This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XX1215(01)
Opinion of the Advisory Committee on restrictive practices and dominant positions given at its 429th meeting of 9 July 2007 concerning a draft decision relating to Case COMP/E-2/39.143 — Opel
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad- 9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad- 9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel
ĠU C 304, 15.12.2007, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 304/11 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad-9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel
(2007/C 304/10)
1. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-prattiċi deskritti fid-deċiżjoni abbozz, il-ftehimiet li ntaħqu bejn General Motors Europe u l-imsieħba awtorizzati tagħha Opel/Vauxhall wara li sar il-bejgħ, huma suxxettibbli li jikkawżaw problemi fuq livell ta' kompetizzjoni fis-swieq ta' wara l-bejgħ tal-vetturi tal-mutur. |
2. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-proċeduri f'dan il-każ jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1). |
3. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl ta' l-impenji offruti minn General Motors Europe, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003. |
4. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li General Motors Europe għandha tkun marbuta mill-impenji sal-31 ta' Mejju 2010. |
5. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jitolbu lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni. |
6. |
Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tal-Kumitat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |