EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0349

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI (COM(2006)0007 — C6-0029/2006 — 2006/0008(COD))
P6_TC1-COD(2006)0008 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid- 9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta' annessi tiegħu
ANNESS

ĠU C 294E, 3.12.2009, p. 226–258 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 294/226


L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI ***I

P6_TA(2008)0349

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Anness XI (COM(2006)0007 — C6-0029/2006 — 2006/0008(COD))

2009/C 294 E/50

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0007),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0376),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0029/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0229/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni COM(2006)0007 kif emendata;

2.

Iqis li l-proċedura 2007/0129(COD) skadiet bħala riżultat tal-inklużjoni tal-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2007)0376 fil-proċedura 2006/0008(COD);

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
P6_TC1-COD(2006)0008

Pozizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-hsieb tal-adozzjoni Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà socjali, u li jiddetermina l-kontenut ta' annessi tieghu

(Test b'rilevanza ghaz-ZEE u ghall-Izvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tieghu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Regjuni (2),

Waqt li jagixxu f'konformità mal-procedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà socjali  (4) jipprevedi li l-kontenut tal-Annessi II, X u XI ta' dan ir-Regolament jigi determinat qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Annessi I, III, IV, VI, VII, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ghandhom jigu adattati biex jitqiesu kemm il-htigijiet tal-Istati Membri li nghaqdu mal-Unjoni Ewropea wara li gie adottat ir-Regolament u kif ukoll l-izviluppi godda fi Stati Membri ohra .

(3)

L-Artikoli 56(1) u 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ▐ jipprovdu ghal dispozizzjonijiet specjali li jikkoncernaw l-applikazzjoni tal-legizlazzjoni tal-Istati Membri li jridu jigu stipulati fl-Anness XI ghal dak ir-Regolament. L-Anness XI huwa mahsub biex jiehu f'konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà socjali tal-Istati Membri sabiex jiffacilita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni.

(4)

Ghadd ta' Stati Membri talbu l-inkluzjoni ta' entrati li jikkoncernaw l-applikazzjoni tal-legizlazzjoni tas-sigurtà socjali fl-Anness XI u pprovdew lill-Kummissjoni bi spjegazzjonijiet legali u prattici tal-legizlazzjoni u s-sistemi taghhom.

(5)

F'konformità mal-htiega ghar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-Regolament il-gdid, hija mehtiega strategija komuni biex jigi zgurat li l-entrati ghal Stati Membri differenti li huma ta' natura simili jew li jsegwu l-istess ghan ikunu fil-principju ttrattati bl-istess mod.

(6)

L-ghan tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa li jikkoordina legizlazzjoni tas-sigurtà socjali li ghaliha l-Istati Membri huma esklussivament responsabbli, entrati li m'humiex kompatibbli mal-fini jew l-ghanijiet tieghu ║, u entrati li jfittxu biss li jiccaraw l-interpretazzjoni tal-legizlazzjoni nazzjonali, m'ghandhomx ikunu inkluzi f'dak ir-Regolament.

(7)

Xi talbiet mill-Istati Membri qajmu kwistjonijiet li huma komuni ghal diversi Stati Membri: H uwa ║ xieraq li dawk il-kwistjonijiet jigu ttrattati fuq livell aktar generali, jew permezz ta' kjarifika fil-korp tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew f'xi iehor mill-Annessi tieghu, li ║ ghandu jigi emendat kif hemm bzonn, jew permezz ta' dispozizzjonijiet fir-r egolament i mplimentattiv msemmi fl-Artikolu 89 ta' dak ir-Regolament, milli permezz ta' entrati simili fl-Anness XI ghal diversi Stati Membri.

(8)

Huwa wkoll xieraq li xi kwistjonijiet specifici jigu trattati f'annessi ohra li mhumiex l-Anness XI, skond l-ghan u l-kontenut taghhom ║, sabiex jigi zgurat li l-annessi ghar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ikunu koerenti sew internament u sew bejn xulxin.

(9)

Biex thaffef l-uzu tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 mic-cittadini meta jitolbu taghrif jew meta jaghmlu t-talbiet lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, riferenzi ghal-legizlazzjoni tal-Istati Membri kkoncernati ghandhom isiru wkoll fil-lingwa originali kull fejn huwa mehtieg sabiex jigi evitat kull nuqqas ta' ftehim possibbli.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ghandu ghalhekk jigi emendat skond dan.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jghid li huwa ghandu japplika mid-data tad-dhul fis-sehh tar-r egolament i mplimentattiv. Dan ir-Regolament ghandu ghalhekk japplika mill-istess data,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif gej:

1.

Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 5:

(5a)

L-entrati ta' certi Stati Membri fl-Anness VI ghar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 issa huma koperti permezz ta' certi dispozizzjonijiet generali fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Taht it-titolu trattament indaqs ghall-beneficcji, dhul, fatti jew avvenimenti, per ezempju l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprovdi li fejn, skond il-legizlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, prattici legali jigu attribwiti ghall-okkorrenza ta' certi fatti jew avvenimenti, dawn l-effetti legali jridu ikunu attribwiti ghal fatti jew avvenimenti li jsehhu fi Stat Membru iehor. Ghaldaqstant, ghadd ta' entrati fl-Anness VI ghar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 gew superfluwi.

2.

Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 8:

(8a)

Il-membri tal-familja ta' dawk li qabel kienu haddiema tal-fruntieri ghandhom ikunu jistghu ikomplu t-trattament mediku f'dak li qabel kien il-pajjiz tal-impjieg tal-persuna assigurata wara l-irtirar taghha.

3.

Il-premessa li gejja ghandha tidhol wara Premessa 17:

(17a)

Meta legizlazzjoni tigi applikabbli ghal persuna taht it-Titolu II tar-Regolament, il-kondizzjonijiet ghas-shubija u l-intitolament ghall-beneficcji ghandhom jigu definiti mil-legizlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, filwaqt li tigi rispettata l-ligi tal-Komunità.

4.

Il-premessa li gejja ghandha tiddahhal wara l-Premessa 18:

(18a)

Il-principju tal-unità tal-legizlazzjoni applikabbli huwa importanti hafna u ghandu jittejjeb. Madankollu, dan m'ghandux ifisser li l-ghoti biss ta' beneficcju, b'konformità m' dan ir-Regolament u li jikkonsisti fil-hlas tal-kontributi tal-assigurazzjoni jew il-kopertura tal-assigurazzjoni ghall-beneficjarju, jaghmel il-legizlazzjoni tal-Istat Membru — fejn istituzzjoni tkun harget dan l-ghoti ta' beneficcju — il-legizlazzjoni applikabbli ghal din il-persuna  (5).

5.

Fl-Artikolu 1, ghandu jiddahhal il-punt li gej wara punt (v) :

(va)

‘beneficcji mhux fi flus’ ghandha tfisser dawk il-beneficcji mhux fi flus previsti skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru mahsuba biex jipprovdu, jaghmlu disponibbli, ihallsu direttament jew jirrimborzaw il-hlas fuq kura jew prodotti tal-medicina jew servizzi ancillari ghal din il-kura, inkluzi beneficcji mhux fi flus ghall-kura fit-tul. .”

6.

L-Artikolu 3(5) ghandu jinbidel b'dan li gej:

5.     Dan ir-Regolament m'ghandux japplika:

(a)

ghal assistenza socjali u medika; jew

(b)

ghal beneficcji li ghalihom Stat Membru jassumi r-responsabbiltà ghad-danni ta' persuni u jipprovdi kumpens, bhal f'kaz ta' vittmi tal-gwerra u azzjonijiet militari jew il-konsegwenzi taghhom; vittmi ta' atti kriminali, qtil jew terrorizmu; vittmi ta' dannu kkawzat minn agenti tal-Istat Membru waqt il-qadi ta' dmirijiethom; jew vittmi li batew zvantagg minhabba ragunijiet politici jew religjuzi jew ragunijiet ta' dixxendenza. .”

7.

L-Artikolu 14, paragrafu 4 jinbidel b'dan li gej:

“4.   Fejn il-legizlazzjoni ta' Stat Membru taghmel id-dhul f'assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suggett ghar-residenza f'dak l-Istat Membru jew abbazi ta' attività precedenti bhala persuna impjegata jew li tahdem ghal rasha, l-Artikolu 5(b) ghandu japplika biss ghall-persuni li kienu suggetti, f'xi stadju aktar bikri, ghal-legizlazzjoni ta' dak l-Istat Membru fuq il-bazi ta' attività bhala persuna impjegata jew li tahdem ghal rasha.

5.   Fejn il-legizlazzjoni ta' Stat Membru taghmel id-dhul f'assigurazzjoni volontarja jew skema ta' assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suggett ghal li l-persuna jkollha perjodi kompluti ta' assigurazzjoni, tali dhul ghandu jkun koncess biss lill-persuni li jkunu kkompletaw qabel perjodi ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru taht l-istess skema.”

8.

L-Artikolu 18(2) ghandu jinbidel b'dan li gej:

2.     Il-membri tal-familja ta' haddiem li jahdem bejn il-fruntieri ghandhom ikunu intitolati ghal beneficcji moghtija in natura matul iz-zjara taghhom fl-Istat Membru kompetenti. Madankollu, sakemm l-Anness III ghadu fis-sehh, meta l-Istat Membru kompetenti jkun imnizzel f'Anness III, il-membri tal-familja ta' haddiem li jahdem bejn il-fruntieri li joqoghdu fl-istess Stat Membru tal-haddiem tal-fruntiera ghandhom ikunu intitolati ghal beneficcji moghtija in natura fl-Istat Membru kompetenti biss taht il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1).

9.

L-Artikolu 28(1) ghandu jinbidel b'dan li gej:

1.     Haddiem li kien jahdem bejn il-fruntieri u li rtira minhabba l-età jew invalidità huwa intitolat, fil-kaz ta' mard, li jibqa' jircievi beneficcji moghtija in natura fl-Istat Membru fejn l-ahhar li wettaq l-attività tieghu bhala persuna impjegata jew bhala persuna li tahdem ghal rasha, sakemm dan jikkostitwixxi t-tkomplija ta' trattament mibdi f'dak l-Istat Membru. Il-kliem ‘tkomplija ta' trattament’ tfisser it-tkomplija tal-investigazzjoni, tad-dijanjosi u tat-trattament ta' mardaghat-tul kollu taghha.

L-ewwel subparagrafu ghandu japplika mutatis mutandis ghall-membri tal-familja tal-haddiem tal-fruntiera rtirat.

10.

L -Artikolu 51(3), ghandu jinbidel b'dan li gej:

3.     Fejn il-legizlazzjoni jew skema specifika ta' Stat Membru taghmel il-kisba, iz-zamma jew l-irkupru tad-dritt ghal beneficcji kondizzjonali fuq jekk il-person koncernata kinetx assigurata meta immaterjalizza ruhu r-riskju, din il-kondizzjoni ghandha titqies bhallikieku kienet sodisfatta jekk din il-persuna kienet assigurata qabel skond il-legizlazzjoni jew l-iskema specifika ta' dan l-Istat Membru u, fiz-zmien meta jsehh ir-riskju, hija assigurata skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru iehor ghall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta' dan, intitolata ghal beneficcju skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru iehor ghall-istess riskju. Il-kondizzjoni tal-ahhar ghandha, madankollu, titqies li tkun giet issodisfata, fil-kazijiet imsemmija fl-Artikolu 57.

11.

L-Artikolu 52, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li gej:

“4.    fejn il-kalkolu skond il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirrizulta dejjem f'li l-beneficcju indipendenti jigi daqs jew oghla mill-beneficcju pro rata kalkulat skond il-paragrafu (1)(b), l-istituzzjoni kompetenti tista' tirrinunzja ghall-kalkolu pro rata bil-kundizzjoni li:

a)

din is-sitwazzjoni msemmija hija stipulata fil-parti 1 ta'l-Anness VIII ;

b)

l-ebda legizlazzjoni li r-regoli taghha ma jippermettux li partijiet jikkoincidu, li hemm referenza ghaliha fl-Artikoli 54 u 55, ma hija applikabbli jekk il-kundizzjonijiet stipulati f'Artikolu 55(2) ma jkunux sodisfatti; u

c)

L-Artikolu 57 ma japplikax f'kaz ta' perjodi kompletati skond il-legizlazzjoni ta' Stat Membru iehor fic-cirkostanzi stipulati f'dan il-kaz specifiku. .”

12.

Fl-Artikolu 52, ghandu jizdied il-paragrafu li gej:

4a.     Minkejja d-dispozizzjonijiet tas- subparagrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata ma japplikax ghal skemi li jipprovdu beneficcji f'kaz li l-perjodi taz-zmien m'ghandhom l-ebda relevanza ghall-kalkolu, skond jekk dawn l-iskemi humiex imnizzla fil-parti 2 tal-Anness VIII. F'dawn il-kazijiet, il-persuna kkoncernata ghandha tkun intitolata ghall-beneficcju kkalkulat skond il-legizlazzjoni tal-Istat Membru koncernat.

13.

Fl-Artikolu 56(1)(c), qabel il-kliem “skond il-proceduri stipulati fl-Anness XI”, ghandu jiddahhal il-kliem “fejn mehtieg”.

14.

Fl-Artikolu 56, ghandu jiddahhal il-paragrafu li gej:

1a.     Fil-kaz li l-paragrafu 1(c) ma japplikax minhabba li l-legizlazzjoni ta' Stat Membru tipprovdi li l-beneficcju jrid jigi kkalkulat fuq il-bazi ta' elementi ohra barra l-perjodi tal-assigurazzjoni jew residenza li mhumiex marbuta maz-zmien, l-istituzzjoni kompetenti ghandha tikkunsidra, ghal kull perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza kompletati skond il-legizlazzjoni ta' xi Stat Membru iehor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li gie akkumulat u kull element iehor ghall-kalkolu skond il-legizlazzjoni li tamministra diviz bl-unitajiet li jikkorrispondu ta' perjodi fl-iskema tal-pensjoni koncernata.

15.

Fl-Artikolu 57, ghandu jiddahhal il-paragrafu li gej:

3a.     Dan l-Artikolu m'ghandux japplika ghal skemi mnizzla fil-parti 2 tal-Anness VIII.

16.

L-Artikolu 62(3) ghandu jinbidel b'dan li gej:

3.     B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sa fejn huma koncernati persuni minghajr impjieg koperti mill-Artikolu 65(5)(a), l-istituzzjoni tal-post ta' residenza ghandha tikkunsidra l-paga jew id-dhul professjonali li l-persuna koncernata rceviet fl-Istat Membru li kienet suggetta ghal-legislazzjoni tieghu matul l-ahhar attività taghha bhala persuna impjegata jew bhala persuna impjegata ghal rasha, skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

17.

L-Artikolu li gej ghandu jidhol wara l-Artikolu 68:

Artikolu 68a

Provvista ta' beneficcji

Fil-kaz li l-beneficcji tal-familja ma jintuzawx mill-persuna li lilha ghandhom ikunu provduti ghall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti twettaq l-obbligi legali taghha billi tipprovdi l-beneficcji msemmija lill-persuna naturali jew legali li fil-fatt tkun qed tmantni l-membri tal-familja, fuq it-talba ta', u permezz tal-agenzija ta', l-istituzzjoni tal-Istat Membru fejn joqoghdu jew tal-istituzzjoni mqabbda jew korp appuntat ghal dan il-ghan mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn joqoghdu.

18.

Fl-Artikolu 87, ghandu jizdied il-paragrafu li gej wara l-paragrafu 10:

10a.     L-Anness III ghandu jigi revokat 5 snin wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament.

19.

L-Annessi huma emendati f'konformità mal-Anness ghal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-sehh fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tieghu fil-Gurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa ghandu japplika mid-data tad-dhul fis-sehh tar-Regolament Implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Dan ir-Regolament ghandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Maghmul fi ║,

Ghall-Parlament Ewropew

Il-President

Ghall-Kunsill

Il-President


(1)   GU C 161, 13.7.2007, p. 61 .

(2)  GU C …

(3)  Pozizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008.

(4)   GU L 166, 30.4.2004, p. 1. Verzjoni kkorregguta fil-GU L 200, 7.6.2004, p. 1.

(5)   Kawzi kongunti C-502/01 u C-31/02, Gaumain-Cerri u Barth, ECR [2004] I-6483.

L-Erbgħa, 9 ta' Lulju 2008
ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati kif ġej.

1.

L-Anness I, Parti I għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

wara l-entrata taħt l-intestatura “A. IL-BELĠJU”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Aa.     IL-BULGARIJA

Ħlas ta' manteniment mill-istat skond l-Artikolu 92 tal-Kodiċi tal-Familja

b)

wara l-entrata “C. IL-ĠERMANJA” jidħlu l-entrati li ġejjin:

Ca.     L-ESTONJA

Allowances ta' manteniment skond l-Att dwar l-Allowance għall-Manteniment tal-21 ta' Frar 2007

Cb.     SPANJA

Ħlasijiet minn qabel ta' ħlas tal-manteniment skond id-Digriet Irjali 1618/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007

c)

Wara l-entrata taħt l-intestatura “D. FRANZA”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Da.     IL-LITWANJA

Ħlasijiet mill-Fond ta' Manteniment tat-Tfal skond il-Liġi dwar il-Fond tal-Manteniment tat-Tfal

Db.     IL-LUSSEMBURGU

Ħlas minn qabel u rkupru ta' ħlas tal-manteniment skond it-tifsira tal-Att tas-26 ta' Lulju 1980

d)

wara l-entrata taħt l-intestatura “I. L-AWSTRIJA”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ea.     IL-POLONJA

Il-benefiċċji mill-Fond tal-Alimenti skond l-Att ta' Għajnuna lill-Persuni Intitolati għall-Alimenti

e)

wara l-entrata taħt l-intestatura “F. IL-PORTUGALL”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Fa.     IS-SLOVENJA

Bidla fil-manteniment skond l-Att ta' Garanzija Pubblika u l-Fond tal-Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja tal-25 ta' Lulju 2006

Fb.     IS-SLOVAKKJA

Sostitut tal-benefiċċju tal-alimenti (sostitut tal-ħlas tal-manteniment) skond l-Att Nru 452/2004 Coll. dwar is-sostitut tal-benefiċċju tal-alimenti kif emendat mir-regolamenti ta' wara

2.

L-Anness I, Parti II għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

wara l-entrata taħt l-intestatura “A. IL-BELĠJU”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Aa.     IL-BULGARIJA

Allowance ta' somma flus f'daqqa għall-maternità skond il-Liġi għall-Allowances tal-Familja għat-Tfal

Ab.     IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance fit-twelid

Ac.     L-ESTONJA

Allowance fit-twelid

Allowance għall-adozzjoni

b)

l-entrata “B. SPANJA” għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

B.     SPANJA

Għotjiet tat-twelid u l-adozzjoni fil-forma ta' pagament uniku;

c)

taħt l-intestatura C. FRANZA għandu jiddaħħal il-kliem li ġej:

“, għajr meta jitħallsu lil persuna li tibqa' suġġetta għal-leġiżlazzjoni Franċiża skond l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 16;

d)

Wara l-entrata taħt l-intestatura “C. FRANZA”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

C bis. Ca.     LATVJA

Għoti ta' somma flus fit-twelid

Allowance għall-adozzjoni

Cb.     IL-LITWANJA

Għoti ta' somma flus f'daqqa għall-wild

e)

wara l-entrata taħt l-intestatura “D. IL-LUSSEMBURGU”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Da.     L-UNGERIJA

Għoti ta' flus għall-maternità

Db.     IL-POLONJA

Għoti ta' ħlas ta' darba fit-twelid skond l-Att dwar il-Benefiċċji għall-Familja

Dc.     IR-RUMANIJA

Allowance fit-twelid

Għież għal tfal li għadhom jitwieldu

Dd.     IS-SLOVENJA

Għoti ta' somma flus fit-twelid

De.     IS-SLOVAKKJA

Allowance fit-twelid

Suppliment għall-allowance fit-twelid

3.

L-Anness II għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TA' KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM

[Artikolu 8(1)]

Kummenti ġenerali

Ta' min jinnota li d-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet bilaterali, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jew li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri, mhumiex elenkati f'dan l-Anness. Dan jinkludi l-obbligi bejn l-Istati Membri li ġejjin minn konvenzjonijiet li jipprovdu, pereżempju, għal dispożizzjonijiet fir-rigward ta' aggregar ta' perjodi ta' assigurazzjoni sodisfatti f'pajjiż terz.

Dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet dwar sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli

(a)     IL-BELĠJU — IL-ĠERMANJA

L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta' Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-istess data, bħal fil-Protokoll Kumplimentari tal-10 ta' Novembru 1960 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'ċerti reġjuni tal-fruntiera qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija).

(b)     IL-BELĠJU — IL-LUSSEMBURGU

Il-Konvenzjoni dwar is-sigurta? soċjali għall-ħaddiema tal-fruntiera tal-24 ta' Marzu 1994 (dwar ir-rimbors komplementari b'rata fissa).

(c)     IL-BULGARIJA — IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta' Diċembru 1997 (jinżammu l-konvenzjonijiet konkluzi bejn il-Bulgarija u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996).

(d)     IL-BULGARIJA — L-AWSTRIJA

L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta' April 2005 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(e)     IL-BULGARIJA — IS-SLOVENJA

L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Diċembru 1957 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti sal-31 ta' Diċembru 1957).

(f)     IR-REPUBBLIKA ĊEKA — IL-ĠERMANJA

L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Ftehima dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta' Lulju 2001 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Federali Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati fil-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta' Settembru 2002 mill-istat kontraenti l-ieħor, meta kienu joqogħdu fit-territorju ta' dak l-istat kontraenti ieħor).

(g)     IR-REPUBBLIKA ĊEKA — ĊIPRU

L-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta' Jannar 1999 (li jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi tal-impjieg kompluti skond il-Konvenzjoni relevanti tal-1976); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni.

(h)     IR-REPUBBLIKA ĊEKA — Il-LUSSEMBURGU

L-Artikolu 52(8) tal-Konvenzjoni tas-17 ta' Novembru 2000 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni fuq pensjoni ta' rifuġjati politiċi).

(i)     IR-REPUBBLIKA ĊEKA — L-AWSTRIJA

L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta' Lulju 1999 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(j)     IR-REPUBBLIKA ĊEKA — IS-SLOVAKKJA

L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni tas-sigurtà soċjali tad-29 ta' Ottubru 1992 (l-Artikolu 12 jiddetermina l-kompetenza għall-għoti ta' benefiċċji għas-superstiti; L-Artikolu 20 jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi ta' assigurazzjoni kompluti sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka; L-Artikolu 33 jiddetermina l-kompetenza għall-ħlas ta' pensjonijiet mogħtija qabel sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka).

(k)     ID-DANIMARKA — IL-FINLANDJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza) .

(l)     ID-DANIMARKA — L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt is-soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza) .

(m)     IL-ĠERMANJA — SPANJA

L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-4 ta' Diċembru 1973 (rappreżentazzjoni permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari).

(n)     IL-ĠERMANJA — FRANZA

(i)

Ftehima Komplementari Nru 4 tal-10 ta' Lulju 1950 għall-Konvenzjoni Ġenerali tal-istess data, kif stabbilit fil-Ftehima Supplimentari Nru 2 tat-18 ta' Ġunju 1955 (ħlas ta' perjodi tal-assigurazzjoni kompluti bejn l-1 ta' Lulju 1940 u t-30 ta' Ġunju 1950);

(ii)

Titolu I ta' dik il-Ftehima Supplimentari Nru 2 (ħlas ta' perjodi tal-assigurazzjoni kompluti qabel it-8 ta' Mejju 1945);

iii)

il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali tal-10 ta' Lulju 1950 għal dik il-Konvenzjoni Ġenerali (arranġamenti amministrattivi);

(iv)

It-Titoli II, III u IV tal-Ftehima tal-20 ta' Diċembru 1963 (sigurtà soċjali f'Saar).

(o)     IL-ĠERMANJA — IL-LUSSEMBURGU

L-Artikoli 4 sa 7 tal-Konvenzjoni tal-11 ta' Lulju 1959 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti bejn Settembru tal-1940 u Ġunju tal-1946).

(p)     IL-ĠERMANJA — L-UNGERIJA

L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-2 ta' Mejju 1998 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Ungerija għal persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996).

(q)     IL-ĠERMANJA — L-OLANDA

L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehima Komplementari Nru 4 tal-21 ta' Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta' Marzu 1951 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa taħt l-iskema tal-assigurazzjoni soċjali Ġermaniża mill-ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta' Mejju 1940 u l-1 ta' Settembru 1945).

(r)     IL-ĠERMANJA — L-AWSTRIJA

(i)

L-Artikolu 1(5)u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni Kontra l-Qgħad tad-19 ta' Lulju 1978 u l-Artikolu 10 tal-Protokoll Finali għal din il-Konvenzjoni (għoti ta' allowances f'każ ta' qgħad lill-ħaddiema tal-fruntiera mill-istat fejn wieħed kien jaħdem qabel) se jibqgħu japplikaw għall-persuni li wettqu attività bħala ħaddiema tal-fruntiera fl-1 ta' Jannar 2005 jew qabel u ġew qiegħda qabel l-1 ta' Jannar 2011;

(ii)

L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-4 ta' Ottubru 1995 dwar id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi f'każijiet ta' assigurazzjoni fil-passat u perjodi ta' assigurazzjoni akkumulati (id-determinazzjoni tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi f'każijiet ta' assigurazzjoni fil-passat u perjodi ta' assigurazzjoni akkumulati); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(s)     IL-ĠERMANJA — IL-POLONJA

(i)

Il-Konvenzjoni tad-9 ta' Ottubru 1975 dwar id-dispożizzjonijiet dwar ix-xjuħija u inċidenti fuq ix-xogħol, skond il-kundizzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni definiti fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta' Diċembru 1990 (jinżamm l-istat legali, skond il-konvenzjoni tal-1975, tal-persuni li kienu stabbilixxew ir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Ġermanja jew tal-Polonja qabel l-1 ta' Jannar 1991 u li għadhom joqogħdu hemm);

(ii)

L-Artikoli 27(5) u 28(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta' Diċembru 1990 (jinżamm l-intitolament għall-pensjoni li titħallas skond il-konvenzjoni tal-1957 konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Polonja; ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti minn impjegati Pollakki skond il-konvenzjoni tal-1988 konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Polonja).

(t)     IL-ĠERMANJA — IR-RUMANIJA

L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta' April 2005 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u r-Rumanija għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996).

(u)     IL-ĠERMANJA — IS-SLOVENJA

L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tal-24 ta' Settembru 1997 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa qabel l-1 ta' Jannar 1956 taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż l-ieħor fil-kuntratt); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(v)     IL-ĠERMANJA — IS-SLOVAKKJA

It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 29(1) tal-Ftehim tat-12 ta' Settembru 2002 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati tal-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta' Diċembru 2003 mill-istat l-ieħor fil-kuntratt, meta kienu joqogħdu fit-territorju tal-Istat kontraenti ieħor).

(w)     IL-ĠERMANJA — IR-RENJU UNIT

(i)

L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-20 ta' April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal nies mhux militari li ħadmu fil-forzi militari);

(ii)

L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Qgħad tal-20 ta' April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal nies ċivili li ħadmu fil-forzi militari).

(x)     L-IRLANDA — IR-RENJU UNIT

L-Artikolu 19(2) tal-Ftehima dwar is-sigurtà soċjali tal-14 ta' Diċembru tal-2004 (it-trasferiment u l-ħlas ta' ċertu kreditu għad-disabbiltà).

(y)     SPANJA — IL-PORTUGALL

L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta' Ġunju 1969 (esportazzjoni ta' benefiċċji għall-qgħad). Din l-entrata tibqa' valida għal sentejn mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(z)     L-ITALJA — IS-SLOVENJA

(i)

Il-Ftehima dwar ir-regolament għall-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b'referenza għall-paragrafu 7 tal-Anness XIV għat-Trattat ta' Paċi (konkluż permezz ta' skambju ta' notamenti fil-5 ta' Frar 1959) (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel it-18 ta' Diċembru 1954); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn dik il-Ftehima,

(ii)

L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta' Lulju 1997 dwar ex Żona B tat-Territorju Ħieles ta' Trieste (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel il-5 ta' Ottubru 1956); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(aa)     IL-LUSSEMBURGU — IL-PORTUGALL

Il-Ftehima tal-10 ta' Marzu 1997 (dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti dwar l-istat ta' invalidità għal applikanti għall-pensjoni minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti l-oħra).

(ab)     IL-LUSSEMBURGU — IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 50(5) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta' Mejju 2002 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni għall-pensjoni ta' refuġjati politiċi).

(ac)     L-UNGERIJA — L-AWSTRIJA

L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta' Marzu 1999 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(ad)     L-UNGERIJA — IS-SLOVENJA

L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-7 ta' Ottubru 1957 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel id-29 ta' Mejju 1956); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(ae)     L-UNGERIJA — IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta' Jannar 1959 (Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-perjodi tal-assigurazzjoni mogħtija qabel id-data tal-iffirmar tal-Konvenzjoni huma l-perjodi tal-assigurazzjoni tal-Istat kontraenti li fih kienet toqgħod il-persuna intitolata għall-assigurazzjoni); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(af)     L-AWSTRIJA — IL-POLONJA

L-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta' Settembru 1998 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(ag)     L-AWSTRIJA — IR-RUMANIJA

L-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-28 ta' Ottubru 2005 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(ah)     L-AWSTRIJA — IS-SLOVENJA

L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-10 ta' Marzu 1997 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel l-1 ta' Jannar 1956); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(ai)     L-AWSTRIJA — IS-SLOVAKKJA

L-Artikolu 34(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-21 ta' Diċembru 2001 (ħlas ta' perjodi ta' assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta' Novembru 1961); l-applikazzjoni ta' dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.

(aj)     IL-PORTUGALL — IR-RENJU UNIT

Artikolu 2(1) tal-Protokoll dwar trattament mediku tal-15 ta' Novembru 1978.

(ak)     IL-FINLANDA — L-ISVEZJA

L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta' Awissu 2003, dwar il-ħlas ta' spejjeż żejda tal-ivvjaġġar f'każ ta' mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta' vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza.

4.

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

wara l-entrata “ID-DANIMARKA”, tiddaħħal l-entrata “L-ESTONJA”.

b)

wara l-entrata “L-IRLANDA”, jiddaħħal l-entrati li ġejjin:

IL-LITWANJA

L-UNGERIJA

5.

L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

wara l-entrata “IL-BELĠJU”, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

IL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

b)

wara l-entrata “FRANZA”, għandha tiddaħħal l-entrata “ĊIPRU”;

c)

wara l-entrata “IL-LUSSEMBURGU”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

L-UNGERIJA

L-OLANDA;

d)

wara l-entrata “L-AWSTRIJA”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

IL-POLONJA

IS-SLOVENJA

6.

L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

Għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

-A.     IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Pensjoni sħiħa f'każ ta' diżabbiltà għal persuni li żviluppaw diżabbiltà totali qabel ma għalqu tmintax-il sena u li ma kinux assigurati għall-perjodu meħtieġ (Taqsima 42 tal-Att għall-Assigurazzjoni għall-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.).

-Aa.     L-ESTONJA

(i)

Pensjonijiet għall-invalidità mogħtija qabel l-1 ta' April 2000 taħt l-Att għall-Allowances mill-Istat li baqgħu miżmuma taħt l-Att tal-Assigurazzjoni għall-Pensjoni tal-Istat.

(ii)

Pensjonijiet nazzjonali mogħtija abbażi ta' invalidità skond l-Att tal-Assigurazzjoni għall-Pensjoni tal-Istat.

(iii)

Pensjonijiet għall-invalidità mogħtija skond l-Att dwar is-Servizz tal-Forzi tad-Difiża, l-Att dwar is-Servizz tal-Pulizija, l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Att dwar l-Istatus tal-Imħallfin, is-Salarji tal-Membri tar-Riigikogu, l-Att dwar il-Pensjonijiet u Garanziji Soċjali Oħra u l-Att dwar il-Benefiċċji Uffiċjali tal-President tar-Repubblika.

b)

is-sekwenza tal-entrati għal “A. IL-GREĊJA” u “B. L-IRLANDA” għandhom jitqiegħdu bil-maqlub biex jinqraw hekk: “A. L-IRLANDA” u “B. IL-GREĊJA”;

c)

l-entrata taħt l-intestatura “B. L-IRLANDA” għandha tinbidel b'dan li ġej:

Parti II, Kapitolu 17 tal-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005

d)

wara l-entrata taħt l-intestatura “B. IL-GREĊJA”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ba.     IL-LATVJA

Pensjonijiet għall-invalidità (it-tielet grupp) taħt l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi għall-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996.

e)

l-entrati taħt l-intestatura “C. IL-FINLANDJA” għandhom jiġu emendati kif ġej:

Pensjonijiet Nazzjonali għall-persuni mwielda b'diżabbiltà jew ġew diżabbli ta' età żgħira (l-Att dwar il-Pensjoni Nazzjonali, 568/2007);

Pensjonijiet għall-invalidità determinati skond regoli transizzjonali u mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 1994 (Att dwar l-Infurzar tal-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007).

7.

L-Anness VII għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

fit-tabelli intestati “IL-BELĠJU” u “FRANZA”, għandhom jitħassru l-kolonni relatati mal-Lussemburgu.

b)

għandha titħassar it-tabella intestata “IL-LUSSEMBURGU” .

8.

L-Anness VIII għandu jinbidel b'dan li ġej:

‘ANNESS VIII

KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA JIĠI RINUNZJAT JEW MA JAPPLIKAX

[Artikolu 52(4) u (5)]

Parti 1:     Każijiet li fihom il-kalkolu pro rata jiġi rinunzjat skond Artikolu 52(4)

A.     ID-DANIMARKA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet li hemm referenza għalihom fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija f'Anness IX.

B.     L-IRLANDA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-istat (transitorja), pensjoni tal-istat (kontributorja), pensjoni (kontributorja) għan-nisa romol u pensjoni (kontributorja) għall-irġiel romol.

C.     ĊIPRU

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-eta?, l-invalidità, in-nisa romol u l-irġiel romol.

D.     IL-LATVJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-invalidità (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996);

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996; il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Imħallsa mill-Istat tal-1 ta' Lulju 2001).

E.     IL-LITWANJA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet mill-assigurazzjoni soċjali tal-Istat għas-superstiti ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat).

F.     L-OLANDA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tal-età skond il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għall-età.

G.     L-AWSTRIJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skond il-liġi federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-assigurazzjoni soċjali ġenerali, il-liġi federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom fin-negozju u l-kummerċ, il-liġi federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom u l-liġi federali tat-30 ta' Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberali;

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għall-invalidità bbażati fuq kont tal-pensjoni skond l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta' Novembru 2004;

(c)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skond l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta' Novembru 2004, jekk ma trid tiġi applikata l-ebda żieda fil-benefiċċji f'każ ta' żieda fix-xhur tal-assigurazzjoni skond l-Artikolu 7(2) tal-att tal-pensjonijiet ġenerali;

(d)

L-applikazzjonijiet għall-pensjonijiet għall-invalidità u s-superstiti tal-Landesärztekammern (kmamar provinċjali tat-tobba tal-Awstrija) ibbażati fuq provvista bażika (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika);

(e)

L-applikazzjonijiet kollha għall-appoġġ f'każ ta' invalidità permanenti għax-xogħol u appoġġ għas-superstiti mill-fond tat-Österreichische Tierärtztekammer (kamra Awstrijaka tat-tobba veterinarji);

(f)

L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji minn pensjonijiet għall-invalidità għax-xogħol, ir-romol u l-orfni skond l-istatuti tal-istituzzjonijiet tar-Rechtsanwaltskammern (assistenza tal-assoċjazzjonijiet) Parti A.

H.     IL-POLONJA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għal diżabbiltà, pensjonijiet għall-età taħt l-iskema għall-benefiċċji u l-pensjonijiet għas-superstiti definiti.

I.     IL-PORTUGALL

L-applikazzjonijiet kollha għall-ħlas ta' pensjoni għall-invalidità, l-età u s-superstiti, barra fejn it-total tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skond il-leġiżlazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 jum kalendarji, il-perjodi nazzjonali tal-assigurazzjoni huma ugwali jew inqas minn 20 sena, u l-kalkolu jsir skond l-Artikolu 11 tad-Digriet-Liġi Nru No. 35/2002, tad-19 ta' Frar 2002 .

J.     IS-SLOVAKKJA

(a)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tas-superstiti (pensjonijiet għan-nisa romol, irġiel romol u orfni) ikkalkulata skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta' Jannar 2004 li l-ammont tagħha jrid jittieħed minn pensjoni li qabel tħallset lill-mejjet,

(b)

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ikkalkulati skond l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali kif emendat.

K.     L-ISVEZJA

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni ta' garanzija f'forma ta' pensjoni għall-età (Att 1998:702) u pensjoni għall-età f'forma ta' pensjoni supplimentari (Att 1998:674).

L.     IR-RENJU UNIT

L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-irtirar, benefiċċji għan-nisa romol u mewt, barra għal dawk li:

a)

matul is-sena tat-taxxa li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara:

i)

il-parti konċernata kienet wasslet sat-tmiem perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew residenza skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru ieħor; u

ii)

waħda (jew iktar) mis-snin tat-taxxa li hemm referenza għalihom f'punt (i) ma kinitx ikkunsidrata bħala sena li tikkwalifika fit-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit;

b)

il-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perjodi qabel il-5 ta' Lulju 1948 jitqiesu għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b) ta' dan ir-Regolament permezz tal-applikazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni, impjieg jew residenza skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor.

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skond l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, it-taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (L-Irlanda ta' Fuq) 1992, it-taqsima 44.

Parti 2:     Każijiet fejn japplika l-Artikolu 52(5):

A.     FRANZA

Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tal-età huma kkalkulati fuq il-bażi ta' punti tal-irtirar.

B.     IL-LATVJA

Pensjonijiet għall-età (Liġi għall-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996 u l-Liġi dwar il-Pensjonijiet Imħallsa mill-Istat tal-1 ta' Lulju 2001).

C.     L-UNGERIJA

Benefiċċji għall-pensjoni bbażati fuq sħubija ma' fondi ta' pensjoni privati.

D.     L-AWSTRIJA

(a)

Pensjonijiet għall-età bbażati fuq kont ta' pensjoni skond l-l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta' Novembru 2004.

(b)

Allowances obbligatorji skond l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta' Diċembru 2001, BGBl Nr. 154 tal-Pharmazeutische Gehaltskasse fur Osterreich (fond ġenerali għas-salarji tal-ispiżjara Awstrijaċi).

(c)

Pensjonijiet għall-irtirar u l-irtirar kmieni tal-Landesärztekammern (kmamar reġjonali Awstrijaċi tat-tobba) bbażati fuq provvista bażika (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji kollha għall-pensjoni tal-istess korp bbażati fuq provvista addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali).

(d)

Appoġġ għall-età mill-fond tal-pensjonijiet tal-Osterreichische Tierartztekammer (kamra Awstrijaka tat-tobba veterinarji).

(e)

Benefiċċji skond l-istatuti tal-istituzzjonijiet ta' asistenza tal-assoċjazzjonijiet Awstrijaċi tal-avukatura, Partijiet A u B, barra l-applikazzjonijiet għall-benefiċċji mill-pensjonijiet għal diżabbiltà, romol u orfni skond l-istatuti tal-istituzzjonijiet ta' assistenza tal-istess korp, Parti A.

(f)

Benefiċċji mill-istituzzjonijiet ta' assistenza mill-kamra federali tal-periti u l-inġiniera konsulenti skond il-Ziviltechnikerkammergesetz tal-1993 (il-liġi dwar il-kamra tal-inġiniera ċivili) u l-istatuti tal-istituzzjonijiet ta' assistenza, barra l-benefiċċji abbażi ta' invalidità għax-xogħol u benefiċċji għas-superstiti mill-benefiċċji msemmija l-aħħar.

(g)

Benefiċċji skond l-istatut tal-istituzzjoni ta' assistenza tal-kamra federali tal-accountants u l-konsulenti tat-taxxa professjonali skond il-Wirtschaftstreuhandberufsgesetz (il-liġi dwar l-accountants u l-konsulenti tat-taxxa professjonali .

E.     IL-POLONJA

Pensjonijiet għall-età skond l-iskema definita ta' kontribuzzjoni.

F.     IS-SLOVENJA

Pensjoni mill-assigurazzjoni għall-pensjoni supplimentari obbligatorja.

G.     IS-SLOVAKKJA

Tfaddil għall-pensjoni obbligatorja għall-età.

H.     L-ISVEZJA

Pensjoni bbażata fuq id-dħul u pensjoni tal-primjum (Att 1998:674).

I.     IR-RENJU UNIT

L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji gradati tal-irtirar imħallsa skond l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali 1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (L-Irlanda ta' Fuq) 1966, it-taqsimiet 35 u 36.

J.     IL-BULGARIJA

Pensjonijiet għall-età mill-Assigurazzjoni għall-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skond il-Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi għall-Assigurazzjoni Soċjali.

K.     L-ESTONJA

Skema ffinanzjata ta' pensjoni obbligatorja għall-età.

9.

L-Anness IX għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti I għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

Wara l-entrata taħt l-intestatura “F. L-IRLANDA”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Fa.     IL-LATVJA

Pensjonijiet għall-invalidità (it-tielet grupp) skond l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996

(ii)

Taħt l-intestatura “G. L-OLANDA”, għandu jiddaħħal il-kliem li ġej:

Il-liġi tal-10 ta' Novembru 2005 dwar ix-xogħol u d-dħul skond il-kapaċità għax-xogħol

(iii)

L-entrata taħt l-intestatura “H. IL-FINLANDJA” tinbidel b'dan li ġej:

Pensjonijiet nazzjonali għall-persuni li twieldu diżabbli jew saru diżabbli ta' età żgħira (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007)

Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet għall-konjuġi jiġu determinati skond ir-regoli transitorji u mogħtija qabel l-1 ta' Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007)

L-ammont addizzjonali tal-pensjoni tat-tfal meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju indipendenti skond l-att dwar il-pensjoni nazzjonali (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007)

(iv)

L-entrata taħt l-intestatura “I. L-ISVEZJA” tinbidel b'dan li ġej:

Kumpens għall-mard relatat mad-dħul u kumpens għall-attività tal-Isvezja (Att 1962:381);

Pensjoni ta' garanzija u kumpens iggarantit tal-Isvezja li ssostitwixxew il-pensjonijiet kompluti tal-istat Svediż ipprovduti skond il-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni tal-istat li kienet tapplika fl-1 ta' Jannar 1993, u l-pensjoni kompluta tal-istat ipprovduta skond ir-regoli transitorji tal-leġiżlazzjoni li tapplika minn dik id-data

(b)

Il-Parti II għandha tiġi emendata kif ġej:

(i)

Wara l-entrata taħt l-intestatura “C. L-ITALJA”, għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:

Ca.     IL-LATVJA

Pensjonijiet għas-superstiti kkalkulati fuq il-bażi ta' perjodi assunti ta' assigurazzjoni (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta' Jannar 1996)

Cb.     IL-LITWANJA

(a)

Pensjonijiet tal-istat mill-assigurazzjoni soċjali għall-inkapaċità għax-xogħol, imħallsa skond il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat mill-Assigurazzjoni Soċjali

(b)

Pensjonijiet tal-istat mill-assigurazzjoni soċjali għas-superstiti u l-orfni, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pensjoni għall-inkapaċità għax-xogħol tal-mejjet skond il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat mill-Assigurazzjoni Soċjali

ii)

Wara l-entrata taħt l-intestatura “D. IL-LUSSEMBURGU”, għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Da.     IS-SLOVAKKJA

(a)

Pensjoni Slovakka għall-invalidità u pensjoni għas-superstiti derivata minnha

(b)

Pensjoni għall-invalidità għal persuna li saret invalida meta kienet tifel/tifla dipendenti u li dejjem meqjusa li ssodisfat il-perjodu meħtieġ ta' assigurazzjoni (Artikolu 70(2) u 72(3) u Artikolu 73(3) u (4) tal-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendat)

(c)

Fil-Parti III, l-entrata “il-Konvenzjoni Nordika tal-15 ta' Ġunju 1992 dwar is-sigurtà soċjali” għandha tinbidel b'dan li ġej:

Il-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta' Awissu 2003.

10.

L-Anness X għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS X

BENEFIĊĊJI SPEĊJALI FI FLUS MHUX KONTRIBUTORJI

[Artikolu 70(2)(c)]

A.     IL-BELĠJU

(a)

Allowance li tissostitwixxi d-dħul (Liġi tas-27 ta' Frar 1987)

(b)

Dħul iggarantit għall-persuni anzjani (Liġi tat-22 ta' Marzu 2001)

B.     IL-BULGARIJA

Pensjoni Soċjali għall-età (Artikolu 89 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)

C.     IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Allowance soċjali (Att dwar l-Appoġġ Soċjali tal-Istat Nru 117/1995 Sb

D.     ID-DANIMARKA

Spejjeż ta' akkomodazzjoni għall-pensjonanti (Liġi għall-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta' Marzu 1995)

E.     IL-ĠERMANJA

Dħul għal sussistenza bażika għall-anzjani u persuni b'kapaċità mnaqqsa ta' qligħ skond Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali

Benefiċċji biex ikopru l-ispejjeż tas-sussistenza skond il-provvediment bażiku għal min qed ifittex ix-xogħol, sakemm, fir-rigward ta' dawn il-benefiċċji, il-ħtiġijiet għall-eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li wieħed ikun irċieva benefiċċju għall-qgħad (Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfati

F.     L-ESTONJA

(a)

Allowance għall-adulti b'diżabbiltà (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għal Persuni b'Diżabilità tas-27 ta' Jannar 1999)

(b)

Allowance tal-istat għall-qgħad (l-Att dwar is-Servizzi u l-Appoġġ għas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta' Settembru 2005)

G.     L-IRLANDA

(a)

Allowance għal min qed ifittex ix-xogħol (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 2)

(b)

Pensjoni tal-istat (mhux kontributorja) (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 4)

(c)

Pensjoni (mhux kontributorja) għan-nisa romol u pensjoni (mhux kontributorja) għall-irġiel romol (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 6)

(d)

Allowance għal diżabbilta? (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 10)

(e)

Allowance għall-mobilità (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61)

(f)

Pensjoni għan-nuqqas ta' dawl (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 5)

H.     IL-GREĊJA

Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi Nru 1296/82)

I.     SPANJA

(a)

Garanzija ta' dħul minimu (Liġi Nru 13/82 tas-7 ta' April 1982)

(b)

Benefiċċji fi flus biex jassistu lill-anzjani u l-invalidi li ma jistgħux jaħdmu (Digriet Irjali Nru 2620/81 tal-24 ta' Lulju 1981)

(c)

Il-benefiċċji ta' pensjoni li ġejjin:

(i)

Pensjonijiet mhux kontributorji għall-invalidità u l-irtirar skond kif inhu provdut f'Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat għal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat mid-Digriet Leġislattiv Irjali Nru 1/1994 tal-20 ta' Ġunju 1994 u

(ii)

Il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet imsemmija f'punt i, kif provdut għalihom fil-leġiżlazzjonijiet tar-reġjuni awtonomi, fejn dawn is-supplimenti jiżguraw dħul minimu ta' sussistenza filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fir- reġjuni awtonomi konċernati

(d)

Allowances biex tkun promossa l-mobilità u għall-kumpens tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar (Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta' April 1982)

J.     FRANZA

(a)

Allowances Supplimentari ta':

i)

il-fond speċjali għall-invalidità, u

ii)

il-fond għas-solidarjetà fl-età

Fir-rigward ta' drittijiet miksuba (Liġi tat-30 ta' Ġunju 1956, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)

(b)

Allowance għall-adulti b'diżabbiltà (Liġi tat-30 ta' Ġunju 1975, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)

(c)

Allowance speċjali (Liġi tal-10 ta' Lulju 1952, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta' drittijiet miksuba

(d)

Allowance għas-solidarjetà fl-età (l-ordinanza tal-24 ta' Ġunju 2004, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta' Jannar 2006

K.     L-ITALJA

(a)

Pensjonijiet soċjali għal persuni mingħajr mezzi (Liġi Nru 153 tat-30 ta' April 1969)

(b)

Pensjonijiet u allowances għad-diżabbli jew invalidi ċivili (Liġi Nru 118 tat-30 ta' Marzu 1974, Nru 18 tal-11 ta' Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988)

(c)

Pensjonijiet u allowances għal min hu nieqes mis-smigħ u muti (Liġijiet Nru 381 tas-26 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988)

(d)

Pensjonijiet u allowances għaċ-ċivili neqsin mid-dawl (Liġijiet Nru 382 tas-27 ta' Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta' Novembru 1988)

(e)

Benefiċċji li jissuplimentaw il-pensjonijiet minimi (Liġijiet Nru 218 tal-4 ta' April 1952, Nru 638 tal-11 ta' Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta' Diċembru 1990)

(f)

Benefiċċji li jissupplimentaw l-allowances għal diżabbiltà (Liġi Nru 222 tat-12 ta' Ġunju 1984)

(g)

Allowance soċjali (Liġi Nru 335 tat-8 ta' Awissu 1995)

(h)

Żieda soċjali (Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta' Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi)

L.     ĊIPRU

(a)

Pensjoni Soċjali (Liġi dwar il-Pensjoni Soċjali tal-1995 (Liġi 25(I)/95)

(b)

Allowance għal diżabbiltà severa fil-moviment (Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nr 38210 tas-16 ta' Ottubru 1992, 41370 tal-1 ta' Awissu 1994, 46183 tal-11 ta' Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta' Mejju 2001)

(c)

Għoti speċjali għal persuni neqsin mis-smigħ (Liġi dwar l-Għoti Speċjali tal-1996 (Liġi 77(I)/96), kif emendata)

M.     IL-LATVJA

(a)

Benefiċċju mill-istat għas-sigurtà soċjali (Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta' Jannar 2003)

(b)

Allowance għall-kumpens tal-ispejjeż tat-trasport għal persuni diżabbli b'moviment ristrett (Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat tal-1 ta' Jannar 2003)

N.     IL-LITWANJA

(a)

Pensjoni għall-assistenza soċjali (Artikolu 5 tal-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji tal-Istat)

(b)

Kumpens għar-relief (Artikolu 15 tal-Liġi tal-2005 dwar il-Benefiċċji tal-Istat)

(c)

Kumpens għat-trasport għad-diżabbli li għandhom problemi bil-moviment (Artikolu 7 tal-Liġi tal-2000 dwar il-Kumpens għat-Trasport)

O.     IL-LUSSEMBURGU

Dħul għad-diżabbli serjament (Artikolu 1(2) tal-Liġi tat-12 ta'Settembru 2003), barra persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq tax-xogħol ta' din ix-xorta jew f'ambjent protett

P.     L-UNGERIJA

(a)

Annwalità għall-invalidità (Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri għall-annwalità għall-invalidità)

(b)

Allowance mhux kontributorja għall-età (Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali)

(c)

Allowance għat-trasport (Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar Allowances għat-trasport għal Persuni b'Diżabbiltà Fiżika Severa)

Q.     MALTA

(a)

Allowance supplimentari (Taqsima 73 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987)

(b)

Pensjoni għall-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987)

R.     L-OLANDA

(a)

Wet Arbeidsongeschiktheidsvoorziening jonggehandicapten (Wajong) (Att dwar l-Assistenza għad-Diżabbiltà għaż-Żgħażagħ Diżabbli) tal-24 ta' April 1997

(b)

Toeslagenwet (TW) (Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari) tas-6 ta' Novembru 1986 (TW)

S.     L-AWSTRIJA

Suppliment kumpensatorju (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ tal 11 ta' Ottubru 1978 u l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa

T.     IL-POLONJA

Pensjoni soċjali (Att tas-27 ta' Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali)

U.     IL-PORTUGALL

(a)

Pensjoni mhux kontributorja tal-istat għall-età u l-invalidità (Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta' Ottubru 1980)

(b)

Pensjoni mhux kontributorja għar-romol (Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta' Novembru 1981)

(c)

Suppliment ta' solidarjetà għall-anzjani (Digriet-Liġi Nru 232/2005 tad-29 ta' Diċembru 2005, emendat mid-Digriet-Liġi Nru 236/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006

V.     IS-SLOVENJA

(a)

Pensjoni tal-istat (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999)

(b)

Appoġġ għad-dħul tal-pensjonanti (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999)

(c)

Allowance għall-Manteniment (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta' Diċembru 1999)

W.     IS-SLOVAKKJA

(a)

Aġġustament mogħti qabel l-1 ta' Jannar 2004 lil dawk li l-uniku dħul tagħhom hi l-pensjoni

(b)

Pensjoni soċjali li ngħatat qabel l-1 ta' Jannar 2004

X.     IL-FINLANDJA

(a)

Allowance ta' Djar għall-pensjonanti (Att dwar Allowance ta' Djar għall-pensjonanti, 571/2007)

(b)

Appoġġ għas-suq tax-xogħol (Att dwar il-Benefiċċji għall-Qgħad 1290/2002)

(c)

Assistenza speċjali għall-immigranti (Att dwar Assistenza Speċjali għall-Immigranti, 1192/2002)

Y.     L-ISVEZJA

(a)

Supplimenti ta' djar għal persuni li jirċievu pensjoni (Liġi 2001: 761)

(b)

Appoġġ finanzjarju għall-anzjani (Liġi 2001: 853)

Z.     IR-RENJU UNIT

(a)

Kreditu tal-Istat għall-Pensjoni (Att dwar il-Kreditu ta'l-Istat għall-Pensjoni 2002 u Att dwar il-Kreditu tal-Istat għall-Pensjoni (l-Irlanda ta' Fuq) 2002)

(b)

Allowances ibbażati fuq id-dħul għal min ifittex ix-xogħol (Att għal Min Ifittex ix-Xogħol 1995 u l-Ordni għal Min Ifittex ix-Xogħol (l-Irlanda ta' Fuq) 1995)

(c)

Appoġġ għad-dħul (Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji 1992 u Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji (l-Irlanda ta' Fuq) 1992)

(d)

Allowance għall-Ħajja b'Diżabbiltà b'komponent ta' moviment (Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji 1992 u Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji (l-Irlanda ta' Fuq) 1992)

11.

L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS XI

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI

[L-Artikoli 51(3), 56(1) u 83]

A.   Il-BELĠJU

Xejn.

B.     IL-BULGARIJA

L-Artikolu 33(1), tal-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa tal-Bulgarija japplika għall-persuni kollha li l-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti tagħhom skond il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament.

C.   IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Xejn.

D.   ID-DANIMARKA

1.

(a)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kkompletati skond il-leġiżlazzjoni Daniża minn ħaddiem tal-fruntiera jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol staġonali huma meqjusa bħala perjodi ta' residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) ma' t’hawn fuq imsemmi(ja) ħaddiem(a) biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta' inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, “xogħol ta' natura staġonali” ifisser xogħol li, billi jiddependi fuq in-newba tal-istaġuni, jerġa’ jinħoloq awtomatikament kull sena.

(b)

Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kompluti skond il-leġiżlazzjoni Daniża qabel l-1 ta' Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax paragrafu 2(a) għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta' inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

(c)

Perjodi li jridu jittieħdu fil-konsiderazzjoni taħt il-punti (a) u (b) m’għandhomx jitqiesu jekk ikunu fl-istess perjodi li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-pensjoni dovuta lil dik il-persuna kkonċernata taħt il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja ta' Stat Membru ieħor jew fl-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni taħt tali leġiżlazzjoni. Dawk il-perjodi għandhom, madankollu, jitqiesu jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa anqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali.

2.

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn tal-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Bla ħsara għall-Artikolu 4, l-Artikolu 7 ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li d-dritt għaliha jkun inkiseb minn tali persuni.

(b)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta' persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.

3.

Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil-ledighedsydelse (l-iskema ta' “impjieg flessibbli”) (Il-Liġi Nru 455 tal-10 ta' Ġunju 1997) huwa kopert mit-Titolu III, il-Kapitolu 6 ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' persuni qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 64 u 65 japplikaw meta dan l-Istat Membru jkollu skemi ta' impjiegi simili għall-istess kategorija ta' persuni.

4.

Fejn il-benefiċjarju ta' pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat Membru ieħor, dawn il-pensjonijiet għat-twettiq tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fit-tifsir tal-Artikolu 53(1), suġġett għall-kondizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perjodi tagħha ta' assigurazzjoni jew ta' residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet akkwistat ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża.

E.   IL-ĠERMANJA

1.

Minkejja l-Artikolu 5(a) tar-Regolament u l-Artikolu 5(4) punt 1, tas-Sozialgesetzbuch VI (SGB VI) (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li tirċievi pensjoni tal-età skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor tista' titlob li tkun assigurata b'mod fl-iskema ta' assigurazzjoni tal-pensjoni fil-Ġermanja.

2.

Minkejja l-Artikolu 5(a) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 7 (1) u (3) tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b'mod obbligatorju fi Stat Membru ieħor jew li tirċievi pensjoni tal-età taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor tista' tissieħeb fl-iskema ta' assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja.

3.

Għall-fini li jingħataw benefiċċji fi flus skond paragrafu 47(1) ta' SGB V, paragrafu 47(1) ta' SGB VII u §200(2) tar- Reichsversicherungsordnung (skema ta' assigurazzjoni imperjali) lil persuni assigurati li jgħixu fi Stat Membru ieħor, l-iskemi tal-assigurazzjoni tal-Ġermanja jikkalkulaw il-paga netta, li tintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċji, daqs li kieku l-persuna assigurata għexet il-Ġermanja, sakemm il-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni abbażi tal-paga netta li tirċievi.

4.

Ċittadini ta' Stati Membri oħra li l-post tar-residenza tas-soltu jew ordinarja huwa barra l-Ġermanja u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b'mod obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja f'xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni bla stat u refuġjati li l-post tar-residenza tas-soltu jew ordinarja huwa fi Stat Membru ieħor.

5.

Il-pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta' kreditu fiss) skond l-Artikolu 253 tal-SGB VI ║ għandu jiġi determinat esklussivament b'riferenza għal perjodi Ġermaniżi.

6.

F'każijiet li fihom hija applikabbli l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1991 għall-kalkolu mill-ġdid tal-pensjoni, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ║ biss tapplika għall-ikkreditar ta' Ersatzzeiten (perjodi sostituttivi ▐) Ġermaniżi.

7.

Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol ikkompensati skond il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin u l-benefiċċji għal perjodi ta' assigurazzjoni li jistgħu jiġu kkreditati skond il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin fit-territorji msemmija fil-paragrafu 1(2)(3) tal-Bundesvertriebenengesetz (il-Liġi dwar persuni bla stat u refuġjati) tkompli tapplika skond it-tifsira tal-applikazzjoni tar-Regolament minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Fremdrentengesetz (il-Liġi dwar il-pensjonijiet barranin).

8.

Għall-kalkolu tal-ammont teoretiku li hemm referenza għalih f'Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament, fl-iskemi tal-pensjoni għall-professjonijiet liberali, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala bażi, għal kull sena ta' assigurazzjoni kompluta skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-medja tal-intitolament tal-pensjoni annwali akkwistata fil-perjodu tas-sħubija mal-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet.

F.   L-ESTONJA

Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-ġenituri, perjodi ta' impjieg fi Stati Membri l-oħra minbarra l-Estonja għandhom jitqiesu li huma msejsa fuq l-istess ammont medju ta' Taxxa Soċjali li tħallset matul il-perjodi ta' impjieg fl-Estonja li magħhom jingħaddu. Jekk matul is-sena ta' riferenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li jkun ibbażat fuq il-medja ta' Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta' riferenza u l-lif tal-maternità.

G.   IL-GREĊJA

1.

Il-Liġi Nru 1469/84 dwar sħubija volontarja mal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni għaċ-ċittadini Griegi u ċittadini barranin ta' oriġini Griega tapplika għal ċittadini ta' Stati Membri oħra, persuni bla stat u rifuġjati, fejn il-persuni konċernati, irrispettivament mill-post tar-residenza jew fejn joqogħdu, f'xi żmien fil-passat kienu msieħba b'mod obbligatorju jew volontarju mal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni tal-Greċja.

2.

Minkejja l-Artikolu 5(a) tar-Regolament u l-Artikolu 34 tal-Liġi Nru 1140/81, persuna li tirċievi pensjoni għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard marbut max-xogħol skond il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor tista' titlob li tkun assigurata skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-OGA, sakemm huwa/hija jkollu/ha attività li taqa' skond it-tifsira ta' din il-leġiżlazzjoni.

H.   SPANJA

1.

Għall-finijiet tat-twettiq ta' l-Artikolu 52(1)(b)(i) tar -Regolament, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħaq l-età pensjonabbli jew l-età tal-irtirar obbligatorju kif stipulata fil-punt 4 skond l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni konsolidata tal-Ley de clases pasivas del Estado (Il-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat) jitqiesu bħala s-snin proprja tas-servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien tal-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni ta' invalidità jew ta' mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati ċivili jew wettaq attività mdaħħla skond l- iskema, jew jekk, fiż-żmien tal-avveniment li għalih ikunu dovuti pensjonijiet, il-benefiċjarju wettaq attività li kienet tirrikjedi li l-persuna konċernata tkun inkluża skond l-iskema speċjali tal-Istat għall-impjegati ċivili, il-forzi armati jew il-ġudikatura, li kieku l-attività twettqet fi Spanja.

2.

(a)

Taħt l-Artikolu 56(1)(c), il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fejn, fil-kalkolu tal-ammont bażiku għall-pensjoni, perjodi ta' assigurazzjoni u/jew ta' residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stati Membri oħra ikollhom jittieħdu f'konsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien mill-perjodi ta' riferenza għandha tintuża għall-perjodi msemmija qabel, waqt li jitqies l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.

(b)

L-ammont ta' pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u r-rivalutazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena suċċessiva għal pensjonijiet tal-istess tip.

3.

Perjodi kkompletati fi Stati Membri oħra li għandhom jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, jiġu trattati bl-istess mod, għall-finijiet tal-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, bħall-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja.

4.

L-ammonti addizjonali bbażati fuq l-età li hemm referenza għalihom fit-Tieni Dispożizzjoni Transitorja tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha tar-Regolament li għandhom kontribuzzjonijiet f'isimhom skond il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta' Jannar 1967; mhuwiex possibbli, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament, li perjodi ta' assigurazzjoni kreditati fi Stat Membru ieħor qabel id-data msemmija qabel jiġu trattati daqs li kieku kienu l-istess bħall-kontribuzzjonijiet imħallsa fi Spanja, għall-għanijiet preżenti biss. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta' Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta' Awissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħħara u l-1 ta' April 1969 għall-Iskema tas-Sigurtà Soċjali Speċjali għall-Minjieri tal-Faħam.

I.   FRANZA

1.

Ċittadini ta' Stati Membri oħra li l-post tar-residenza jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra Franza u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b'mod obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza f'xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni bla stat u refuġjati li l-post tar-residenza jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat Membru ieħor.

2.

Għall-persuni li jirċievu benefiċċji mhux fi flus fi Franza skond l-Artikoli 17, 24 u 26 tar-Regolament li huma residenti fit-territorji Franċiżi ta' Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, benefiċċji mhux fi flus ipprovduti f'isem l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji pprovduti kemm mill-iskema ta' assigurazzjoni ta' mard ġenerali kemm mill-iskema obbligatorja supplimentari lokali ta' mard tal-Alsace-Moselle.

3.

Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f'attività bħala persuna impjegata jew għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament tinkludi kemm l-iskema(i) bażika(ċi) ta' assigurazzjoni tal-età u kemm l-iskema(i) supplimentari tal-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet suġġetta.

J.   L-IRLANDA

1.

Minkejja l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament, għall -finijiet ta' kalkolu tad-dħul stipulat li jitħallas fil-ġimgħa ta' persuna assigurata għall-għoti tal-benefiċċju tal-mard jew tal- qgħad taħt leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa għas-sena relevanti stipulata ta' persuni impjegati għandu jiġi kkreditat lil dik il- persuna assigurata għal kull ġimgħa ta' attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor matul is-sena stipulata .

2.

Fejn japplika l-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament , , jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-Irlanda għandha, għall-finijiet tat- Taqsima 118(1)(a) tal-Att Konsolidat tal-Assistenza Soċjali 2005 , tqis dawk il-perjodi kollha li matulhom, fir-rigward tal-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, hija kienet tkun meqjusa bħala inkapaċi għax-xogħol taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża.

K.   L-ITALJA

Xejn.

L.   ĊIPRU

Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 51 u 61, għal kull perjodu li jibda fis-6 ta' Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta' assigurazzjoni skond il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta' Ċipru hija determinata billi ssir id-diviżjoni tad-dħul totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti bl-ammont tad-dħul bażiku fil-ġimgħa assigurabbli applikabbli fis-sena ta' kontribuzzjoni rilevanti, sakemm in-numru ta' ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta' ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti.

M.   IL-LATVJA

Xejn

N.   IL-LITWANJA

Xejn

O.   IL-LUSSEMBURGU

Xejn

P.   L-UNGERIJA

Xejn

Q.   MALTA

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati ċivili:

(a)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 49 u 60 tar-Regolament biss, persuni impjegati skond l-Att dwar il-Forzi Armati (Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta' Malta), l-Att dwar il-Pulizija (Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta' Malta) u l-Att dwar il-Ħabs (Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta' Malta) ikunu trattati bħala impjegati ċivili.

(b)

Pensjonijiet li jitħallsu skond l-Attijiet imsemmija hawn fuq u skond l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta' Malta) ikunu, għall-finijiet tal-Artikolu 1(e) tar-Regolament biss, ikkunsidrati bħala skemi speċjali għall-impjegati ċivili

R.   L-OLANDA

1.   Assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa

(a)

Fir-rigward tal-intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża, persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament għandhom ifissru:

i)

persuni li, taħt l-Artikolu 2 taż-Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), huma obbligati jagħmlu assigurazzjoni ma' assiguratur tal-kura tas-saħħa; u

ii)

safejn huma m'humiex diġà inklużi taħt il-punt (i), membri tal-familja tal-persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta' residenza tagħhom, u l-ispejjeż tħallashom l-Olanda.

(b)

Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) għandhom, skond id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jagħmlu assigurazzjoni ma' assiguratur tal-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii) għandhom jirreġistraw mal-College voor zorgverzekeringen (Il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa).

(c)

Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u tal-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten ( L-Att Ġenerali dwar l -Ispejjeż Mediċi Eċċezzjonali ) li jikkonċernaw l-obbligu tal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija taħt il-paragrafu 1(a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir rigward ta' membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jintalbu mill-persuni li minnhom ikun ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa barra l-membri tal-familja ta' persunal militari li jgħixu fi stat membru ieħor li jintalbu l-kontribuzzjonijiet direttament .

(d)

Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) dwar assigurazzjoni li ssir tard għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta' reġistrazzjoni magħmula tard mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii).

(e)

Persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru għajr l-Olanda li jirresjedu fl-Olanda jew joqogħdu temporanjament fl-Olanda għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus skond il-polza offruta lil persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew il-post fejn ikunu qegħdin, billi jittieħed f'konsiderazzjoni l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll għall-benefiċċji mhux fi flus ipprovduti mill-Algemene wet bijzondere ziektekosten ( l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjez Mediċi Eċċezzjonali ).

(f)

Għall-finijiet tal-Artikoli 23 sa 30, il-benefiċċji li ġejjin (u l-pensjonijiet koperti mit-Titolu III, Kapitoli 4 u 5) għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet dovuti taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża:

pensjonijiet mogħtija taħt l-Algemene burgerlijke pensioenwet tas-6 ta' Jannar 1966 (il-Liġi dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom ║;

pensjonijiet mogħtija taħt l-Algemene militaire pensioenwet tas-6 ta' Ottubru 1966 (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-persunal militari u s-superstiti tagħhom ║;

benefiċċji tal-inkapaċità għax-xogħol mogħtija taħt il-Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen tas-7 ta' Ġunju 1972 (il-Liġi dwar il-benefiċċji tal-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari ║;

pensjonijiet mogħtija taħt il-Liġi tal-15 ta' Frar 1967 dwar il-pensjonijiet għall-impjegati tal-NV Nederlandse Spoorwegen (Il-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża) u dawk li jibqgħu ħajjin warajhom (Spoorwegpensioenwet) (Att dwar il-Pensjonijiet tal-Ħaddiema tal-Ferroviji);

pensjonijiet mogħtija taħt ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (Ir-Regolament li jirregola l-kondizzjonijiet tal-impjiegi mal-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża);

benefiċċji mogħtija lil persuni rtirati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni ta' 65 sena taħt pensjoni maħsuba biex tipprovdi dħul għall-persuni li kienu impjegati, fl-età tal-anzjanità tagħhom, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta' tluq qabel iż-żmien mis-suq tax-xogħol taħt skema mwaqqfa mill-istat jew permezz ta' ftehim industrijali għal persuni fl-età ta' 55 jew aktar ▐.

benefiċċji mħallsa lil persunal militari u impjegati ċivili skond skema applikabbli f'każ ta' tkeċċija, pensjoni u rtirar kmieni.

(g)

Għall-finijiet tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament, ir-rifużjoni għan-nuqqas ta' talbiet ipprovduta fl-iskema Olandiża fil-każ ta' użu limitat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għandha titqies li hija benefiċċju għall-mard fi flus.

2.   L-Applikazzjoni tal-Algemene Ouderdomswet (WAOW) (Il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali tal-età)

(a)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta' ║l-AOW ║ m'għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji ta' qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom persuna li tirċievi ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta' assigurazzjoni:

kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta' 15 u 65, jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal stabbilit fl-Olanda, jew

ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 7 tal-WAOW, kull min kien residenti jew ħadem biss fl-Olanda skond il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq qabel l-1 ta' Jannar 1957 għandu wkoll jitqies bħala intitolat għal pensjoni.

(b)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta' qabel it-2 ta' Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta' 15 u 65, persuna li hija jew kienet miżżewġa ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta' hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta' Stat Membru għajr l-Olanda, jekk dawn is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati mill-konjugi tal-persuna taħt dik il-leġiżlazzjoni jew fl-istess snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja eżista matul dak iż-żmien.

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 7 tal-WAOW, tali persuna għandha titqies bħala intitolata għal pensjoni.

(c)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta' qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom il-persuna konjugi ta' pensjonant li tonqos milli tissodisfa l-kondizzjonijiet biex ikollha dawn is-snin ittrattati bħala perjodi ta' assigurazzjoni:

kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta' 15 u 65, jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal iwaqqaf fl-Olanda, jew

ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.

(d)

It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta' qabel it-2 ta' Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta' 15 u 65, il-persuna konjugi ta' pensjonant li tirresjedi fi Stat Membru għajr l-Olanda ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta' hawn fuq, jekk dawk is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati mill-pensjonant taħt dik il-leġiżlazzjoni jew ma' snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja kien eżista matul dak iż-żmien.

(e)

Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) m'għandhomx japplikaw għall-perjodi li jaqgħu fl-istess:

perjodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni tal-età ta' Stat Membru għajr l-Olanda, jew

perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata ħadet pensjoni tal-età taħt tali leġiżlazzjoni.

Perjodi ta' assigurazzjoni volontarja taħt is-sistema ta' Stat Membru ieħor m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni.

(f)

Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat Membru wieħed jew aktar għal sitt snin wara l-età ta' 59 u għal dak iż-żmien biss li dik il-persuna kienet residenti f'wieħed minn dawk l-Istati Membri.

(g)

Permezz ta' deroga mill-Kapitolu IV tal-WAOW, kull min hu residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija koperta minn assigurazzjoni obbligatorja taħt dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi hija assigurata b'mod obbligatorju.

Din l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tieqaf fejn l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi tintemm b'riżultat ta' mewtha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l-Algemene nabestaandenwet (║ dwar liġi ġenerali għas-superstiti).

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta' 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l-WAOW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta' assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-WAOW, u d-dħul li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu ta' din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda.

(h)

L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(g) m'għandha tingħata lil ħadd li jkun assigurat taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-superstiti.

(i)

Kull min jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt il-paragrafu 2(g) għandu jintalab japplika għaliha lill-Sociale Verzekeringsbank (il-Bank tal-Assigurazzjoni Soċjali) sa mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu ssodisfatti.

(j)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAOW wara l-età ta' 15 li għandhom jitqiesu bħala perjodi ta' assigurazzjoni.

3.   L-applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Il-Liġi ġenerali Olandiża dwar qraba superstiti)

(a)

Fejn il-persuna konjugi superstita hija intitolata għal pensjoni tas-superstiti taħt ║ l-ANW ║ skond l-Artikolu 51(3) , dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b) ta' dan ir-Regolament .

Għall-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-perjodi ta' assigurazzjoni qabel l-1 ta' Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża jekk matul dawk il-perjodi l-persuna assigurata, wara l-età ta' 15:

kienet residenti fl-Olanda, jew

filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal imwaqqaf fl-Olanda, jew

ħadmet fi Stat Membru ieħor matul il-perjodi meqjusa bħala perjodi ta' assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.

(b)

M'għandhomx jittieħdu f'konsiderazzjoni dawk il-perjodi li se jiġu kkunsidrati taħt paragrafu 3(b) li jaqgħu fl-istess perjodi ta' assigurazzjoni obbligatorja kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor fil-każ ta' pensjonijiet tas-superstiti.

(c)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża wara l-età ta' 15 li jitqiesu bħala perjodi ta' assigurazzjoni.

(d)

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 63a(1) tal-ANW, persuna residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija assigurata b'mod obbligatorju taħt l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni, sakemm assigurazzjoni bħal din tkun diġà bdiet sa …, iżda tkun biss għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi tkun assigurata b'mod obbligatorju. Din l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi taħt l-ANW, kemm-il darba l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi ma tintemmx b'riżultat tal-mewt tagħha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l-ANW.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta' 65.

Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta' assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-ANW, u d-dħul ikkunsidrat fil-kalkolu ta' din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda.

4.   L-Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-inkapaċità għax-xogħol

(a)

Fejn , skond l-Artikolu 51(3) tar-Regolament , , il-persuna kkonċernata hija intitolata għal benefiċċju ta' invalidità Olandiż, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 52(1)(b) għall-kalkolu ta' dak il-benefiċċju għandu jiġi ddeterminat:

i)

fejn, qabel l-okkorrenza tal-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna impjegata fit-tifsir tal-Artikolu 1(a); skond

skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti Wet op arbeidsongeschiktheidsverzekering (WAO) (il-Liġi dwar l-inkapaċità għax-xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet qabel l-1 ta' Jannar 2004 jew

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet Werk en inkomen naar arbeidsvermogen (WIA) (il-Liġi dwar l-impjieg u d-dħul skond il-kapaċità għax-xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet fl-1 ta' Jannar 2004 jew qabel.

ii)

fejn, qabel l-okkorrenza tal-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsir tal-Artikolu 1(b), skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil- Wet arbeidsongeschiktheidsverzekering zelfstandigen (WAZ) (il-Liġi dwar l-inkapaċita għax-xogħol ta' persuni li jaħdmu għal rashom) jekk l-inkapaċità seħħet qabel l-1 ta' Awissu 2004.

(b)

Fil-kalkolu tal-benefiċċji jew taħt il-WAO, WIA jew taħt il-WAZ, l-istituzzjonijiet Olandiżi għandhom iqisu:

perjodi ta' impjieg bi ħlas u perjodi ttrattati bħala tali, ikkompletati fl-Olanda qabel l-1 ta' Lulju 1967;

perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAO;

perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta' 15, taħt l- Algemene Arbeidsongeschiktheidswet (AAW) (il-Liġi ġenerali dwar l-inkapaċità għax-xogħol) , sakemm dawn ma jaqgħux fl-istess perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAO;

perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAZ.

perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAZ.

S.   L-AWSTRIJA

1.

Għall-finijiet tal-akkwist ta' perjodi fl-assigurazzjoni għall-pensjoni, l -attendenza fi skola jew stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skond l-Artikoli 227(1)(1) u 228(1)(3) tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (il-liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali), l-Artikolu 116(7) tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (il-liġi federali dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ) u l-Artikolu 107(7) tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (il-liġi dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta f'xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minħabba r-raġunijiet li huwa żvolġa attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet speċjali pprovduti skond l-Artikolu 227(3) tal-ASVG, l-Artikolu 116(9) tal-GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV għax-xiri ta' dawn il-perjodi ta' edukazzjoni, huma mħallsa.

2.

Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fl-Artikolu 52(1)(b), żidiet speċjali fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur taħt il-leġiżlazzjoni Awstrijaka għandu jiġi injorat. F'dawn il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk approprjat, jiżdied b'żiediet speċjali mhux imnaqqsa fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur.

3.

Fejn f'konformità mal-Artikolu 6 perjodi sostituttivi taħt skema ta' assigurazzjoni tal-pensjoni Awstrijaka ġew ikkompletati, iżda dawn ma jistgħux jikkostitwixxu l-bażi għall-kalkolu skond l-Artikoli 238 u 239 ta' ║ l-ASVG ║, l-Artikoli 122 u 123 tal-║ GSVG ║ jew l-Artikoli 113 u 114 tal-║ BSVG (l-att dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), il-bażi tal-kalkolu għall-perjodi ta' kura tat-tfal skond l-Artikolu 239 tal-ASVG, l-Artikolu 123 tal-GSVG u l-Artikolu 114 tal-BSVG għandhom jintużaw.

T.   Il-POLONJA

Xejn

U.   Il-PORTUGALL

Xejn

V.     IR-RUMANIJA

Xejn

W.   Is-SLOVENJA

Xejn

X.   Is-SLOVAKKJA

Xejn

Y.   Il-FINLANDJA

1.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt u tal-kalkolu tal-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża taħt l-Artikoli 52 sa 54, il-pensjonijiet akkwistati taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet akkwistati taħt leġiżlazzjoni Finlandiża.

2.

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1)(b)(i) għall-fini tal-kalkolu tad-dħul għall-perjodu kkreditat taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mad-dħul, fejn individwu għandu perjodi ta' assigurazzjoni tal-pensjoni msejsa fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għal parti mill-perjodu ta' riferenza taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża, id-dħul għall-perjodu kkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tad-dħul miksuba matul il-parti tal-perjodu ta' riferenza Finlandiżi diviż bin-numru ta' xhur li għalihom kien hemm perjodi ta' assigurazzjoni Finlandiżi matul il-perjodu ta' riferenza.

Z.   L-IŻVEZJA

1.

Meta titħallas allowance tal-lif tal-ġenituri taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 67 lil membru ta' familja li m'huwiex impjegat, l-allowance tal-lif tal-ġenituri titħallas f'livell li jikkorrispondi għal-livell bażiku jew l-aktar baxx.

2.

Għall-fini li jiġi kkalukulat l-allowance għal-lif tal-ġenituri skond il-Kapitolu 4, paragrafu 6 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkring (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni nazzjonali) għall-persuni eliġibbli għal allowance għal-lif tal-ġenituri bbażat fuq ix-xogħol, għandu japplika dan li ġej:

Għall-ġenitur li d-dħul iġġenerat mill-benefiċċju għall-mard tiegħu huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul minn impjieg bi ħlas fl-Isvezja, il-ħtieġa li wieħed ikun assigurat għall-benefiċċju tal-mard 'il fuq mil-livell minimu ta' mill-inqas 240 jum konsekuttiv qabel it-twelid tat-tarbija trid tiġi sodisfatta jekk, matul il-perjodu msemmi, il-ġenitur kellu dħul minn impjieg bi ħlas fi Stat Membru ieħor li jikkorrispondi għall-assikurazzjoni li taqbeż il-livell minimu.

3.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-akkumulazzjoni ta' perjodi ta' assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza m'għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-leġiżlazzjoni Svediża dwar l-intitolament għal pensjoni ggarantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel li kienu residenti fl-Iżvezja għal perjodu speċifikat qabel ma' applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798).

4.

Għall-fini tal-kalkolu tad-dħul nozzjonali għal kumpens tal-mard relatat mal-paga u għall- kumpens fuq l-attività relatata mal-paga skond il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkrings (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni nazzjonali), għandu japplika dan li ġej:

a)

fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta' riferenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed ieħor jew aktar bis-saħħa ta' attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, d-dħul fl-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandu jitqies li huwa ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta' riferenza Svediż, ikkalkulat bid-diviżjoni tad-dħul fl-Iżvezja bin-numru ta' snin li matulhom kien hemm dak id-dħul;

b)

fejn il-benefiċċji huma kkalkulati skond l-Artikolu 46 u l-persuni ma jkunux assigurati fl-Iżvezja, il-perjodu ta' riferenza għandu jiġi ddeterminat skond il-Kapitolu 8, il-paragrafi 2 u 8 tal-Att imsemmi hawn fuq daqs li kieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati fl-Iżvezja. Jekk il-persuna kkonċernata m'għandha l-ebda dħul li jwassal għall-pensjoni matul dan il-perjodu taħt l-Att dwar il-pensjoni tal-età relatata mal-paga (1998:674), il-perjodu ta' riferenza għandu jitħalla jiddekorri mill-aktar punt bikri fiż-żmien minn meta l-persuna assigurata kellha dħul minn attività bi qligħ fl-Iżvezja.

5.

(a)

Għall-fini tal-kalkolu tal-assi nozzjonali pensjonabbli għall-pensjoni relatata mal-paga tal-persuna superstita (Att 2000:461), jekk il-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għad-dritt tal-pensjoni f'minn tal-anqas tlieta mill-ħames snin kalendarji li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (perjodu ta' riferenza) ma tiġix issodisfatta, għandhom jitqiesu wkoll perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati fi Stati Membri oħra daqs li kieku kienu kkompletati fl-Iżvezja. Perjodi ta' assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Svediża. Jekk il-persuna konċernata għandha sena waħda biss fl-Iżvezja b'bażi ta' pensjoni, kull perjodu ta' assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-istess ammont.

(b)

Għall-fini tal-kalkolu tal-krediti nozzjonali tal-pensjoni, għall-pensjonijiet tan-nisa romol relatati ma' mwiet fl-1 ta' Jannar 2003 jew wara, jekk il-ħtiġijiet tal-leġiżlazzjoni Svediża għall-krediti tal-pensjoni f'minn tal-anqas tnejn mill-erba' snin li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta' riferenza) ma jiġux issodisfatti u perjodi ta' assigurazzjoni kienu kkompletati fi Stat Membru ieħor matul il-perjodu ta' riferenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħal tas-sena Svediża.

ZA.   Ir-RENJU UNIT

1.

Fejn, skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna jista' jkollha d-dritt għal pensjoni tal-irtirar jekk:

a)

il-kontribuzzjonijiet tal-konjugi preċedenti jitqiesu daqs li kieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta' dik il-persuna nnifisha; jew

b)

il-kondizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjoni huma ssodisfatti mill-konjugi jew il-konjugi preċedenti ta' dik il-persuna,

u sakemm, f'kull każ, li l-konjugi jew il-konjugi ta' qabel tkun jew kienet tiżvolġi attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat id-dritt taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F'dan il-każ, riferenzi f'dan il-Kapitolu 5 għal “perjodi ta' assigurazzjoni” għandhom jinftehmu bħala riferenzi għal perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati minn:

i)

konjugi jew konjugi ta' qabel fejn issir talba minn:

mara miżżewġa; jew

persuna li ż-żwieġ tagħha ntemm għal raġunijiet għajr il-mewt tal-konjugi, jew

ii)

konjugi ta' qabel, fejn issir talba minn:

armel li immedjatament qabel l-età pensjonabbli m'huwiex intitolat għal allowance ta' ġenituri romol; jew

armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni m'hijiex intitolata għal allowance ta' omm armla, allowance ta' ġenituri romol jew pensjoni ta' armla, jew li hija ntitolata biss għal pensjoni ta' armla relatata mal-età, ikkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b), u għal dan il-fini “pensjoni ta' armla relatata mal-età” tfisser pensjoni ta' armla li titħallas b'rata mnaqqsa skond it-taqsima 39(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

2.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-intitolament għal allowance ta' assistenza fid-dar, allowance ta' kuranti u allowance ta' kuranti li toqgħod mal-pensjonanta, perjodu ta' impjieg, impjieg għal rasu(ha) kkompletata fit-territorju ta' Stat Membru għajr ir-Renju Unit għandhom jitqiesu sakemm huwa meħtieġ biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet dwar il-perjodi meħtieġa ta' preżenza fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih isir dovut l-intitolament għall-benefiċċju rilevanti.

3.

Għall-finijiet tal- Artikolu 7 tar-Regolament, f'każ ta' benefiċċji fi flus għall-invalidità, tal-età jew tas-superstiti, pensjonijiet għal inċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew ta' għotjiet relatati ma' mewt, kull benefiċjarju taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li qed joqgħod fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandu, matul il-qagħda, ikun ikkunsidrat daqs li kieku joqgħod fit-territorju ta' dak l-Istat Membru ieħor .

4.

Fejn japplika l-Artikolu 46, jekk il-persuna konċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-finijiet tat-Taqsima 30A (5) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, iqis il-perjodi kollha li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet, minħabba dik l-inkapaċità għax-xogħol:

a)

għotjiet ta' flus minħabba mard jew pagi jew salarji minflokhom,

b)

benefiċċji fit-tifsir tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III mogħtija fir-rigward tal-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol,

taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, daqs li kieku kienu perjodi ta' benefiċċju għall-inkapaċità għal żmien qasir imħallsa skond it-Taqsimiet 30A (1)-(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.

5.

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 46, għandhom jitqiesu biss perjodi li matulhom il-persuna kienet inkapaċi għax-xogħol fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit.

6.

(a)

Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta' qligħ sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta' attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna konċernata għandha titqies li ħallset il-kontribuzzjonijiet ta' persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta' qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi tal-ogħla limitu ta' dħul għal dik is-sena.

(b)

Għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(ii), fejn:

i)

fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara, persuna li tiżvolġi attività bħala persuna impjegata u kkompletat perjodi ta' assigurazzjoni, ta' impjieg jew ta' residenza esklussivament fi Stat Membru għajr ir-Renju Unit, u l-applikazzjoni tal-paragrafu 6(a) imsemmi hawn fuq tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i), hija għandha titqies li kienet assigurata għal 52 ġimgħa f'dik is-sena f'dak l-Istat Membru l-ieħor;

ii)

kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta' April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 52(1)(b)(i), kull perjodi ta' assigurazzjoni, ta' impjieg jew ta' residenza kkompletati f'dik is-sena għandhom jiġu injorati.

(c)

Għall-fini tal-konverżjoni ta' fattur tad-dħul f'perjodi ta' assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul ta' dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, u tiġi injorata kull frazzjoni li jibqa'. Iċ-ċifra hekk ikkalkulata għandha tiġi ttrattata daqs li kieku tirrappreżenta n-numru ta' ġimgħat ta' assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena sakemm dik iċ-ċifra ma taqbiżx in-numru ta' ġimgħat li matulhom f'dik is-sena l-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.”


Top