EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1204(02)

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.3975 — Cargill/Degussa (Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21 )

ĠU C 290, 4.12.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 290/9


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/M.3975 — Cargill/Degussa

(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 290/08)

Fil-21 ta' Ottubru 2005, il-partijiet innotifikaw it-tranżazzjoni lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (“ir-Regolament dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijet”), li permezz tagħha l-impriża Cargill takkwista n-negozju ta' l-ingredjenti ta' l-ikel tal-kumpannija Ġermaniża Degussa AG.

Fit-23 ta' Novembru 2005 il-partijiet issottomettew proposta għal rimedji, biex b'hekk estendew it-terminu ta' żmien għat-tmiem ta' l-investigazzjoni ta' l-ewwel fażi għall-14 ta' Diċembru 2005.

Wara eżami tal-provi sottomessi mill-partijiet għall-konċentrazzjoni proposta u wara li għamlet investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-konċentrazzjoni qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq komuni u ddeċidiet tibda l-proċeduri taħt l-Artikolu 6(1)(ċ) tar-Regolament dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet fl-14 ta' Diċembru 2005.

Ġew ipprovduti dokumenti importanti għar-reviżjoni mill-partijiet skond l-aħjar prattiċi tal-prosegwiment tal-proċedimenti dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet tal-KE fid-19 ta' Diċembru 2005 u s-17 ta' Jannar 2006.

Wara investigazzjoni fid-dettall, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonkludew li ma kienx hemm aktar it-tħassib potenzjali dwar il-kompetizzjoni identifikat fid-deċiżjoni għas-swieq rilevanti taħt l-Artikolu 6(1)(ċ). Għalhekk, ma ntbagħatet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjonijiet lill-partijiet.

Il-każ ma jagħti lok għal ebda kummenti partikolari fir-rigward tad-dritt li wieħed jinstema'.

Brussell, il-15 ta' Marzu 2006.

Karen WILLIAMS


Top