Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0063

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE (COM(2007)0036 — C6-0065/2007 — 2007/0028(COD))

    ĠU C 184E, 6.8.2009, p. 124–125 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 184/124


    Il-Ħamis, 21 ta' Frar 2008
    L-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor ***I

    P6_TA(2008)0063

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-proċeduri dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni 3052/95/KE (COM(2007)0036 — C6-0065/2007 — 2007/0028(COD))

    2009/C 184 E/37

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0036),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0065/2007),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0489/2007),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2008
    P6_TC1-COD(2007)0028

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta’ Frar 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti mqiegħda fis-suq legalment fi Stat Membru ieħor u li tirrevoka d-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)


    Top