Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0589

Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 — C6-0481/2008 — 2007/0192B(CNS))

ĠU C 45E, 23.2.2010, p. 102–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 45/102


Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *

P6_TA(2008)0589

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 — C6-0481/2008 — 2007/0192B(CNS))

(2010/C 45 E/25)

(Proċedura ta' konsultazzjoni — Konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (14533/2008),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0481/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0503/2008),

1.   Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.   Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.   Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li jibdilha b'test ġdid;

4.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.


Top