Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AR0161

    Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet

    ĠU C 325, 19.12.2008, p. 19–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 325/19


    Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet

    (2008/C 325/04)

    IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma ddumx biex tapprova l-leġiżlazzjoni għall-inklużjoni tat-trasport bl-ajru fl-ETS u biex tinkorpora s-settur tat-trasport marittimu fl-ETS mingħajr dewmien;

    huwa mħasseb li d-direttiva ma tħeġġiġx it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart, Settur partikolarment kritiku kemm għall-emissjonijiet u kemm għall-ippjanar tal-użu tal-art;

    jirrakkomanda li għall-inqas 30 % tad-dħul mill-irkant tal-kwoti jitwarrab mill-Istati Membri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu ta' enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġetika fl-użu finali, biex sal-2020 jintlaħaq l-impenn Komunitarju għall-użu ta' 20 % ta' enerġiji rinovabbli u għaż-żieda tal-effiċjenza fl-enerġija b'20 %; sabiex jiġu mħeġġa miżuri għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, b'mod partikulari s-setturi tat-trasport u l-iskart;

    jirrakkomanda miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali:

    mhux aktar minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-imsieħba soċjali rilevanti kollha u lill-Kumitat tar-Reġjuni, ser tressaq proposti konkreti għall-prevenzjoni tar-rilaxx tas-CO2 mis-setturi u s-sotto setturio li jużaw ħafna enerġija.

    Rapporteur

    :

    Pietro MARRAZZO (IT/PES), President tar-Reġjun ta' Lazio

    Test ta' referenza

    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

    COM(2008) 16 finali — 2008/0013 (COD)

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

    IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Rakkomandazzjonijiet ġenerali

    1.

    ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu kontribut kruċjali għas-suċċess ta' inizjattivi Ewropej u jaqdu rwol kritiku fl-implimentazzjoni ta' politiki ambjentali, industrijali u li jikkonċernaw l-enerġija;

    2.

    japprova l-applikazzjoni prattika tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” fil-politiki Komunitarji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ambjentali u l-klima; l-internalizzazzjoni tal-ispiża ambjentali tal-prodotti u s-servizzi hija parti essenzjali ta' politika pubblika tajba mmexxija mill-prinċipji ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli, bilanċjat u li jirrispetta l-ambjent;

    3.

    japprezza, għaldaqstant, l-isforzi li saru s'issa mill-Kummissjoni Ewropea biex jinbena suq tal-karbonju effettiv li jirnexxielu jidentifika “l-prezz tat-tniġġis f'tunnellata dijossidu tal-karbonju” f'sistema ta' negozjar ħieles;

    4.

    jilqa' t-tibdil u l-aġġornar propost tal-ETS (l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet), b'koerenza mar-riżultati miksuba s'issa u l-evidenza li nstabet matul l-ewwel perijodu taħt l-iskema (2005-2007);

    5.

    jidhirlu li minkejja l-progress li sar, jeħtieġ li tkompli tiżdied it-trasparenza u l-affidabilità dejjiema tal-ETS u li nibqħu attenti għar-riperkussjonijiet soċjali u ambjentali li ser ikollhom il-miżuri proposti, speċjalment fil-livell reġjonali u lokali;

    Tibdil lill-ETS

    Tibdil tekniku

    6.

    ifakkar li s-simplifikazzjoni proposta mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li jiġu esklużi l-iżgħar impjanti industrijali u li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' impjant ta' kombustjoni, ser tgħin biex iżżid l-affidabilità, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-suq tal-karbonju in ġenerali;

    7.

    madankollu jitlob lill-Kummissjoni tispeċifika l-miżuri ekwivalenti li jistgħu jiġu adottati mill-Istati Membri biex isegwu tnaqqis fl-emissjonijiet fl-impjanti ż-żgħar, biex b'hekk tmur lil hinn mir-referenza ġenerika għal miżuri possibbli ta' politika fiskali (taxxa fuq il-karbonju);

    8.

    jinnota li, f'dak li hu irkant tal-kwoti, ikun xieraq li niċċaqilqu minn allokazzjoni kompletament ħielsa għal allokazzjoni progressiva u gradwali permezz ta' rkanti pubbliċi; jappoġġja bis-sħiħ il-ħtieġa li jitħarsu l-ifqar sezzjonijiet tal-pubbliku, għall-fatt li l-prezzijiet tal-prodotti industrijali, b'mod aktar speċifiku, tal-elettriku u sorsi oħra ta' enerġija, possibilment jogħlew, kif ukoll billi jiġu megħjuna biex iżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-insulazzjoni fid-djar tagħhom;

    9.

    jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-bidla proposta fl-approċċ li ttieħed s'issa għall-adozzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Adozzjoni għal kull Stat Membru u jilqa' d-deċiżjoni li jiġu individwati l-għanijiet Komunitarji komuni, bħala parti minn approċċ waħdieni u unitarju għall-UE in ġenerali;

    10.

    jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li l-ġbir, it-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tal-gassijiet b'effett ta' serra jiġu inklużi fl-ETS u jittama li f'dan ir-rigward jingħata appoġġ xieraq lir-riċerka ta' tekonoloġiji relatati li jeħtieġu aktar żvilupp u investiment, sakemm jitqies l-impatt negattiv li l-ħżin tal-karbonju jista' jkollu fuq l-ekosistemi li jintlaqtu;

    11.

    ifakkar l-importanza tar-rwol li tista' taqdi r-riċerka fil-qasam tal-enerġija u tal-ambjent fejn jidħol tnaqqis ta' emissjonijiet u tibdil u jittama li d-Direttiva sservi ta' strument effettiv biex tassigura sors regolari ta' fondi għal attivitajiet ta' dan it-tip;

    12.

    isostni biex l-inklużjoni ta' setturi u attivitajiet ġodda fl-ETS tiġi evalwata mhux biss mill-perspettiva tar-riskju li l-industrija Ewropea tista' ssir anqas kompetittiva fis-swieq internazzjonali, imma wkoll tat-tniġġis reali li joħroġ minn dan is-settur u tal-potenzjal għal żvilupp teknoloġiku tas-setturi kkonċernati u jara sa fejn hu possibbli li l-ispejjeż żejda jgħaddu għal għand l-utenti aħħarija;

    13.

    għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni biex it-trasport bl-ajru jiġi inkluż fl-ETS u biex tinkorpora s-settur tat-trasport marittimu fl-ETS mingħajr dewmien (ara l-Punt 65 tal-Opinjoni KtR 22/2008);

    14.

    japprova l-prinċipju ta' kooperazzjoni u solidarjetà bejn l-Istati Membri kif introdott fis-sistema l-ġdida tal-ETS bejn pajjiżi li huma teknoloġikament aktar avvanzati (b'setturi industrijali aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u pajjiżi anqas żviluppati (li għandhom ekonomiji b'konsum ogħla ta' enerġija u li jeħtieġu li jżidu r-rati ta' tkabbir tagħhom);

    Id-dimensjoni internazzjonali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima

    15.

    japprezza l-isforzi li saru mill-UE s'issa bis-sehem tagħha fin-negozjati internazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-protokoll ta' Kyoto, aktar riċentament fil-konferenza ta' Bali, u bl-identifikar tal-istrateġiji globali komuni, b'mod partikulari biex jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi għonja u dawk li qed jiżviluppaw; jittama għaldaqstant li r-riżultati li nkisbu s'issa jkomplu jissaħħu u jiġu żviluppati permezz ta' ftehim fil-konferenzi internazzjonali li ġejjin f'Poznan u Kopenħagen;

    16.

    jitlob miżuri addizzjonali fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u fiż-żieda tal-objettivi stabbiliti għall-ETS sabiex jiġu ggwidati lejn il-mira ta' tnaqqis ġenerali ta' 30 % fl-emissjonijiet wara l-qbil internazzjonali dwar is-suġġett;

    17.

    jenfasizza l-bżonn li l-ftehim internazzjonali propost iwassal għat-trattament ugwali tas-setturi kkonċernati madwar id-dinja; għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet minimi li jeħtieġ li jikkonforma magħhom il-ftehim sabiex ikun jista' jitqies bħala ftehim internazzjonali fil-qafas tad-Direttiva;

    Is-setturi l-ġodda li jaqgħu taħt ir-regolamenti

    18.

    isostni l-ħtieġa li jsiru analiżi tajba tal-benefiċċji f'dak li huwa nfiq fir-rigward tal-inklużjoni tas-setturi produttivi ġodda fl-ETS sabiex jiġu evitati distorzjonijiet kompetittivi bejn setturi varjanti bħala riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni tal-gassijiet b'effett ta' serra;

    19.

    jinsab imħasseb li d-Direttiva ma tħeġġiġx it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tal-ġestjoni tal-iskart, settur speċjalment kritiku kemm għall-emissjonijiet u għall-ippjanar tal-użu tal-art;

    20.

    jinnota li, flimkien mal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, fadal ħafna xi jsir fuq kollox sabiex issir bidla għal mezzi ta' trasport li jirrispettaw l-ambjent. Gvernijiet nazzjonali għandhom jassumu r-responsabbiltà biex jespandu l-infrastruttura tat-trasport bil-ferrovija u fuq l-ilma u biex jippromovu t-trasport intermodali b'mod ġenerali;

    Il-kompetittività tal-intrapriżi u l-protezzjoni tal-konsumatur

    21.

    jinnota li r-riskju li tonqos il-kompetittività fost is-setturi industrijali għadu jrid jiġi evalwat sew mill-Kummissjoni u li d-Direttiva l-ġdida għadha ma tipprovdix miżuri xierqa biex tappoġġja u tiddefendi l-ekonomiji Ewropej; isostni f'dan ir-rigward l-importanza ta' ambjent stabbli u attraenti għall-investimenti u l-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati l-perikli li jiġu trasferiti emissjonijiet lil pajjiżi bi standards ambjentali inqas stretti u bi spejjeż aktar baxxi (ħruġ mhux intenzjonat tal-karbonju); jitlob lill-Kummissjoni sabiex sat-30 ta' Ġunju 2009 tkun ressqet il-proposti tagħha għal Regolamenti Komunitarji u armonizzati bis-sħiħ għall-allokazzjoni mingħajr ħlas taċ-ċertifikati. Dawn ir-Regolamenti m'għandhomx jiġu stabbiliti fil-proċedura tal-komitoloġija iżda għandhom jagħmlu parti mid-Direttiva stess. Jeħtieġ li tiġi kkunsidrata b'mod partikolari s-sitwazzjoni tas-setturi u s-sotto-setturi li jużaw ħafna enerġija u li jinsabu f'riskju li jgħaddu minn bidla sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2.

    22.

    jitlob biex l-isforzi involuti fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jinqasmu b'mod xieraq bejn l-operaturi industrijali involuti u l-utenti aħħarin, u b'hekk jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ma jkollhomx iġorru l-piż kollu tal-ispiża addizzjonali tal-istrateġiji adottati f'ċerti setturi produttivi b'mod partikulari;

    23.

    jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-ħtieġa li jiġi evitat impatt negattiv fuq is-sezzjonijiet ifqar tas-soċjetà, partikolarment minħabba l-effett li d-Direttiva jista' jkollha fuq il-prezzijiet tal-elettriku; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja s-swieq aktar mill-qrib, issaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumatur u tillimita r-riskju ta' manipulazzjoni tas-suq;

    24.

    japprova li huma u jiġu allokati ċ-ċertifikati b'xejn tal-emissjonijiet jiġi rikonoxxut it-tnaqqis li diġà kisbu xi intrapriżi individwali, u li dawk l-istallazzjonijiet li fis-settur tal-produzzjoni tagħhom kisbu l-anqas livell ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra għal kull unità tal-produzzjoni jiksbu ċ-ċertifikati totalment (100 %) b'xejn;

    Il-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

    25.

    jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem fil-ġestjoni tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima u għalhekk iridu jkunu involuti sewwa fl-adozzjoni ta' kwalunkwe strateġiji biex din tiġi miġġielda u biex isir tibdil;

    26.

    jitlob lill-Kummissjoni biex, waqt ir-reviżjoni tal-ETS, tqis mhux biss il-konsegwenzi fuq il-kompetizzjoni fil-livell nazzjonali u internazzjonali, imma wkoll il-perikli li jeżistu għall-kompetittività u l-attrazzjoni tal-bosta reġjuni tal-UE;

    27.

    għalhekk jitlob li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lit-talbiet tal-politiki reġjonali ta' żvilupp u jinnota li sabiex jitħeġġeġ suq tal-karbonju aktar trasparenti u effettiv, jistgħu jiġu ristrutturati numru ta' impjanti industrijali biex jitneħħew mis-sistema produttiva dawk l-impjanti li huma inqas effiċjenti jew dawk li diġà jinsabu fi kriżi; fl-istess vena, jitlob għal azzjoni biex jiġi appoġġjat il-proċess ta' tiġdid industrijali u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema kkonċernati;

    28.

    f'dak li huwa t-tisħiħ u l-aġġustament tal-ETS, jagħraf il-ħtieġa li tittejjeb il-koerenza ġenerali tal-azzjonijiet u li jiġu stabbiliti objettivi aktar ambizzjużi li, skont il-qbil internazzjonali li qed jiġi diskuss, jistipulaw mira ta' tnaqqis ta' 30 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2020;

    29.

    jaħseb li għandu jsir aktar biex il-pubbliku jiġi involut fl-isforzi li qed tagħmel l-UE biex tindirizza l-bidla fil-klima, bl-għajnuna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; din l-attività ta' sensibilizzazzjoni għandha tiffoka kemm biex tħeġġeġ imġiba personali responsabbli kif ukoll biex tgħin lill-pubbliku jifhem il-kwistjonijiet industrijali u teknoloġiċi ewlenin li spiss ikun hemm wara l-istrateġiji li jiġu adottati;

    30.

    jara l-ħtieġa li tissaħħaħ il-ħidma tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tat-taħriġ u informazzjoni għall-utenti aħħarin u għal operaturi ta' negozji żgħar u ta' daqs medju koperti mid-Direttiva ETS.

    II.   EMENDI PROPOSTI

    Emenda 1

    Artikolu 1(5) (Artikolu 9)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    Artikolu 9

    Kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità kollha

    Il-kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f'mod lineari min-nofs il-perjodu 2008 sa 2012. Il-kwantità għandha tonqos b'fattur lineari ta' 1.74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu 2008 sa 2012.

    Sat-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu 2008 sa 2012.

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-fattur lineari mhux aktar tard mill-2025.

    Artikolu 9

    Kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità kollha

    Il-kwantità ta' kwoti madwar il-Komunità maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f'mod lineari min-nofs il-perjodu 2008 sa 2012. Il-kwantità għandha tonqos b'fattur lineari ta' 1.74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu 2008 sa 2012.

    Sat-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kwantità assoluta tal-kwoti għall-2013, ibbażata fuq il-kwantitajiet totali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni tagħhom għall-perjodu 2008 sa 2012.

    Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva mhux aktar tard mill-2018 b' kunsiderazzjoni tal-iżvilupp g ħall-perijodu ta' wara l-2020.l-fattur lineari mhux aktar tard mill-2025.

    Raġuni

    L-emenda proposta fid-Direttiva tikkonċerna l-perijodu bejn l-2013 u l-2020. Għalhekk m'hemmx lok għal dispożizzjonijiet għall-perijodu ta' wara l-2020. Madanakollu t-tibdil profond propost fis-sistema ta' skambju attwali jiġġustifika reviżjoni ġenerali mhux aktar tard mill-2018.

    Emenda 2

    Artikolu 1 (7), (Artikolu 10(3))

    Test propost mill-Kummissjoni

    CoR amendment

    Talanqas 20 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jiġu użati kif ġej:

    Talanqas 50 % tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jiġu użati mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom kif ġej:

    Emenda 3

    Artikolu 1(7), (Artikolu 10(3)(f))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    f)

    biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju, pereżempju biż-żieda fl-effiċjenza u l-insulazzjoni tagħhom; kif ukoll;

    f)

    biex jiġu indirizzati l-aspetti soċjali fl-entitajiet domestiċi bi dħul baxx jew medju, pereżempju, pereżempjupereżempju biż-żieda b' miżuri mfasslin biex jikkumpensaw kull żieda fil-prezz tal-elettriku filwaqt li jg ħ inu wkoll biex tiżdied fl-effiċjenza u l-insulazzjoni tagħhom fi djarhom; kif ukoll

    Raġuni

    L-għan hu li mal-miżuri għal djar bi dħul baxx jiġu inklużi miżuri ta' kumpens ta' natura speċifikament ekonomika.

    Emenda 4

    Artikolu 1(7), (Artikolu 10, Paragrafu 3), żid paragrafu ġdid 3 a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

     

    3.a   Tal-anqas 30 % tad-dħul iġġ enerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-d ħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punt (b) tiegħu, għandhom jitwarrbu mill-Istati Membri għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex:

    a)

    jiġ i promoss l-użu ta ' enerġiji rinovabbli u l-effiċjenza enerġ etika fl-użu finali, biex sal-2020 jintla ħaq l-impenn Komunitarju għ all-użu ta ' 20 % ta' enerġiji rinovabbli u għ aż-żieda tal-effi ċjenza fl-enerġija b'20 %;

    b)

    jitħeġġ u miżuri g ħat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS, b'mod partikulari s-setturi tat-trasport u l-iskart;

    ċ)

    jingħataw fondi għal attivitajiet informattivi biex jitħeġġu d-drawwiet tajbin fost l-utenti aħħarin sabiex jiġu bilanċ jati żidiet possibbli fil-prezzijiet tal-elettriku;

    d)

    jingħataw fondi għal attivitajiet ta' taħriġ u ta' informazzjoni mfassla biex iħeġġu l-prattika tajba min-naħa ta' intrapriżi u operaturi żg ħar u ta' daqs medju.

    Raġuni

    L-għan hu li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw sehem fil-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u li jiġu żgurati fondi xierqa għalihom.

    L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jingħataw rwol speċifiku x'jaqdu fil-promozzjoni tal-użu ta' riżorsi rinovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija.

    Għandhom jinstabu fondi għal attivitajiet lokali u reġjonali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva ETS, bħas-setturi tal-iskart u tat-trasport.

    Għandhom jinstabu fondi għal attivitajiet ta' taħriġ u informazzjoni maħsuba għall-pubbliku u l-operaturi tal-industriji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva ETS.

    Emenda 5

    Artikolu 1 (7), (Artikolu 10(5))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    5.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-aministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-irkanti għandhom jiġu mfassla biex jiżguraw li operaturi, u b'mod partikolari kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju koperti bl-iskema Komunitarja, jkollhom aċċess sħiħ u li kull parteċipant ieħor ma jiżvalutawx l-operat tal-irkant. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

    5.   Sal-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament dwar l-istimi taż-żmien, l-aministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkant biex jiġi żgurat li jitmexxa b'mod miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-irkanti għandhom jiġu mfassla biex jiżguraw li operaturi, u b'mod partikolari kull intrapriża żgħira u ta' daqs medju koperti bl-iskema Komunitarja, jkollhom aċċess sħiħ u li kull parteċipant ieħor ma jiżvalutawx l-operat tal-irkant. Sabiex jiġi evitat qligħ spekulattiv li xejn ma huwa mixtieq, l-aċċess għat-transizzjoni gradwali jista' jiġi llimitat biss għall-parteċipanti ġenwini fis-suq. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

    Raġuni

    L-iskarsezza prevvista fiċ-ċertifikati ġġib magħha l-periklu li elementi spekultattivi jwasslu għal żieda fil-prezzijiet.

    Emenda 6

    Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a (1))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    1.   Sat-30 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 u 8 madwar il-Komunità kollha u f'manjiera armonizzata.

    Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

    Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, safejn ikun fattibbli, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tekniki ta' gass serra u ta' effiċjenza fl-enerġija u għal tnaqqis tal-emissjonijiet, billi tqis it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tal-gass serra, u ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku.

    Mal-konklużjoni mill-Komunità ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra paragunabbli ma' dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni mingħajr ħlas isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletamenti fid-dawl ta' dak il-ftehim.

    1.   Sat-30 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jkunu kompletament armonizzati għall-allokazzjoni tal-kwoti msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 u 8 madwar il-Komunità kollha u f'manjiera armonizzata.

    Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu [23(3)].

    Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu, safejn ikun fattibbli, għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b'mod li tagħti inċentivi għal tekniki ta' gass serra u ta' effiċjenza fl-enerġija — inkluża l-koġenerazzjoni — u għal tnaqqis tal-emissjonijiet, billi tqis it-tekniki l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta' produzzjoni, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tal-gass serra, u ma għandhiex tagħti inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku. Is-setturi l-oħ rajn kollha, iżda, jistg ħu jibbenefikaw minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas.

    Mal-konklużjoni mill-Komunità ta' ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra paragunabbli ma' dawk tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni mingħajr ħlas isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletamenti fid-dawl ta' dak il-ftehim.

    Raġuni

    Għandu jiġi speċifikat li setturi barra dak tal-produzzjoni tal-elettriku jistgħu jgawdu minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas (hux kollha jew parti minnhom).

    Emenda 7

    Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(3)), żid paragrafu ġdid 3a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    Allokazzjoni mingħajr ħlas tista' tingħata għal ġeneraturi tal-elettriku fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita bid-Direttiva 2004/8/KEgħal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata biex jiġi żgurat trattament ugwali fir-rigward ta' produtturi oħra tas-sħana. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal stallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    Fuq bażi ta ' parametri relattivi (benchmarks) għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana tista' tingħata allokazzjoni mingħajr ħlas għal ġeneraturi tal-elettriku fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana permezz ta' koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja kif definita fid-Direttiva 2004/8/KE għal domanda li tkun ekonomikament iġġustifikata bil-għan li jiġi żgurat trattament ugwali fir-rigward ta' produtturi oħra tas-sħana. F'kull sena wara l-2013, l-allokazzjoni totali għal stallazzjonijiet bħal dawn fir-rigward tal-produzzjoni tas-sħana għandha tiġi aġġustata bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    Raġuni

    Għandha tkun ċara li mhux ser ikun possibbli li jiġu vverifikati l-emissjonijiet għall-istallazzjonijiet inkwistjoni għax mhux ser ikunu koperti mill-ETS fil-perijodu 2008-2013.

    Emenda 8

    Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(5))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    5.   L-ammont massimu tal-kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta' allokazzjonijiet għal stallazzjonijiet li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 'il quddiem ma għandhomx jaqbżu, matul l-2013, l-emissjonijiet totali verifikati għal dawk l-istallazzjonijiet bejn l-2005 u l-2007. F'kull sena sussegwenti, l-allokazzjoni totali għal tali stallazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    5.   L-ammont massimu tal-kwoti li huwa l-bażi għall-kalkolu ta' allokazzjonijiet għal stallazzjonijiet li huma inklużi biss fl-iskema Komunitarja mill-2013 'il quddiem ma għandhomx jaqbżu, matul l-2013, il-medja storika tal-emissjonijiet totali verifikati għal dawk l-istallazzjonijiet bejn l-2005 u l-2007. F'kull sena sussegwenti, l-allokazzjoni totali għal tali stallazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    Raġuni

    Għandha tkun ċara li mhux ser ikun possibbli li jiġu vverifikati l-emissjonijiet għall-istallazzjonijiet in kwistjoni għax mhux ser ikunu koperti mill-ETS fil-perijodu 2008-2013.

    Emenda 9

    Artikolu 1(8), (Artikolu 10 a(6))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    6.   Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati skont l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu 2013 sa 2020 għandu jitwarrab għal dawk li jidħlu ġodda, għaliex il-massimu li jista' jiġi allokat għal dawk li jidħlu ġodda skont ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn min jidħol ġdid.

    6.   Ħamsa fil-mija tal-kwantità totali tal-kwoti determinati skont l-Artikoli 9 u 9a matul il-perjodu 2013 sa 2020 għandu jitwarrab għal dawk li jidħlu ġodda, għaliex il-massimu li jista' jiġi allokat għal dawk li jidħlu ġodda skont ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ser jiġi ddetermin at skont it-tbassir tax-xejriet tal-PGD industrijali Komunitarju fl-2020. Ikun xi jkun il-każ, il-kwantit à massima li għandha tiġ i allokata mhux ser taqbeż il- ħamsa fil-mija tal-kwantità Komunitarja totali tal-kwoti skont l-Artikoli 9 u 9a bejn l-2013 u l-2020.

    L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.

    Allokazzjoni bi ħlas biss għandha ssir fir-rigward ta' kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn min jidħol ġdid. Is-setturi l-oħ rajn kollha, iżda, jistg ħu jibbenefikaw minn allokazzjonijiet mingħajr ħlas.

    Raġuni

    Il-kwota għal dawk li jidħlu ġodda għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tat-tbassir għat-tkabbir tal-PGD tal-industrija fl-2020. Il-ħamsa fil-mija jidher żejjed meta mqabbel mat-tkabbir imbassar għall-PGD industrijali Komunitarju.

    Emenda 10

    Artikolu 1 (8), (Artikolu 10a (8)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    8.   Fl-2013 u f'kull sena sussegwenti sal-2020, stallazzjonijiet f'setturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx ta' karbonju għandhom jiġu allokati kwoti ningħajr ħlas sa 100 % tal-kwantità determinata skont il-paragrafi 2 sa 7.

    8.   Fl-2013 u f'kull sena sussegwenti sal-2020, stallazzjonijiet f'setturi esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx ta' karbonju għandhom jiġu allokati kwoti ningħajr ħlas sa 100 % tal-kwantità determinata skont il-paragrafi 2 sa 7. L-istallazzjonijiet li jipproduċu l-iżgħar ammont ta' emissjonijiet tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni għandhom jingħataw preferenza. L-allokazzjoni mingħajr ħlas ta' 100 % (benchmarks).

    Raġuni

    Il-proposta tal-Kummissjoni toħloq żvantaġġ għal dawk il-kumpaniji li diġà għamlu sforzi minn jeddhom biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra. Fl-allokazzjoni ta' ċertifikati mingħajr ħlas, jekk l-istallazzjonijiet “nodfa” jiġu trattati fuq l-istess bażi ta' kumpaniji li għandhom stallazzjonijiet “imniġġsa” tinħoloq distorzjoni fil-kompetizzjoni bejn kumpaniji fl-istess setturi fil-Komunità. Għalhekk huwa bix-xieraq li jitqies it-tnaqqis fl-emissjonijiet li diġà nkiseb. Il-mudell propost ta' limitu massimu, li jimmira għal 100 % allokazzjoni mingħajt ħlas għall-kumpaniji “nodfa” biss, huwa possibbli, trasparenti u newtrali fejn tidħol il-kompetizzjoni.

    Emenda 11

    Artikolu 1(8), (Artikolu 10 b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali

    Mhux aktar tard minn Ġunju 2011, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta' setturi jew sotto setturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:

    L-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti mingħajr ħlas minn dawk is-setturi jew sotto setturi taħt l-Artikolu 10a;

    L-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta' importaturi ta' prodotti minn setturi jew sotto setturi determinati skont l-Artikolu 10a.

    Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista' jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta' infurzar.

    Miżuri li jappoġġjaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilaxx tal-karbonju potenzjali

    Mhux aktar minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat lill-imsieħba soċjali rilevanti kollha u lill-Kumitat tar-Reġjuni, ser tressaq proposti konkreti għall-prevenzjoni tar-rilaxx tas-CO2 mis-setturi u s-sotto setturi li jużaw ħafna enerġija.

    Mhux aktar tard minn Ġunju 2011, fid-dawl tar-riżultat tan-negozjati internazzjonali u tal-estent safejn dawn iwasslu għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, u wara li tikkonsulta mal-isħab soċjali rilevanti kollha u mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport analitiku li, fuq bażi ta ' sett xieraq ta' indikaturi definiti minn qabel bl-involviment tal-Kumitat tar-Reġjuni, jevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward ta' setturi jew sotto setturi li huma intensivi fl-enerġija u l-oġġetti li ġew determinati bħala esposti għal riskji sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju. Dan għandu jkun akkumpanjat minn kwalunkwe proposta xierqa, li jistgħu jinkludu:.

    L-aġġustament tal-proporzjon tal-kwoti riċevuti mingħajr ħlas minn dawk is-setturi jew sotto setturi taħt l-Artikolu 10a;

    L-inklużjoni fl-iskema Komunitarja ta' importaturi ta' prodotti minn setturi jew sotto setturi determinati skont l-Artikolu 10a.

    Meta jiġi kkunsidrat liema miżuri huma adegwati għandu jitqies ukoll kull ftehim settorjali vinkolanti li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-kobor meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jista' jiġi monitorjat, huwa verifikabbli u suġġett għal arranġamenti ta' infurzar.

    Raġuni

    Jeħtieġ li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jingħataw rwol fl-identifikazzjoni tas-setturi u sottosetturi li x'aktarx ikunu esposti għall-ħruġ mhux intenzjonat tal-karbonju, sabiex jiġi limitat il-periklu li dawn il-kumpaniji tonqsilhom il-kompetittività kif ukoll l-impjiegi, b'referenza partikulari għall-SMEs.

    L-investimenti fis-setturi li jużaw ħafna enerġija huma fil-fatt dawk l-investimenti li jirrikjedu ammont kbir ta' kapital u li jinvolvu proċessi twal. Għalhekk għall-kumpaniji kkonċernati huwa ferm aktar importanti li jkunu jistgħu jaħdmu f' kundizzjonijiet ta' qafas serji u previdibbli. Il-pjan li fl-2011 jsiru riflessjonijiet dwar kif tista' tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni tas-setturi li jużaw ħafna enerġija, ma jissodisfax il-bżonn tal-kumpaniji li jingħataw is-sigurtà tal-ippjanar li għandhom bżonn. L-inċertezza li teżisti dwar il-kundizzjonijiet futuri diġà wasslet għall-posponiment ta' diversi investimenti u saħansitra anki għar-rilokazzjoni tal-investimenti f'pajjiżi terzi. Għalhekk inħeġġu lill-Kummissjoni tikkunsidra dal-punt u tippublika l-pjanijiet korrispondenti tagħha kemm jista' jkun malajr.

    Emenda 12

    Artikolu 1(21), (Artikolu 27 (1))

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

    1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu, mill-iskema Komunitarja, stallazzjonijiet tal-kombustjoni li għandhom kapaċità termika kkalkolata taħt il-25 MW, emissjonijiet irrapportati lill-awtoritajiet kompetenti ta' anqas minn 10 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, eskluż emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin preċedenti, u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-stallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li qegħdin fis-seħħ,

    (b)

    jikkonferma li fis-seħħ hemm arranġamenti ta' monitoraġġ li jivvalutaw jekk kwalunkwe stallazzjoni tkunx is-sors ta' 10 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;

    (c)

    jikkonferma li jekk kwalunkwe stallazzjoni tkun sors ta' 10 000 ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri ekwivalenti ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fis-sistema;

    (d)

    jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

    1.   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-iskema Komunitarja, billi jqisu wkoll il-fehma tas-sid tal-istallazjonijiet, stallazzjonijiet tal-kombustjoni li għandhom kapaċità termika kkalkolata taħt il-25 MW, emissjonijiet irrapportati lill-awtoritajiet kompetenti ta' anqas minn 10 000 tunnellata ekwivalenti ta' dijossidju tal-karbonju, eskluż emissjonijiet mill-bijomassa f'kull waħda mit-3 snin preċedenti, u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: L-Istati Membri jiddeċ iedu dawk il-miżuri b 'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġ jonali u lokali, fuq il-bażi ta' linji gwida xierqa adottati mill-Kummissjoni.

    2.   Istallazzjonijiet koperti fil-Paragrafu 1 jistgħu jiġ u esklużi mis-sistema Komunitarja jekk l-Istat Membru kkon ċernat:

    (a)

    jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li qegħdin fis-seħħ,

    (b)

    jikkonferma li fis-seħħ hemm arranġamenti ta' monitoraġġ li jivvalutaw jekk kwalunkwe stallazzjoni tkunx is-sors ta' 10 000 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja;

    (ċ)

    jikkonferma li, wara li kkonsulta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, jekk kwalunkwe stallazzjoni tkun sors ta' 10 000 ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l-miżuri ekwivalenti ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid fis-sistema;

    (d)

    jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.

    Raġuni

    L-għan huwa li tinkiseb informazzjoni dwar il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet implimentati fil-livell reġjonali, la l-awtorizzazzjoni operattiva għal stalazzjonijiet żgħar bħal dawn tkun ir-responsabbiltà tar-reġjun.

    Brussell, it-8 ta' Ottubru 2008

    Il-President

    tal-Kumitat tar-Reġjuni

    Luc VAN DEN BRANDE


    Top