Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0498

    Ir-regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) ***IRiżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0737 — C6-0442/2007 — 2007/0257(COD)

    ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 123–124 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 15/123


    It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
    Ir-regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) ***I

    P6_TA(2008)0498

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0737 — C6-0442/2007 — 2007/0257(COD))

    2010/C 15 E/35

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni — tfassil mill-ġdid)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0737),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0442/2007),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid għall-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-3 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta, skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,

    wara li kkunsidra r-Regoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0300/2008),

    A.

    billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix emendi sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, bla ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Top