EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0014

Qafas Multiannwali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Multiannwali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 (COM(2007)0515 — C6-0322/2007 — 2007/0189(CNS))

ĠU C 41E, 19.2.2009, p. 108–111 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

CE 41/108


P6_TA(2008)0014

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' Qafas Multiannwali għall-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012 (COM(2007)0515 — C6-0322/2007 — 2007/0189(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0515),

wara li kkunsidra l-Artikolu 5, paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007, li b'konformità miegħu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0322/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0514/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDI MILL-PARLAMENT

Amendment 1

Recital 1

(1) Sabiex l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha tajjeb, l-oqsma tematiċi preċiżi ta' l-attività tagħha għandhom ikunu determinati minn Qafas Multiannwali li jkopri ħames snin kif stipulat fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

(1) Sabiex l-Aġenzija twettaq id-dmirijiet tagħha tajjeb, u tenut kont ta' l-għanijiet tat-twaqqif ta' l-Aġenzija , l-oqsma tematiċi preċiżi ta' l-attività tagħha għandhom ikunu determinati minn Qafas Multiannwali li jkopri ħames snin kif stipulat fl-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Emenda 2

Premessa 2

(2) Il-Qafas għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi ta' l-attività ta' l-Aġenzija.

(2) Il-Qafas għandu jinkludi l-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata fost l-oqsma tematiċi ta' l-attività ta' l-Aġenzija, u l-ħarsien tad-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi etniċi jew nazzjonali .

Emenda 3

Premessa 5

(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Multiannwali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, li l-għanijiet tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni.

(5) Il-Qafas għandu jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba sabiex ikun hemm kumplimentarjetà mar-responsabbiltajiet ta' organi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità u ta' l-Unjoni, u kif ukoll mal-Kunsill ta' l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. L-aktar aġenziji u organi relevanti tal-Komunità fir-rigward ta' dan il-Qafas Multiannwali huma l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-organi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data u l-Ombudsman Ewropew , li l-għanijiet u l-iskop tagħhom għandhom għalhekk jittieħdu in kunsiderazzjoni.

Emenda 4

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) Skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, l-Aġenzija tista' taħdem barra mill-oqsma tematiċi determinati fil-Qafas Multiannwali fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, kemm-il darba ir-riżorsi finanzjarji u umani tagħha jippermettu dan.

Emenda 5

Premessa 7 a (ġdida)

(7a) Il-Qafas jiddefinixxi l-oqsma tematiċi li għandha taħdem fuqhom l-Aġenzija, filwaqt li l-kompiti ta' l-Aġenzija huma stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, li jirriferixxi b'mod partikulari għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar id-drittijiet fundamentali u t-tixrid attiv ta' informazzjoni dwar il-ħidma ta' l-Aġenzija.

Emenda 6

Premessa 7 b (ġdida)

(7b) Il-bnedmin kollha jitwieldu ndaqs u għalhekk id-drittijiet tal-bniedem huma indiviżibbli u invjolabbli.

Emenda 7

Premessa 7 c (ġdida)

(7c) Jeħtieġ li tiġi ssorveljata l-konformità ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-Istati Membri kollha mal-konvenzjonijiet internazzjonali kollha tad-drittijiet tal-bniedem li għalihon l-Istati Membri huma parti .

Emenda 8

Premessa 7 d (ġdida)

(7d) L-Aġenzija għandha tirraporta b'mod regolari lill-Parlament Ewropew.

Emenda 9

Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

1a. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill, tal-Parlament Ewropew jew tal-Bord tad-Direzzjoni ta' l-Aġenzija, tagħmel proposta, mhux qabel sena mill-adozzjoni tal-Qafas Multiannwali, biex tirrevedi l-Qafas skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.

Emenda 10

Artikolu 1, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tistħarreġ dwar azzjonijiet jew problemi speċifiċi.

Emenda 11

Artikolu 1 a (ġdid)

Artikolu 1a

Kompiti

L-Aġenzija tista' tfassal u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet fuq l-oqsma tematiċi li m'humiex koperti mill-Artikolu 2 meta jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali u konvinċenti. F'ċirkostanzi bħal dawn għandha tintbagħat notifika ta' dawn il-kompiti lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Emenda 12

Artikolu 2, parti introduttiva

L- oqsma tematiċi għandhom ikunu s-segwenti :

Fil-ħidma tagħha fl- oqsma tematiċi li ġejjin, bla ħsara għall-Artikolu 1(2a) u l-Artikolu 1a, l-Aġenzija għandha tfittex li tidentifika l-fatturi ekonomiċi, soċjali u kulturali li jikkontribwixxu għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f'dawk l-oqsma jew li jistgħu jkunu l-kawżi ta' kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem :

Emenda 13

Artikolu 2, punt (b)

b) id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali jew immirata lejn persuni li jappartjenu għal minoranzi;

b) id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali jew immirata lejn persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u lingwistiċi tradizzjonali u kull kombinazzjoni ta' dawn ir-raġunijiet (diskriminazzjoni multipla) ;

Emenda 14

Artikolu 2, punt (j)

(j) l-aċċess għal ġustizzja effiċjenti u indipendenti.

(j) l-aċċess għal ġustizzja effiċjenti u indipendenti, għal dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-konvenuti u persuni suspettati .

Emenda 15

Artikolu 2, punt (j a) (ġdid)

ja) faqar kbir u esklużjoni soċjali.

Emenda 16

Artikolu 3, paragrafu 1

1.

L-Aġenzija għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa ma' l-organi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni ta' dan il-Qafas.

1.

L-Aġenzija għandha tiżgura koperazzjoni u koordinazzjoni xierqa ma' l-organi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili, kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007, għall-implimentazzjoni ta' dan il-Qafas.

Emenda 17

Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. L-Aġenzija għandha tikkopera b'mod attiv ma' pajjiżi kandidati fil-qasam tad-drittijiet fundamentali sabiex tiffaċilita l-konformità tagħhom mal-liġi Komunitarja.

Emenda 18

Artikolu 3, paragrafu 3

3.

L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni li l-għanijiet globali ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006 għandu jkun li jikkontribwixxi għal u jsaħħaħ il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż il-gender mainstreaming fil-politika kollha tal-Komunità u l-politika nazzjonali li tirriżulta minnhom, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini ta' l-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jipprovdi għajnuna teknika lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, b'mod partikolari l-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri .

3.

L-Aġenzija għandha tittratta l-kwistjonijiet li jirrigwardaw id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi, b'mod partikulari l-każijiet ta' diskriminazzjoni multipla , biss bħala parti mix-xogħol tagħha, li għandu jsir fuq kwistjonijiet ġenerali ta' diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 punt (b), u safejn relevanti għalih, filwaqt li tirrispetta l-għanijiet u l-missjoni ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1922/2006. L-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Istitut għandhom jiġu stipulati f'memorandum ta' ftehim b'konformità ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 168/2007.


Top