This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0323
Protocol to the EC/Switzerland Agreement for establishing the State responsible for examining asylum requests * European Parliament legislative resolution of 8 July 2008 on the proposal for a Council decision on the conclusion of a Protocol between the European Community, Switzerland and Liechtenstein to the Agreement between the European Community and the Swiss Confederation concerning the criteria and mechanisms for establishing the State responsible for examining a request for asylum lodged in a Member State, in Switzerland or Liechtenstein (COM(2006)0753 — C6-0091/2008 — 2006/0257(CNS))
Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 — C6-0091/2008 — 2006/0257(CNS))
Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 — C6-0091/2008 — 2006/0257(CNS))
ĠU C 294E, 3.12.2009, p. 101–102
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 294/101 |
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008
Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein *
P6_TA(2008)0323
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 — C6-0091/2008 — 2006/0257(CNS))
2009/C 294 E/32
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0753),
wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein
wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ġie kkonsultat mill-Parlament (C6-0091/2008),
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0261/2008),
1. |
Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll; |
2. |
Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti lilu mit-Trattat; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u l-parlamenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalitá ta' Liechtenstein. |
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
Emenda 1 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 1 |
|
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 63(1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu, |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 300 (3) tiegħu, |
Emenda 2 |
|
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ċitazzjoni 3 |
|
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, |
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, |