Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0508

Programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni ***IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (COM(2008)0106 — C6-0092/2008 — 2008/0047(COD)
P6_TC1-COD(2008)0047Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjon

ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 138–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 15/138


L-Erbgħa, 22 ta’ Ottubru 2008
Programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni ***I

P6_TA(2008)0508

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (COM(2008) 0106 — C6-0092/2008 — 2008/0047(COD))

2010/C 15 E/43

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0106),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 153 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0092/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0404/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Iqis li l-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 55 000 000 li jidher fil-proposta leġiżlattiva għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun jaqbel mal-limitu massimu stabbilit fis-sottointestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008
P6_TC1-COD(2008)0047

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE.)


Top