Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0273

    Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) (COM(2007)0735 — C6-0441/2007 — 2007/0253(COD))

    ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/64


    It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008
    Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) ***I

    P6_TA(2008)0273

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) (COM(2007)0735 — C6-0441/2007 — 2007/0253(COD))

    2009/C 286 E/25

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni — riformulazzjoni)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0735),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0441/2007),

    wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0217/2008),

    A.

    billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi sustantivi ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


    Top