This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0203
Fuel Cells and Hydrogen Joint Undertaking * European Parliament legislative resolution of 20 May 2008 on the proposal for a Council regulation setting up the Fuel Cells and Hydrogen Joint Undertaking (COM(2007)0571 — C6-0446/2007 — 2007/0211(CNS))
Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2004/06/001(COM(2007)0571 — C6-0446/2007 — 2007/0211(CNS))
Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2004/06/001(COM(2007)0571 — C6-0446/2007 — 2007/0211(CNS))
ĠU C 279E, 19.11.2009, p. 121–144
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 279/121 |
Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu *
P6_TA(2008)0203
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2004/06/001(COM(2007)0571 — C6-0446/2007 — 2007/0211(CNS))
(2009/C 279 E/29)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0571), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) (Regolament Finanzjarju), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (2) (IIA), u b'mod partikulari l-Punt 47 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0446/2007), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0145/2008), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jikkunsidra li l-ammont ta' referenza indikat fil-proposta leġiżlattiva jrid ikun kompatibbli mal-limitu massimu tal-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju plurijennali attwali 2007-2013 u mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006; jinnota li kwalunkwe finanzjar lil hinn mill-2013 għandu jiġi evalwat fil-kuntest tan-negozjati għall-qafas finanzjarju li jmiss; |
3. |
Jinnota li l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-Baġits ma teskludix ir-riżultat tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali IIA tas-17 ta' Mejju 2006 li tapplika għat-twaqqif tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu; |
4. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentament tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; |
5. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
6. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(7a) |
F'Marzu 2007, il-bord ta' implimentazzjoni tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tal-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwi adottat pjan ta' implimentazzjoni fejn kien stmat li, sabiex jintlaħqu l-isfidi teknoloġiċi, ser ikun hemm bżonn ta' baġit ta' EUR 7.4 biljuni tul il-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2015, li terz minnhom għandhom jintefqu fuq ir-riċerka u l-iżvilupp. Sabiex l-UE tkun tista' tiżviluppa teknoloġiji li jkunu sostenibbli fuq perjodu ta' żmien twil, parti sinifikanti minn dan il-baġit għar-riċerka u l-iżvilupp għandu jkun allokat għar-riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni. |
(9) |
L-għan tal-JTI dwar iċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” hu li jitwettaq programm ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni fl-Ewropa fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dawn għandhom isiru bil-kooperazzjoni u l-involviment ta' partijiet interessati mill-industrija inklużi SMEs, ċentri tar-riċerka, universitajiet u reġjuni. |
(9) |
L-għan tal-JTI dwar iċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” hu li jitwettaq programm ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni fl-Ewropa fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dawn l-attivitajiet, li għandhom jibnu fuq il-ħidma mwettqa mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea tal-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil, għandhom isiru bil-kooperazzjoni u l-involviment ta' partijiet interessati mill-industrija inklużi SMEs, ċentri tar-riċerka, universitajiet u reġjuni |
(10) |
Meta titqies is-sħubija pubblika privata li tinvolvi partijiet interessati prinċipali u l-attività tagħha fit-tul, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi maħluqa għaċ-ċittadini Ewropej, il-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji u l-kofinanzjament fil-qasam tal-attività tal-RTD&D fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu pprovduti mill-Kummissjoni u l-industrija, il-kompetenzi xjentifiiċi u tekniċi għolja meħtieġa, u l-input ta' drittijiet tal-propjetà industrijali, huwa vitali li titwaqqaf “Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa 'l quddiem imsejħa Impriża Konġunta FCH”) taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat. Din l-entità ġuridika għandha tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi allokati għall-JTI taċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu). Biex tiżgura ġestjoni xierqa tal-attivitajiet mibdija iżda mhux mitmuma waqt is-Seba” Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Konġunta FCH għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali ta' 10 snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż. |
(10) |
Meta titqies is-sħubija pubblika privata li tinvolvi partijiet interessati prinċipali u l-attività tagħha fit-tul, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi maħluqa għaċ-ċittadini Ewropej, il-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji u l-kofinanzjament fil-qasam tal-attività tal-RTD&D fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu pprovduti mill-Kummissjoni u l-industrija, il-kompetenzi xjentifiċi u tekniċi għolja meħtieġa, u l-input ta' drittijiet tal-propjetà industrijali, huwa vitali li titwaqqaf Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa 'l quddiem imsejħa “Impriża Konġunta FCH”) skond l-Artikolu 171 tat-Trattat. Din l-entità ġuridika għandha tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi allokati għall-JTI taċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu”. Biex tiżgura ġestjoni xierqa tal-attivitajiet mibdija iżda mhux mitmuma waqt is-Seba' Programm ta' Qafas (2007-2013), l-Impriża Konġunta FCH għandha titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jkun żgurat li wara l-aħħar sejħa għal proposti fl-2013, il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017. |
(10a) |
Huma meħtieġa innovazzjonijiet sinifikanti f'numru ta' oqsma sabiex it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu jkunu utilizzati b'mod effettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ewlieni li tassigura li tingħata l-enfasi xierqa fuq ir-riċerka fuq perjodu ta' żmien twil u li jingħata l-appoġġ xieraq, filwaqt li jitqies il-parir mogħti mill-korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, jiġifieri l-Kumitat Xjentifiku u l-Grupp ta' Livell Għoli tal-Istati Membri. |
(11a) |
Għandha titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs, taċ-ċentri tar-riċerka u tal-universitajiet fl-attivitajiet ta' RTD. B'konformità mar-Regoli għall-Parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas, il-livell massimu ta' finanzjament pubbliku ta'l-ispejjeż eliġibbli għandu, fil-każ tal-SMEs, taċ-ċentri tar-riċerka u tal-universitajiet, ikun ħamsin fil-mija aktar għoli milli għal entitajiet oħrajn. |
(12) |
Il-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali Ewropew tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali” ), li jirrappreżenta l-interessi tal-industrija u huwa miftuħ għal kumpaniji privati. Grupp tar-Riċerka jista' jsir membru tal-Impriża Konġunta FCH. |
(12) |
Il-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Komunità Ewropea , rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Grupp Industrijali Ewropew tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali”), li jirrappreżenta l-interessi tal-industrija u huwa miftuħ għal kumpaniji privati u għal assoċjazzjonijiet tal-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu . Grupp tar-Riċerka jista' jsir membru tal-Impriża Konġunta FCH. |
(13) |
L-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jinħarġu fi flus b'mod ugwali mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jiġi stabbilit, dan għandu jikkontribwixxi 1/12 ta l-ispejjeż ordinarji. |
(13) |
L-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jinħarġu fi flus b'mod ugwali mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jiġi stabbilit, dan għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż ordinarji. |
(13a) |
L-ispejjeż ordinarji, u b'mod partikulari l-ispejjeż amministrattivi, għandhom jinżammu għal minimu assolut u għandu jsir użu sħiħ tar-riżorsi u s-sistemi organizzattivi tal-korpi eżistenti. |
(14) |
L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità u s-settur privat . |
(14) |
L-ispejjeż operazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità , mill-industrija u minn entitajiet legali pubbliċi u privati li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet. Jista' jkun hemm finanzjament addizzjonali disponibbli, inter alia, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB), b'mod partikulari taħt il-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskju żviluppata b'mod konġunt mill-EIB u mill-Kummissjoni skond l-Anness III għad-Deċiżjoni 2006/971/KE. |
(14a) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet tal-impjieg stabbli u trattament ugwali għall-istaff, u sabiex jiġi mħajjar staff xjentifiku u tekniku speċjalizzat tal-ogħla kalibru, hemm bżonn li l-Kummissjoni tkun awtorizzata tissekonda uffiċjali daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn fl-Impriża Konġunta FCH. Il-bqija tal-istaff għandu jiġi impjegat mill-Impriża Konġunta FCH b'konformità mar-regolamenti tal-impjieg tal-pajjiż ospitanti. |
(15) |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Madankollu, għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTI bħala sħubija pubblika privata u b'mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit. |
(15) |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jittieħed kont tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(16) |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta, suġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi msejsa fuq il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha li jirriżultaw , b'mod partikolari , mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità u ma' dak privat. |
(16) |
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux ivarjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), sakemm il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha ma jkunux jirrikjedu hekk , b'mod partikolari, il-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità ma' dak privat. Hemm bżonn tal-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regola li tidderoga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata b'dawn id-derogi. |
1. Għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“JTI”) dwar “iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu”, Impriża Konġunta (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira tal-Artikolu 171 tat-Trattat b'dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista' jkun estiż b'reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
1. Għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“JTI”) dwar “iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu”, Impriża Konġunta (minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira tal-Artikolu 171 tat-Trattat b'dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Għandu jiġi żgurat li, wara l-aħħar sejħa għall-proposti fl-2013, il-proġetti li jkunu għadhom għaddejjin jiġu implimentati, immonitorjati u ffinanzjati sa l-2017.
2. L-Impriża Konġunta FCH għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva, mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.
2. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda tas-17 ta' Mejju 2006 (4). Fl-Istati Membri, għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva, mogħtija lill-persuni ġuridiċi taħt il-liġijiet ta' dawk l-Istati. Hija tista', b'mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.
3. L-Impriża Konġunta FCH għandha titqies bħala korp internazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 22(c) tad-Direttiva 2004/17/KE u tal-Artikolu 15(c) tad-Direttiva 2004/18/KE.
4. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun sitwata fi Brussell, il-Belġju.
4. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun sitwata fi Brussell, il-Belġju.
5. L-Istatuti tal-Impriża Konġunta FCH huma stipulati fl-Anness.
5. L-Istatuti tal-Impriża Konġunta FCH huma stipulati fl-Anness.
2. B'mod partikolari, hi:
2. B'mod partikolari, hi:
(-a) |
għandu jkollha l-għan li tqiegħed lill-UE fuq quddiem fil-kamp tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u li tippermetti l-innvovazzjoni tas-suq tat-#teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu sabiex is-suq ikun jista' jikseb il-benefiċċji sostanzjali mistennija minn din it-teknoloġija; |
(a) |
tappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD&D) fl-Istati Membri u l-“Pajjiżi Assoċjati” b'mod koordinat biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tas-suq u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; |
(a) |
għandha tappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD) fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mas-Seba' Programm ta' Qafas (minn issa 'l quddiem imsejjħa Pajjiżi Assoċjati) b'mod koordinat biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet tas-suq u b'hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; |
(b) |
tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, notevolment bil-ħruġ ta' għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti; |
(b) |
għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, inkluża r-riċerka orjentata lejn l-innovazzjoni, notevolment bil-ħruġ ta' għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti; |
(c) |
timmira li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati; |
(c) |
għandu jkollha l-għan li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati; |
(d) |
tikkonkludi l-kuntratti tas-servizzi u l-provvista meħtieġa għat-tħaddim tal-Impriża Konġunta FCH; |
(e) |
tiżgura l-effiċjenza u l-effikaċja tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. |
Artikolu 3
Membri
1. Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta FCH (minn issa 'l quddiem imsejħa “membri fundaturi”) għandhom ikunu:
(a) |
il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u |
(b) |
il-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mwaqqaf taħt il-liġi Belġjana (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Grupp Industrijali”). |
2. Grupp tar-Riċerka, li jirrappreżenta organizzazzjonijiet tar-riċerka mhux għall-profitt, universitajiet u ċentri tar-riċerka, jista' jsir membru (minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“membru” sakemm tkun ġiet stabbilita entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf, huwa jkollu siġġu wieħed fil-Bord tat-Tmexxija.
imħassar
Artikolu 4
Korpi
1. Il-korpi eżekuttivi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:
(a) |
il-Bord tat-Tmexxija, u |
(b) |
l-Uffiċċju tal-Programmi. |
2. Il-korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:
(a) |
il-Grupp ta' Livell Għoli tal-Istati Membri, u |
(b) |
il-Kumitat Xjentifiku. |
3. L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun forum ta' konsultazzjoni dwar il-progress, l-aktar żviluppi riċenti, l-allinjament u d-direzzjoni futura tal-attivitajiet tar-riċerka.
L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun miftuħa għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha, gruppi ta' interessi internazzjonali mill-Istati Membri kif ukoll minn pajjiżi terzi. Hi għandha tiltaqa' darba fis-sena.
imħassar
Sorsi tal-finanzjament
Kontribuzzjoni tal-Komunità
1. L-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu ffinanzjati b'mod konġunt permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-membri fundaturi tagħha u l-membru. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet għall-proġetti jistgħu jiġu aċċettati wkoll mill- Istati Membri, l-Istati Assoċjati, ir-reġjuni jew partijiet interessati oħrajn li jaqsmu l-għanijiet tal-JTI.
2. L-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu koperti b'mod ugwali bi flus mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf għandu jikkontribwixxi 1/12 tal-ispejjeż ordinarji. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni tonqos b'mod korrispondenti.
3. L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom ikunu ffinanzjati b'mod ugwali permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u permezz ta' kontribuzzjonijiet f'oġġetti mill-entitajiet ġuridiċi privati li jipparteċipaw fl-attivitajiet, li jikkorrispondu għal ammont mill-inqas ugwali għall-kontribuzzjonijiet tal-Komunità.
4. Il-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta FCH għandha tkun ta' 470 miljun EUR. L-ispejjeż ordinarji huma stmati li ma jaqbżux l-20 miljun EUR. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu mill-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) li jimplimenta l-baġit Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehim finanzjarju annwali ffirmat bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta FCH.
4 . Il-kontribuzzjoni inizjali tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji (inklużi l-ispejjeż amministrattivi) u l-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta FCH għandha tkun ta' EUR 470 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea allokati għat-temi ta' “Enerġija”, “Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni”, “Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)”, u “Trasport (inkluża l-Aeronawtika)” tal-Programm Speċifiku għall-Koperazzjoni li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) li jimplimenta l-baġit Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Din il-kontribuzzjoni tista' tiġi rriveduta waqt reviżjoni ta' nofs it-terminu fid-dawl tal-progress imwettaq u s-suċċessi u l-impatt ta l-Impriża Konġunta FCH.
5. Jekk ma jsirx finanzjament wara l-2013 (meta jintemm l-FP7) huma biss dawk il-proġetti li għalihom ikun ġie ffirmat ftehim ta' għotja sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013 li jkomplu fis-snin 2014-2017.
5. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta' ftehim ġenerali u ftehim finanzjarju annwali li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta FCH.
5a. Il-parti tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriża Konġunta FCH għall-finanzjament tal-attivitajiet ta' RTD għandha tingħata wara sejħiet kompetittivi u miftuħa għal proposti u evalwazzjoni, kompluta bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, tal-proġett propost.
5b. l-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji m'għandhiex taqbeż EUR 20 miljun, u għandha titħallas f'pagamenti annwali ta' mhux aktar minn EUR 2 miljuni; kwalunkwe parti ta' din il-kontribuzzjoni li ma tintefaqx matul is-sena għandha tkun disponibbli fis-snin ta' wara għall-attivitajiet ta' R&D;
Artikolu 6
Parteċipazzjoni fil-proġetti
1. Il-parteċipazzjoni fil-proġetti għandha tkun miftuħa għall-entitajiet ġuridiċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew kwalunkwe pajjiż terz sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet minimi.
2. Il-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfati għall-proġetti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
għandhom jipparteċipaw mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi, kull waħda minnhom għandha tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat, u l-ebda tnejn minnhom ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat; |
(b) |
it-tliet entitajiet ġuridiċi kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013); |
(c) |
mill-inqas entità ġuridika waħda għandha tkun membru tal-Grupp Industrijali jew il-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. |
3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġi approvati mill-Bord tat-Tmexxija.
4. Il-kundizzjoni minima għall-kuntratti tas-servizzi u l-provvista, l-azzjonijiet ta' appoġġ, l-istudji u l-attivitajiet tat-taħriġ iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandha tkun il-parteċipazzjoni ta' entità ġuridika waħda.
imħassar
Artikolu 7
Eliġibbiltà għall-finanzjament
1. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriża Konġunta FCH għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-RTD&D għandha tingħata wara sejħiet kompetittivi għall-proposti.
2. F'każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista' toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv tal-għanijiet tar-riċerka.
3. L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:
(a) |
huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat; |
(b) |
huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, l-industrijalizzazzjoni jew l-iskjerament għaċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti biex jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
4. Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament:
(a) |
korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-ŻEE, inklużi stabbiliment ta' edukazzjoni sekondarja jew ogħla; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
(c) |
entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta' benefiċċju partikolari għall-proġett. |
imħassar
1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista' titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi tal-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
1. Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH m'għandhomx jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunux jitolbu dan u suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi.
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bl-iskop li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta l-Impriża Konġunta FCH.
1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tirrekluta l-istaff tagħha f'konformità mar-regoli ta' impjieg fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti. Il-Kummissjoni tista' tissekonda daqs kemm jidhrilha li jkun hemm bżonn uffiċjali fl-Impriża Konġunta FCH .
2. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Impriża Konġunta FCH għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra bir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità mogħtija s-setgħa bil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej li tikkonkludi l-kuntratti.
imħassar
3. Il-Bord tat-Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri tal-implimentazzjoni meħtieġa , skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, biqbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri tal-implimentazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-issekondar tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 10
Privileġġi u Immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta FCH u l-persunal tagħha.
imħassar
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta FCH.
1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta FCH. Ir-rapport għandu jinkludi n-numru ta' proposti ppreżentati, in-numru ta' proposti magħżula għall-iffinanzjar, it-tipi ta' parteċipanti (inklużi l-SMEs) u l-istatistiċi tal-pajjiż.
2. Sentejn wara t-twaqqif tal-Impriża konġunta FCH, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010 , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza tal-Impriża Konġunta FCH u l-progress magħmul fl-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011 u l-31 ta' Diċembru 2014 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjonijiet interim tal-Impriża Konġunta FCH imwettqa bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza tal-Impriża Konġunta FCH u l-progress magħmul fl-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' dawn l-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, flimkien ma' proposti biex jiġi emendat dan ir-Regolament i, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Fl-aħħar tal-2017 , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-Impriża Konġunta FCH , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta' esperti indipendenti. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta FCH tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill , skond il- proċedura stabbilita bir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta FCH .
4. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jittieħed kont tar- rakkomandazzjoni tal-Kunsill
L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-użu u t-tixrid tar-riżultati tal-RTD&D, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju , fejn ikun xieraq, tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali ġġenerati minn attivitajiet tal-RTD&D taħt dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li r-riżultati ta' l-RTD&D jintużaw u jixxerrdu.
L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-użu u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka fuq il-bażi tal-prinċipji mħaddna fir-Regolament (KE) 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri għar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (5) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “r-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas”), li jiżguraw li , fejn ikun xieraq, il-propjetà intellettwali ġġenerata bis-saħħa ta' attivitajiet ta' RTD taħt dan ir-Regolament tiġi protetta, u li r-riżultati tar-riċerka jintużaw u jixxerrdu.
Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni tal-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.
Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-għajnuna tal-Istat ospitanti fir-rigward ta' l-akkomodazzjoni tal-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.
3. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. |
3. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2017. Hija korp imwaqqaf b'konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-Punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006. |
Ġħanijiet u dmirijiet prinċipali
Dmirijiet u attivitajiet ewlenin
1. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha taħdem fl-ambitu tal-FP7 sabiex tippermetti lit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jippenetraw fis-suq, b'hekk tippermetti lill-forzi tas-suq kummerċjali li jmexxu 'l quddiem il-benefiċċji pubbliċi potenzjali sostanzjali. |
1. |
Id-dmirijiet u l-attivitajiet ewlenin ta' l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin: |
2. |
L-għanijiet jinkludu: |
— |
li l-Ewropa titqiegħed fuq quddiem fit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu mad-dinja kollha; |
a) |
li jiġi żgurat it-twaqqif u l-immaniġġjar effiċjenti tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu; |
— |
li tintlaħaq il-massa kritika tal-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f'dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul; |
b) |
li tintlaħaq il-massa kritika tal-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f'dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u fil-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul; |
— |
li tirrendi l-investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali fl-RTD&D aktar effettiv; |
c) |
li tirrendi investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali ulterjuri ta' RTD&D; |
— |
li tinbena ż-Żona Ewropea tar-Riċerka permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mar- riċerka mwettqa f'livelli nazzjonali u reġjonali — bit-tħaris tas-sussidjarjetà; |
— |
li jiġu integrati r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, u jiffukaw fuq il-ksib ta' sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi; |
d) |
li jiġu integrati r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni, u li jkun hemm attenzjoni ffokata fuq il-ksib ta' sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u li jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi; |
— |
li tistimola l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' katini ġodda ta' valur inklużi l-SMEs; |
e) |
li jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' katini ġodda ta' valur inklużi l-SMEs; |
— |
li tiffaċilita l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka inkluża dik dwar riċerka bażika; |
f) |
li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta' riċerka inkluża l-interazzjoni dwar riċerka bażika; |
g) |
li jiġi promoss l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tagħha, skond l-objettivi tas-Seba' Programm ta' Qafas; |
— |
li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet minn kull pajjiż, inklużi l-Istati Membri l-ġodda u l-Pajjiżi Kandidati ; |
h) |
li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' istituzzjonijiet mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati kollha ; |
— |
li twettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomiku fil-wiesgħa biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq; |
i) |
li titwettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomika fil-wiesgħa biex jiġi valutat u mmonitorjat il-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq; |
— |
li twettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta' regolamenti u standards ġodda u tirrevedi regolamenti u standards eżistenti sabiex telimina l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u tappoġġja l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ tal-idroġeni bejn il-fruntieri, u s-swieq tal-esportazzjoni waqt li tiżgura s-sigurtà tal-operat u mhux ixxekkel l-innovazzjoni; |
j) |
li tittwettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta' regolamenti u standards ġodda u jiġu riveduti regolamenti u standards eżistenti sabiex jiġu eliminati l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u jiġu appoġġjati l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ tal-idroġeni bejn il-fruntieri, u s-swieq tal-esportazzjoni filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-operat u filwaqt li ma tixxekkilx l-innovazzjoni; |
— |
li tipprovdi informazzjoni ta' min joqgħod fuqha sabiex ittejjeb l-għarfien pubbliku u toħloq aċċettazzjoni pubblika dwar is-sigurtà tal-idroġenu, u l-benefiċċji mit-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, għas-sigurtà tal-provvista, għall-ispejjeż tal-enerġija, u għall-impjiegi. |
k) |
li tiġi kkomunikata u mxerrda informazzjoni siewja rigward l-attivitajiet tagħha, speċjalment lill-SMEs u liċ-ċentri tar-riċerka u li tiġi pprovduta informazzjoni ta' min joqgħod fuqha sabiex jitjieb l-għarfien pubbliku u tinħoloq aċċettazzjoni pubblika dwar is-sigurtà tal-idroġenu, u l-benefiċċji mit-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, għas-sigurtà tal-provvista, għall-ispejjeż tal-enerġija, u għall-impjiegi. |
3. |
Il-ħidmiet ewlenin tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu sabiex tiżgura t-twaqqif u t-tmexxija effiċjenti tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. |
4. |
Dan jinkludi: |
— |
li tistabbilixxi u timplimenta pjan ta' attività ta' riċerka multi-annwali; |
l) |
li jiġi stabbilit u implimentat pjan ta' attività ta' riċerka plurijennali; |
— |
li timpenja l-finanzjament Komunitarju u timmobilizza r-riżorsi tas-settur privat u oħrajn tas-settur pubbliku meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha ta' RTD&D ; |
m) |
li jiġi impenjat il-finanzjament Komunitarju u jiġu mmobilizzati r-riżorsi tas-settur privat u oħrajn tas-settur pubbliku meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha ta' RTD ; |
— |
li tiżgura l-operat tajjeb tal-attivitajiet ta' l-RTD&D u ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi; |
n) |
li jiġi żgurat l-operat tajjeb tal-attivitajiet ta' RTD u ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi; |
— |
li tikkoopera u tikkonsulta mal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Istati Membri; |
— |
li tikkoopera u tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku; |
— |
li torganizza laqgħat annwali tal-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati; |
— |
li tikkomunika u xxerred l-informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-ismijiet tal-parteċipanti, ir-riżultati tal-attivitajiet ta' l-RTD&D , u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Konġunta FCH; |
o) |
li tiġi kkomunikata u mxerrda l-informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-ismijiet tal-parteċipanti, ir-riżultati tal-attivitajiet ta' RTD , u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Konġunta FCH; |
— |
li tinnotifika lill-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew Ftehim ta' Għotja mal-Impriża Konġunta FCH bl-opportunitajiet ta' self potenzjali mill-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari l-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju stabbilita taħt is-Seba' Programm ta' Qafas; |
p) |
li jiġu nnotifikati l-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew Ftehim ta' Għotja mal-Impriża Konġunta FCH bl-opportunitajiet ta' self potenzjali mill-Bank Ewropew tal-Investiment, b'mod partikolari l-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju stabbilita taħt is-Seba' Programm ta' Qafas; |
— |
li tiżgura livell għoli ta' trasparenza u kompetizzjoni ġusta taħt kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali għall-applikanti kollha għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' dimostrazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH, kemm jekk ikunu membri tal-Grupp tar-Riċerka jew tal-Grupp Industrijali (b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) u kemm jekk le; |
q) |
li jiġi żgurat livell għoli ta' trasparenza u kompetizzjoni ġusta taħt kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali għall-applikanti kollha għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' dimostrazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH, kemm jekk ikunu membri tal-Grupp tar-Riċerka jew tal-Grupp Industrijali (b'mod partikolari intrapriżi żgħar u ta' daqs medju) u kemm jekk le; |
— |
li ssegwi l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam u li tidħol f'kooperazzjoni internazzjonali meta jkun xieraq. |
r) |
li jiġu segwiti l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam u li jkun hemm impenn f'kooperazzjoni internazzjonali meta jkun xieraq. |
s) |
li tiġi żviluppata koperazzjoni mill-qrib u tiġi żgurata koordinazzjoni mas-seba' Programm ta' Qafas u attivitajiet oħra nazzjonali u transnazzjonali, korpi u partijiet interessati tal-UE; |
t) |
li jiġi mmonitorjat il-progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-Impriża Konġunta FCH; |
u) |
li titwettaq kwalunkwe attività bżonnjuża oħra għall-kisba tal-objettivi tagħha. |
Membri u gruppi ta' interess
Membri
1. |
Il-membri fundaturi (minn hawn 'il quddiem imsejjħa l-“Membri Fundaturi”) tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu: |
1. |
Il-membri fundaturi (minn hawn 'il quddiem imsejjħa l-“Membri Fundaturi”) tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu: |
— |
il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u |
a) |
il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u |
— |
l-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilit taħt il-liġi Belġjana (minn hawn il quddiem imsejjaħ il-“Grupp Industrijali”). |
b) |
wara l-aċċettazzjoni tal-Istatuti , il-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, li huwa organizzazzjoni mhux għall-profitt stabbilita taħt il-liġi Belġjana u li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-Impriża Konġunta FCH (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Grupp Industrijali”). |
2. |
Il-Grupp Industrijali: |
2. |
Il-Grupp Industrijali għandu : |
— |
hu organizzazzjoni mhux għall-profitt li għandu l-għan li jikkontribwixxi lejn il-ksib tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta FCH; |
— |
huwa mwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana, u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji rreġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta; |
— |
għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH, skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 50 % tal-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta' kull sena finanzjarja; |
— |
jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament , issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 50 % tal-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH u tiġi trasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta' kull sena finanzjarja; |
— |
għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni tal-industrija lejn it-twettiq tal-attivitajiet ta' l-RTD&D iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH tiġi pprovduta f'oġġetti u tkopri minimu ta' 50 % tal-ispejjeż totali tal-proġett, ikkalkulati fuq bażi annwali ; |
— |
jiżgura li l-kontribuzzjoni tal-industrija lejn it-twettiq tal-attivitajiet ta' RTD iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH tal-inqas tkun daqs il-kontribuzzjoni tal-Komunità ; |
— |
huwa miftuħ għas-sħubija minn kull entità ġuridika (inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju), iffurmata f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Stat taż-ŻEE u li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozji fiż-żona msemmija hawn fuq, sakemm hi tkun attiva fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa, u hija impenjata li tikkontribwixxi lejn l-għanijiet u r-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH. |
— |
ikun miftuħ għas-sħubija , b'termini ġusti u raġonevoli, minn kwalunkwe entità ġuridika (inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u għal assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu ), iffurmata f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru jew pajjiż Assoċjat u li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozji fiż-żona msemmija hawn fuq, sakemm hi tkun attiva fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa, u tkun impenjata li tikkontribwixxi lejn l-għanijiet u r-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH. |
3. |
Grupp ta' Riċerka , li jirrappreżenta organizzazzjonijiet ta' riċerka, universitajiet u ċentri ta' riċerka mhux għall-profitt, jista' jsir membru, wara t-twaqqif tal-Impriża Konġunta FCH, sakemm tkun twaqqfet entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. L-applikazzjoni mill-Grupp tar-Riċerka għandha tiġi indirizzata lill-Bord tat- Tmexxija li għandu jieħu d-deċiżjoni dwarha. |
3. |
Grupp ta' Riċerka jista' jsir membru, wara t-twaqqif tal-Impriża Konġunta FCH, sakemm ikun aċċetta dawn l-Istatuti . |
4. |
Il-Grupp ta' Riċerka għandu: |
4. |
Il-Grupp ta' Riċerka għandu: |
— |
ikun organizzazzjoni mhux għall-profitt li l-għan tagħha hu li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta FCH; |
— |
ikun organizzazzjoni mhux għall-profitt li l-għan tagħha jkun li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta FCH; |
— |
ikun imwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji (by-laws) reġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta; |
— |
ikun imwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji (by-laws) reġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta; |
— |
jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 1/12 tal-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta' kull sena finanzjarja; |
— |
jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi tal-Impriża Konġunta FCH issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus kontanti biex tkopri 1/20 tal-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH u tiġi ttrasferita għall-baġit tal-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta' kull sena finanzjarja; |
— |
ikun miftuħ għas-sħubija minn kull organizzazzjoni ta' riċerka, università jew ċentru ta' riċerka mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Pajjiż kandidat. |
5. |
Membru Fundatur jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata kif previst fl-Artikolu I.22. |
5. |
Membru Fundatur jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata kif previst fl-Artikolu I.22. |
6. |
Il-Grupp tar-Riċerka jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri Fundaturi u wara dan il-Membru li jkun se jtemm is-sħubija jinħeles mill-obbligi kollha għajr dawk approvati mill-Impriża Konġunta FCH qabel it-terminazzjoni tas-sħubija. |
6. |
Il-Grupp tar-Riċerka jista' jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri Fundaturi u wara li dan il-Membru li jkun se jtemm is-sħubija jinħeles mill-obbligi kollha għajr dawk approvati mill-Impriża Konġunta FCH qabel it-terminazzjoni tas-sħubija. |
Il-korpi eżekuttivi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Bord tat-Tmexxija u l-Uffiċċju tal-Programm. Il-korpi konsultattivi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Grupp ta' Livell Għoli tal-Istati Membri, l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati u l-Kumitat Xjentifiku.
1. |
Il-korpi tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu: |
(a) |
il-Bord tat-Tmexxija , |
(b) |
id-Direttur Eżekuttiv, |
(c) |
il-Kumitat Xjentifiku. |
2. |
Meta kwalunkwe ħidma speċifika ma tkunx taqa' fi ħdan il-kompetenza normali ta' kwalunkwe wieħed minn dawn il-korpi, il-Bord Governattiv għandu jkun il-korp kompetenti. |
3. |
Il-Grupp ta' Livell Għoli ta' Stati Membri u l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandhom ikunu korpi konsultattivi esterni għall-Impriża Konġunta FCH. |
2. |
Il-Kummissjoni, fil-każ li jiġi mwaqqaf Grupp tar-Riċerka, għandha tittrasferixxi siġġu wieħed lir-rappreżentant tiegħu. |
2. |
Il-Kummissjoni, fil-każ li jiġi mwaqqaf Grupp tar-Riċerka, għandha tittrasferixxi mill-inqas siġġu wieħed lir-rappreżentant(i) tiegħu. |
4. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi lill-president tiegħu. Il-president għandu jkun elett għal sentejn . |
4. |
Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-president tiegħu minn fost ir-rappreżentanti tal-Grupp Industrijali . Il-president għandu jinħatar għal sena u jista' jerġa jinħatar darba. Ir-rappreżentant tal-SMEs u r-rappreżentant tal-Grupp tar-Riċerka għandhom jinħatru bħala viċi-presidenti. |
8. |
Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden osservaturi fuq konsiderazzjoni każ b'każ, mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu, b'mod partikolari rappreżentanti tar-reġjuni u tal-korpi regolatorji. |
8. |
Il-Bord Governattiv jista' jistieden osservaturi fuq il-bażi ta' kull każ għalih, u mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu, b'mod partikulari lil rappreżentanti tar-reġjuni u tal-korpi regolatorji u lil assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija settorjali taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu . |
— |
japprova s-sejħiet għal proposti; |
— |
jiġġustifika u japprova kwalunkwe devjazzjoni mir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta FCH f'konformità mal-Artikolu 8; |
— |
japprova r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH f'konformità mal-Artikolu 8 wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni ; |
— |
jiġġustifika kwalunkwe xewqa ta' deroga mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, japprova kwalunkwe deroga wara kunsens minn qabel tal-Kummissjoni u jinforma lill-awtorità baġitarja dwar kwalunkwe deroga li tiġi approvata ; |
6. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta FCH. Huwa/hija għandu jwettaq il-ħidmiet tiegħu/tagħha b'mod indipendenti, u għandu jwieġeb lill-Bord tat-Tmexxija. |
6. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta FCH. Huwa/hija għandu/għandha jwettaq/twettaq il-ħidmiet tiegħu/tagħha b'mod indipendenti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tal-proposti tal-proġetti u mal-ġestjoni tal-proġetti, u għandu/għandha jwieġeb/twieġeb lill-Bord tat-Tmexxija. |
8. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija , minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu inizjali massimu ta' tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija jista' jestendi l-mandat tal-kariga darba waħda għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn erba' snin. |
8. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Governattiv għal perjodu ta' tliet snin , wara li tkun ġiet ippubblikata sejħa għal espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f'perjodiċi oħra jew f'siti tal-Internet aċċessibbli għall-pubbliku . Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord Governattiv jista' jestendi l-mandat tal-kariga darba waħda għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn erba' snin , u wara dan il-perjodu għandha tiġi ppublikata sejħa għal espressjoni ta' interess bl-istess mod . |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-ħidmiet li ġejjin:
— |
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-relevanza u l-progress tal-attivitajiet annwali tal-RTD&D u jirrakkomanda emendi ; |
— |
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet xjentifiċi għall-pjan multi-annwali ta' attivitajiet tal-RTD&D ; |
— |
javża lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport tal-attività annwali . |
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu l-ħidmiet li ġejjin:
a) |
jistabilixxi l-prijoritajiet xjentifiċi għall-proposti għall-pjanijiet annwali u plurijennali tal-attivitajiet tar-riċerka ; |
b) |
jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta' attività annwali ; |
c) |
jagħti l-parir tiegħu dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati inter pares . |
1. |
Il-kontribuzzjoni totali mill-Komunità lill-Impriża Konġunta FCH li tkopri l-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operattivi għall-attivitajiet tal-RTD&D m'għandhiex taqbeż 470 miljun EUR mis-Seba' Programm Kwadru. L-ispejjeż ordinarji m'humiex mistennija li jeċċedu l-20 miljun EUR. |
1. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi ffinanzjata b'mod konġunt mill-Membri tagħha permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa f'pagamenti regolari jew permezz ta' kontribuzzjonijiet in natura minn entitajiet legali li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet. L-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu koperti b'mod ugwali bi flus kontanti mill-Komunità Ewropea u mill-Grupp Industrijali sa mill-bidu nett. Hekk kif il-Grupp ta' Riċerka jsir membru tal-Impriża Konġunta FCH, huwa għandu jikkontribwixxi għal 1/20 tal-ispejjeż ordinarji u l-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ispejjeż ordinarji għandha tonqos b'mod korrispondenti. Il-kontribuzzjoni totali mill-Komunità għall-ispejjeż ordinarji tal-Impriża Konġunta FCH m'għandhiex taqbeż EUR 20 miljun. Jekk kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni tal-Komunità tibqa' mhux użata, din għandha ssir disponibbli għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH. |
7. |
Is-settur privat, b'mod partikolari l-membri tal-Grupp Industrijali, għandhom jikkontribwixxu f'oġġetti għall-ispejjeż operazzjonali tal-proġetti. Il-kontribuzzjonijiet f'oġġetti għandhom mill-inqas jammontaw daqs il-finanzjament pubbliku. Il-livell totali tal-kontribuzzjonijiet f'oġġetti, ikkalkulat fuq bażi annwali, għandu jiġu vvalutat darba fis-sena. L-ewwel valutazzjoni għandha tinbeda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu tal-Impriża Konġunta FCH. Il-valutazzjoni għandha mbagħad tibda ssir kull sena finanzjarja minn entità indipendenti. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmien ta' kull sena finanzjarja. |
7. |
Is-settur privat, b'mod partikolari l-membri tal-Grupp Industrijali, għandhom jikkontribwixxu f'oġġetti għall-ispejjeż operazzjonali tal-proġetti. Il-kontribuzzjonijiet f'oġġetti għandhom mill-inqas jammontaw daqs il-finanzjament pubbliku. Fil-każ li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jipparteċipa fil-proġetti, il-kontribuzzjoni tiegħu f'oġġetti ma tkunx meqjusa bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-Komunità. Il-livell totali tal-kontribuzzjonijiet f'oġġetti, ikkalkulat fuq bażi annwali, għandu jiġi vvalutat darba fis-sena. L-ewwel valutazzjoni għandha tinbeda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu tal-Impriża Konġunta FCH. Il-valutazzjoni għandha mbagħad tibda ssir kull snea finanzjarja minn entità indipendenti. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmien ta' kull sena finanzjarja. |
3. |
L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġi approvati mill-Bord tat-Tmexxija. |
3. |
L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. |
Artikolu I.9 a
Implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' RTD
1. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tappoġġja l-attivitajiet ta' RTD wara sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta' kull proġett ta' Ftehim ta' Għotja u Ftehim ta' Konsorzju. |
2. |
F'każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista' toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv tal-objettivi tar-riċerka. |
3. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tiddefinixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-Ftehim ta' Għotja. |
4. |
Il-Ftehim ta' Għotja għandu:
|
5. |
Il-ftehim ta' Konsorzju għandu jiġi konkluż mill-parteċipanti tal-proġett qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Għotja. Huwa għandu:
|
Eliġibbiltà għall-finanzjament
Finanzjament ta' attivitajiet
1. |
Il-kontribuzzjoni Komunitarja lill-Impriża Konġunta FCH għandha tintuża għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti. |
1. |
Dawn l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament: |
a) |
Entitajiet legali stabbiliti fi Stat Membru jew f'pajjiż Assoċjat; |
b) |
Organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika skond il-liġi pubblika internazzjonali, u kif ukoll kwalunkwe aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet; |
c) |
Entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta' benefiċċju partikulari għall-proġett. |
2. |
F'każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista' toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv tal-għanijiet tar-riċerka. |
2. |
Sabiex jitqiesu bħala eliġibbli għal finanzjament Komunitarju, l-ispejjeż li jsiru fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' RTD m'għandhomx jinkludu t-taxxa fuq il-valur miżjud. |
3. |
L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament: |
3. |
Il-limiti massimi ta' ffinanzjar tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal proġetti għandhom jiġu ffissati b'mod li jkunu konformi ma' dawk stipulati permezz tar-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas. Meta jkun hemm bżonn ta' livelli aktar baxxi ta' ffinanzjar sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipji msemmija fl-Artikolu I.8, it-tnaqqis għandu jkun ġust u proporzjonat għal-limiti massimi ta' ffinanzjar imsemmija hawn fuq tar-regoli għall-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm ta' Qafas għall-kategoriji kollha ta' parteċipanti f'kull proġett individwali. |
(a) |
huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat; |
(b) |
huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, l-industrijalizzazzjoni jew l-iskjerament għaċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti biex jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. |
4. |
Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament: |
(a) |
korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-ŻEE, inklużi stabbiliment ta' edukazzjoni sekondarja jew ogħla; |
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
(c) |
entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta' benefiċċju partikolari għall-proġett. |
1. |
Id-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista' titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi tal-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan , suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni . |
1. |
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Impriża Konġunta FCH ma jistgħux jitbiegħdu mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, sakemm il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha ma jkunux jitolbu dan. Għandu jkun meħtieġ il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni għall-adozzjoni ta' kwalunkwe regola li tvarja mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002. L-awtorità baġitarja għandha tkun infurmata dwar dawn id-derogi. |
5. |
Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta' kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju tal-Impriża Konġunta għandu jiġu ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (“il-Qorti tal-Awdituri”). Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara tmiem kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Komuni. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament |
5. |
Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta' kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju tal-Impriża Konġunta għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (“il-Qorti tal-Awdituri”). Il-Qorti tal-Awdituri għandha, sal-15 ta' Ġunju wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta. Il-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja għandhom jintbagħtu s-sena ta' wara lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati mir-Regolament |
Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali tal-UE. Ir-rendikont finanzjarju annwali tal-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi awditjat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.
Finanzjarju ta' Qafas sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni ikun jista' jikkonsolida dawn fil-kontijiet annwali tal-UE. Il-kontijiet annwali u l-karti tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità baġitarja. Ir-rendikont finanzjarju annwali tal-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi vverifikat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.
6. |
L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill , f'konformità mal-proċedura kif prevista mir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta FCH. |
6. |
Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Komuni FCH għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, filwaqt li jittieħed kont tar- rakkomandazzjoni mill-Kunsill , f'konformità ma' proċedura li għandha tiġi prevista mir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta FCH. |
1. |
Ir-riżorsi umani għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali. |
1. |
Ir-riżorsi ta' persunal għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali u li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni Ewropea . |
2. |
Il-membri tal-persunal tal-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kkuntrattati u għandu jkollhom kuntratti b'terminu definit, li jistgħu jiġu estiżi darba waħda sa perjodu massimu totali ta' seba' snin. |
imħassar
Ftehim ta' għotja u ftehim ta' konsorzju
imħassar
1. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tappoġġja l-attivitajiet tal-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta' kull proġett ta' Ftehim ta' Għotja u Ftehim ta' Konsorzju. |
2. |
L-Impriża Konġunta FCH għandha tiddefinixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-Ftehim ta' Għotja. |
3. |
Il-Ftehim ta' Għotja għandu:
|
4. |
Il-Ftehim ta' Konsorzju għandu:
|
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/29/KE (ĠU L 6, 10.1.2008, p. 7).