EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0485

Sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet *Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (COM(2008)0223 — C6-0197/2008 — 2008/0089(CNS)

ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 97–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 15/97


It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
Sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet *

P6_TA(2008)0485

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (COM(2008)0223 — C6-0197/2008 — 2008/0089(CNS))

2010/C 15 E/28

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0223),

wara li kkunsidra l-Artikolu 279 (2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 183 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0197/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari d-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju, annessi ma' dik il-ftehima,

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0342/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 1

(1)

Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu ta' Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 ħareġ numru ta' konklużjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.

(1)

Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu ta' Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 ħareġ numru ta' konklużjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom ; huwa wkoll stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel evalwazzjoni kompluta u wiesgħa li tkopri l-aspetti kollha tal-infiq tal-UE u tar-riżorsi, u sabiex tirrapporta dwar dan fl-2008/2009.

Emenda 2

Proposta għal regolament — att li jemenda

Premessa 1 a (ġdida)

 

(1a)

Il-Kummissjoni għalhekk se tagħmel reviżjoni ġenerali tal-operat tas-sistema ta' riżorsi proprji, flimkien ma' proposti xierqa li għalihom se jitqiesu bis-sħiħ il-ħidma u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju, annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2) .


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top