-analiżi tinkludi l-NEEAPs kollha nnotifikati lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Diċembru 2007.

    [16] Ara l-punt 3 ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2006/32/KE.

    [17] il-Bulgarija 2008-2010; id-Danimarka 2005-2012; l-Estonja 2008-2013; il-Litwanja 2007-2010; ir-Rumanija 2007-2010; u Spanja 2004-2012.

    [18] l-Artikolu 4(2)

    [19] http://www.powerofone.ie/

    [20] Il-punt (e) elenkat fl-Anness VI tad-Direttiva, għandhom jintużaw talanqas tnejn mill-miżuri elenkati.

    [21] Għalkemm l-inċentivi fiskali huma importanti, ma humiex l-unika strument li jista' jintuża għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija, kif indikat fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu ta’ l-Enerġija. Realising the Potential ((COM (2006) 545), l-indikazzjoni ta’ prezzijiet li jirriflettu l-kost huma importanti wkoll biex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u għall-effiċjenza ekonomika globali.

    [22] Fl-Olanda u r-Rumanija jissejħu “Ftehimiet fit-Tul”.

    [23] L-aħħar mira annwali hija ffissata għall-2009, iżda fil-pjan NEEAP tiegħu, il-gvern Taljan iħabbar l-intenzjoni tiegħu li wara l-2009 jestendi din l-iskema permezz ta’ fażi ġdida.

    [24] http://www.energy-efficiency-watch.org/

    [25] European Energy and Transport – Trends to 2030: update 2007 (forthcoming); will be available on Europa at: http://ec.europa.eu/energy/index_en.html

    [26] Action Plan for Energy Efficiency: Realising the Potential COM(2006)545 Final

    [27] Regulation No 2422/2001 on a Community energy efficiency labelling programme for office equipment

    [28] COM (2007) 551

    [29] COM (2007) 856

    [30] Directive 1999/94/EC

    [31] Directive 2002/91/EC of the EP and Council on the Energy Performance of Buildings, OJ L 1, 4.1.2003, p.65

    [32] Council Directive 96/61/EC on Integrated Pollution Prevention and Control

    [33] The order of the actions does not reflect priority.

    [34] Directive 2002/91/EC of the EP and Council on the Energy Performance of Buildings, OJ L 1, 4.1.2003, p.65

    [35] Council Directive 92/75/EEC on the indication by labelling and standard product information of the consumption of energy and other resources by household appliances, OJ L 297, 13.10.1992, p.16

    [36] Directive 2005/32/EC of the EP and Council establishing a framework for the setting of eco-design requirements for Energy-using products, OJ L191, 22.7.2005, p.29

    [37] Directive 1999/94/EC

    [38] Council Directive 96/61/EC on Integrated Pollution Prevention and Control

    [39] Regulation EC No761/2001 allowing voluntary participation by organisations in a Community eco-management and audit scheme (EMAS)

    Top