Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0575

    Dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) ***IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta' kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0357 — C6-0237/2008 — 2008/0123(COD)

    ĠU C 21E, 28.1.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 21/22


    Il-Ħamis, 4 ta’ Diċembru 2008
    Dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta’ kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2008)0575

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti ta’ kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0357 — C6-0237/2008 — 2008/0123(COD))

    2010/C 21 E/09

    (Proċedura ta’ kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0357),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0237/2008),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 għall-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-Atti Legali (1),

    wara li kkunsidra l-impenji li ħa r-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tat-3 ta’ Diċembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta, skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Kunsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80 a u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0429/2008),

    A.

    billi, skont il-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u li, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma’ dawn l-emendi, il-proposta tillimita lilha nnifisha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr bidla fil-kontenut tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi mill-ġdid il-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ieħor;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Top