EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1122(02)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

ĠU C 279, 22.11.2007, p. 12–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 279/12


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 279/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Applikazzjoni għal emenda skond l-Artikolu 9 u l-Artikolu 17(2)

“RADICCHIO ROSSO DI TREVISO”

Nru tal-KE.: IT/PGI/117/1514/26.04.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Emenda/i rikjesta/i

Intestatura/i fl-ispeċifikazzjoni:

Image

Isem il-prodott

X

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta' l-oriġini

X

Metodu ta' produzzjoni

Image

Rabta

X

Tikkettar

X

Kundizzjonijiet nazzjonali

Emenda/i:

Deskrizzjoni

Għandhom jiżdiedu l-qisien tal-faxxina meta jitqiegħed għall-konsum u jitneħħa l-avverb “kompletament” fir-rigward tal-kulur.

Metodu ta' produzzjoni

Għandhom ikunu speċifikati f'aktar dettall il-metodi u ż-żmien tal-produzzjoni tar-radicchio; u jitneħħew l-elementi preskrittivi li ma jżidu xejn mal-proprjetajiet kwalitattivi tal-prodott.

L-irbit tal-produzzjonijiet fir-raba' għandha tiġi introdotta obbigatorjament.

Inbidlu l-karatteristiċi tal-kontenituri biex jiggarantixxu l-possibilità li jintużaw materjali differenti wkoll, mingħajr ma tiġi kompromessa r-rabta mat-territorju u t-tekniki tradizzjonali tal-produzzjoni. Fil-fatt, illum il-ġurnata, xi protokolli adottati minn kanali tad-distribuzzjoni internazzjonali u l-leġiżlazzjoni ta' ċerti pajjiżi jimponu, minħabba raġunijiet iġjeniċi u sanitarji, l-użu ta' materjali differenti mis-siment fil-produzzjoni ta' ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem.

It-teknika għat-tnixxif tax-xtieli wara l-fażi tat-tibjid, qabel it-tħejjija, kellha raġuni biex din issir billi t-tħejjija kienet issir f'ambjenti mhux imsaħħna jew barra fil-beraħ; illum il-ġurnata, l-eżiġenzi differenti bil-għan li jiggarantixxu s-saħħa u l-kumdità fil-postijiet tax-xogħol ġiegħlu li jissaħħnu l-kmamar kollha ta' l-ipproċessar u li ma jibqax meħtieġ perjodu ta' “tnixxif” preċedenti, jew saħansitra ta' ħsara billi jista' jagħti bidu għal proċessi deġenerattivi tax-xtieli; jidher biċ-ċar li l-proċess ta' tqattir isir, jekk hu neċessarju (jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-proċess ta' tibjid fl-ilma mhuwiex obbligatorju) xorta waħda fil-kamra tat-tħejjija. Għal aktar ċarezza, temperatura “kostanti” ta' 18 °C kellha titqies biss bħala parametru indikattiv, jidher biċ-ċar li huwa biżżejjed il-kejl tat-temperatura wara l-ftuħ tal-protoni li jippermettu li l-produzzjonijiet jiddaħħlu fil-kamra tat-tħejjija biex jiġu rreġistrati temperaturi aktar baxxi, mingħajr ma dan jikkawża problemi fejn tidħol l-osservanza tat-tradizzjoni u l-kwalità tal-prodott.

Tikkettar

Jiddaħħal ukoll il-logo ta' identifikazzjoni tal-prodott bil-għan li joffri tagħrif aktar ċar għall-konsumatur u, biex l-eżiġenzi tad-domanda tas-suq jiġu sodisfatti aħjar, kien xieraq li jiġu previsti imballaġġi ġodda, jiġifieri li dawk diġà eżistenti jsiru jesgħu aktar.

Kundizzjonijiet Nazzjonali

Tħassru l-Artikoli 3 u 8 ta' l-ispeċifikazzjoni fis-seħħ u ġie identifikat Organu ta' spezzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Fl-Artikolu 7, ġiet eliminata r-referenza għall-“wiċċ minimu ta' l-art ta' 1 500 metru kwadru” ta' l-azjendi, sabiex dawn jikkwalifikaw biex jitniżżlu fil-lista tal-produtturi, billi dan l-obbligu jirrappreżenta limitazzjoni għall-aċċess li mhijiex prevista fil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

SINTEŻI

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“RADICCHIO ROSSO DI TREVISO”

Nru tal-KE.: IT/PGI/117/1514/26.04.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Ministero Politiche agricole, alimentari e forestali

Indirizz:

Via XX Settembre, 20

I-00187 Roma

Tel.:

(39) 06 481 99 68

Feks:

(39) 06 42 01 31 26

Posta elettronika:

qpa3@politicheagricole.gov.it

2.   Grupp:

Isem:

Consorzio Radicchio di Treviso

Indirizz:

Viale scandolara, 80

I-31059 Zero Branco (TV)

Tel.:

(39) 0422 48 80 87

Feks:

(39) 0422 48 80 87

Posta elettronika:

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

4.   Speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-artikolu 4(2)):

4.1   Isem: “Radicchio Rosso di Treviso”

4.2   Deskrizzjoni: L-għelejjel għall-produzzjoni ta' l-I.Ġ.P. “Radicchio Rosso di Treviso” għandhom jikkonsistu minn xtieli tal-familja tal-Compositae — speċi Cichorium intybus L. — varjetà silvestre, li jinkludi t-tip tardivo (imwaħħar) u precoce (bikri).

Meta jitqiegħed għall-konsum, ir-radicchio bl-I.Ġ.P. “Radicchio Rosso di Treviso” għandu jkollu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar

Dehra: nebbieta regoli, uniformi u b'kompatezza tajba; weraq dejjaq, li jitgerrbu li għandhom it-tendenza li jagħlqu l-faxxina fil-parti apikali; il-faxxina għandha porzjon taz-zokk perfettament imnaddaf u mħejji, ta' tul proporzjonali għad-daqs tal-faxxina, iżda mhux aktar minn 6 ċm.

Kulur: il-weraq huwa aħmar skur lewn l-inbid b'nervituri sekondarji bilkemm jidhru; in-nervitura tad-dahar (nervitura prinċipali) hija bajda.

Togħma: in-nervitura tad-dahar għandha togħma gradevolment imrajra u b'konsistenza li tqarmeċ.

Daqs: faxxina b'piż minimu ta' 100 g, b'dijametru minimu ma' l-għonq ta' 3 ċm, tul (mingħajr iz-zokk) ta' 12 — 25 ċm.

Il-profil tal-prodott tar-Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar huwa kif ġej:

grad perfett ta' maturazzjoni

kulur aħmar qawwi jgħajjat tal-faxxina

nervitura prinċipali ta' kulur abjad

konsistenza tal-faxxina tajba

daqs medju — kbir

uniformità fid-daqs u fit-tul tal-faxxini

tħejjija preċiża — raffinata — mingħajr difetti

zokk proporzjonali għall-faxxina u mhux itwal minn 6 ċm.

Radicchio Rosso di Treviso bikri

Dehra: faxxina voluminuża, tawwalija, magħluqa sew, b'porzjon żgħir taz-zokk.

Kulur: weraq ikkaratterizzat minn nervitura prinċipali li tispikka ħafna, ta' lewn abjad li tinferaq f'ħafna nervituri żgħar fl-aħmar qawwi tal-weraq żviluppat sew.

Togħma: weraq b'togħma gradevolment imrajra u b'konsistenza li tqarmeċ medja.

Daqs: piż minimu tal-faxxina huwa 150 g, tul tal-faxxina (mingħajr l-għeruq) huwa 15-25 ċm.

Il-profil tal-prodott tar-Radicchio Rosso di Treviso bikri huwa kif ġej:

grad perfett ta' maturazzjoni

weraq ta' kulur aħmar jgħajjat b'nervituri bojod

konsistenza tal-faxxina tajba

daqs medju — kbir

uniformità fid-daqs tal-faxxini

tħejjija preċiża, raffinata, mingħajr difetti

zokk proporzjonat u mhux itwal minn 4 ċm.

4.3   Żona ġeografika: Iż-żona tal-produzzjoni u l-ippakkjar tar-Radicchio Rosso di Treviso tat-tip imwaħħar tinkludi, fl-ambitu tal-provinċji ta' Treviso, Padova u Venezja, it-territorju amministrattiv kollu tal-Komuni elenkati hawn taħt.

Provinċja ta' Treviso: Carbonera, Casale sul Sile, Casier, Istrana, Mogliano Veneto, Morgano, Paese, Ponzano Veneto, Preganziol, Quinto di Treviso, Silea, Spresiano, Trevignano, Treviso, Vedelago, Villorba, Zero Branco.

Provinċja ta' Padova: Piombino Dese, Trebaseleghe.

Provinċja ta' Venezja: Martellago, Mirano, Noale, Salzano, Scorzè.

Iż-żona tal-produzzjoni u l-ippakkjar tar-“Radicchio Rosso di Treviso” tat-tip bikri tinkludi, fl-ambitu tal-provinċji ta' Treviso, Padova u Venezja, it-territorju amministrattiv kollu tal-Komuni elenkati hawn taħt.

Provinċja ta' Treviso: Breda di Piave, Carbonera, Casale sul Sile, Casier, Castelfranco Veneto, Castello di Godego, Istrana, Loria, Maserada sul Piave, Mogliano Veneto, Monastier, Morgano, Paese, Ponzano Veneto, Preganziol, Quinto di Treviso, Resana, Riese Pio X, Roncade, San Biagio di Callalta, Silea, Spresiano, Trevignano, Treviso, Vedelago, Villorba, Zenson di Piave, Zero Branco.

Provinċja ta' Padova: Borgoricco, Camposanpiero, Loreggia, Massanzago, Piombino Dese, Trebaseleghe.

Provinċja ta' Venezja: Martellago, Mirano, Noale, Salzano, Santa Maria di Sala, Scorzè, Spinea.

4.4   Prova ta' l-oriġini: Bil-għan li jiġu kkontrollati l-fażijiet tal-produzzjoni u l-ippakkjar, għandhom jitħejjew mill-Organu ta' spezzjoni awtorizzat skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għal kull kampanja ta' produzzjoni, il-listi tal-produtturi u pakkettaturi li bi ħsiebhom jagħmlu użu mill-I.Ġ.P. għal kull tip ta' radicchio.

Il-produtturi tar-radicchio u l-amministraturi ta' kull azjenda fiż-żona ta' produzzjoni maħsuba għall-koltivazzjoni tar-“Radicchio Rosso di Treviso” mwaħħar u/jew bikri jistgħu jitniżżlu fil-lista msemmija hawn fuq.

Il-produtturi għandhom jinkitbu, għal kull sena ta' produzzjoni, fil-lista msemmija hawn fuq, billi kull sena jiddikjaraw it-tipi, l-art ikkoltivata u l-kwantitajiet prodotti u kkonsenjati lill-pakkettatur.

It-talba biex jinkitbu fil-lista għandha tiġi ppreżentata lill-Organu ta' spezzjoni sal-31 ta' Mejju ta' kull sena.

Il-pakkettaturi għandhom l-obbligu li jibagħtu lill-Organu ta' spezzjoni d-dikjarazzjoni tal-produzzjoni annwali ppakkjata mqassma skond it-tipi użati.

It-tniżżil fil-lista tal-produtturi u l-pakkettaturi individwali fil-lista huwa validu għal sena li jiġġedded.

Il-bidu ta' l-operazzjonijiet ta' kull ħsad għandu jitniżżel progressivament mill-amministratur, fi skeda ta' l-azjenda apposta.

L-amministratur għandu jiddikjara lill-organu ta' spezzjoni, għal kull tip ta' radicchio, il-kwantitajiet ta' prodotti lesti biex jidħlu fis-suq, miksuba mis-sena ta' produzzjoni.

L-amministratur għandu fl-istess ħin jindika din il-kwantità fuq l-iskeda ta' l-azjenda, billi jniżżel id-data li fiha jikkonsenjaha lill-pakkettatur, ħlief meta hu jwettaq direttament l-operazzjoni ta' ppakkjar.

4.5   Metodu ta' produzzjoni: Il-kundizzjonijiet ta' l-impjant u l-operazzjonijiet tal-ħsad għall-produzzjoni ta' l-I.Ġ.P. “Radicchio Rosso di Treviso” għandhom ikunu dawk tradizzjonali taż-żona kif ukoll xierqa biex lill-faxxini jagħtuhom il-karatteristiċi speċifiċi.

Għall-produzzoni tar-Radicchio Rosso di Treviso tat-tip imwaħħar u bikri għandhom jitqiesu bħala idonei dawk l-artijiet friski, fil-fond, skulati sew mill-ilma u li ma għandhomx wisq elementi nutrittivi, partikolarment in-nitroġenu, u b'reazzjoni mhux alkalina. Huma partikolarment indikati ż-żoni tal-koltivazzjoni f'raba' tafli — ramli ta' alluvjoni antika fi stat ta' dekalċifikazzjoni u b'sitwazzjoni klimatika karatterizzata minn sjuf b'ammont ta' xita biżżejjed u b'temperaturi massimi baxxi, ħrajjef nixfin, xtiewi li jibdew jiksħu kmieni u b'temperaturi minimi sa 10 °C taħt iż-żero.

Il-wisa' bejn ix-xtieli, wara l-operazzjonijiet ta' żargħa jew qlugħ ta' xtieli biex jitħawlu post ieħor u t-tnaqqis sussegwenti fid-densità tax-xtieli żgħar, ma għandhiex taqbeż it-8 xtieli għal kull metru kwadru.

Il-produzzjonijiet massimi għal kull ettaru ta' raba' kkoltivat ma għandux jaqbeż dawn il-limiti (eskluża kull tolleranza):

imwaħħar: 7 000 kg/ettaru

bikri: 9 000 kg/ettaru

Il-piż massimu ta' kull unità tal-faxxini li jagħmlu l-prodott lest ma jistax jaqbeż dawn il-limiti (eskluża kull tolleranza):

imwaħħar: 0,400 kg

bikri: 0,500 kg

Il-produzzjoni tar-Radicchio Rosso di Treviso bikri u mwaħħar, tista' tibda jew biż-żargħa jew bil-qlugħ tax-xitla biex titħawwel post ieħor.

Iż-żargħa għandha ssir fir-raba' fil-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju u l-31 ta' Lulju ta' kull sena.

F'każ li x-xitla tinqala' u titħawwel post ieħor, dan għandu jsir sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

Il-ħsad tar-Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar isir mill-1 ta' Novembru u f'kull każ wara li l-għalla tkun ġiet esposta għal talanqas żewġ ġlati, li jippromwovi l-kulur aħmar tax-xitla.

Il-ħsad tar-Radicchio Rosso di Treviso bikri jsir mill-1 ta' Settembru.

L-operazzjonijiet ta' koltivazzjoni, tibjid, forzatura u l-kisba tal-karatteristiċi previsti mit-tqegħid għall-konsum tar-radicchi biex jintużaw mill-I.Ġ.P. “Radicchio Rosso di Treviso”, inkluż l-ippakkjar, għandhom isiru esklussivament fit-territorju tal-Komuni indikati fil-punt 4.3.

Il-proċess ta' tibjid, forzatura u preparazzjoni tal-faxxina għall-ippakkjar issir f'fażijiet sussegwenti għall-ipproċessar għal kull wieħed taż-żewġ tipi tar-radicchio.

Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar:

Il-proċess tradizzjonali ta' l-ipproċessar wara l-ħsad tal-prodott jinqasam f'dawn il-fażijiet deskritti hawn taħt.

Fażi tal-preforzatura

Matul din l-ewwel fażi, ix-xtieli maħsuda b'parti ta' l-istruttura ta' l-għeruq jitnaddfu mill-weraq li jinsabu l-aktar 'il barra u mill-ħamrija li setgħet baqgħet imwaħħla ma' l-għeruq.

Imbagħad il-faxxini jinġemgħu f'qatat jew mqiegħda f'gaġeġ b'xibka jew bit-toqob.

Fiż-żewġ każijiet, iz-zokk ta' kull xitla għandhom ikunu ta' l-istess tul.

Il-qatat jew il-gaġeġ mimlija bil-faxxina tar-radicchio jitqiegħdu f'serbut fl-art fejn jiġu protetti b'tunnel sabiex ma jixxarbux bix-xita jew bil-ġlati ta' bil-lejl li jdubu. It-tunnels għandhom jiggarantixxu l-ventilazzjoni massima tal-faxxina. Din il-fażi tista' wkoll issir billi l-qatat jew il-gaġeġ jitqiegħdu f'ambjenti kkontrollati.

Fażi tal-forzatura — tibjid

Il-fażi tal-forzatura u t-tibjid hija l-operazzjoni fundamentali u insostitwibbli li turi l-vantaġġi organolettiċi, kummerċjali u estetiċi tar-Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar. Din issir billi l-faxxini jitqiegħdu f'kundizzjonijiet li jiffurmaw weraq ġdid li, fin-nuqqas ta' dawl, huwa nieqes jew kważi nieqes minn pigmenti klorofilljani, jaċċentwa l-kulur aħmar qawwi tal-parti wiesgħa tal-werqa, jitlef il-konsistenza fibruża, jikseb il-karatteristika li tqarmeċ u togħma gradevolment imrajra.

Il-forzatura tar-Radicchio Rosso di Treviso mwaħħar issir permezz ta' l-użu ta' ilma minn għejun naturali b'temperatura ta' madwar 11oC. Il-faxxini jingħaddsu vertikalment f'tankijiet kbar protetti sa ħdejn iz-zokk, sakemm jintlaħaq il-grad ta' maturazzjoni meħtieġ mill-karatteristiċi deskritti hawn fuq;

Fażi tat-tħejjija

Wara dan jiġu l-operazzjonijiet tat-tħejjija li matulhom il-faxxini jinħallu mill-qatat jew jinħarġu mill-gaġeġ, jitneħħew il-werqiet imħassrin jew dawk mingħajr rekwiżiti minimi sakemm jinkiseb radicchio bil-karatteristiċi previsti tiegħu, iz-zokk jinqata' u jitqaxxar b'mod proporzjonali għall-qisien tal-faxxina.

L-operazzjoni tat-tħejjija għandha ssir immedjatament qabel ma l-prodott jintbagħat għad-distribuzzjoni. Wara t-tħejjija, ir-radicchio jitqiegħed f'reċipjenti li jesgħu mimlija b'ilma ġieri biex jinħasel u jiġi ppakkjat.

Radicchio Rosso di Treviso”bikri:

L-irbit

Matul din il-fażi, il-faxxini jintrabtu fir-raba' bil-għan li jiġi impedit il-proċess normali tal-fotosinteżi, sakemm jintlaħaq il-grad ta' maturazzjoni meħtieġ mill-karatteristiċi deskritti hawn fuq.

Fażi tat-tħejjija

Fl-ewwel fażi wara l-ħsad, il-weraq estern li ma jaqblux mar-rekwiżiti minimi tal-faxxini maħlula mill-qatat jinqatgħu u mbagħad issir it-tħejjija ta' l-għonq u taz-zokk. Wara, ir-radicchio jitqiegħed f'reċipjenti li jesgħu mimlija b'ilma ġieri biex jinħasel. Jitneħħa l-weraq li eventwalment ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' kwalità u jingħata bidu għall-ippakkjar.

Ir-radicchio li jitqiegħed għall-konsum bl-użu ta' l-I.Ġ.P. “Radicchio Rosso di Treviso” għandu jiġi ppakkjat:

f'kontenituri idonei b'bażi ta' 30 x 50 jew 30 x 40 ċm u jesgħu sa massimu ta' 5 kg tal-prodott;

f'kontenituri idonei b'daqs ta' 40 x 60 ċm u jesgħu sa massimu ta' 7,5 kg tal-prodott;

f'kontenituri idonei ta' daqs differenti sakemm ma jesgħux aktar minn 2 kg tal-prodott.

Kull kontenitur għandu jkollu għatu li jissiġilla sabiex jimpedixxi li l-kontenut jitneħħa mingħajr ma jinkiser is-siġill.

4.6   Rabta: Ir-rekwiżiti tar-Radicchio Rosso di Treviso jiddependu mill-kundizzjonijiet ambjentali u mill-fatturi naturali u umani. L-istorja, l-evoluzzjoni, id-drawwiet minn żminijiet imbiegħda ta' l-azjendi u tal-bdiewa taż-żona, il-karatteristiċi ta' l-art, il-klima, it-temperatura ta' l-ilma tal-pjan u l-kapaċità tiegħu li jnixxi sempliċement bit-tħaffir u għalhekk bi spejjeż baxxi, jixhdu bil-qawwa r-rabta bejn ir-Radicchio Rosso di Treviso u l-ambjent li fih attwalment jitkabbar.

4.7   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

CSQA S.r.l. Certificazioni

Indirizz:

Via S. Gaetano, 74

I-36016 Thiene (VI)

Tel.:

(39) 0445 36 60 94

Feks:

(39) 0445 38 26 72

Posta elettronika:

csqa@csqa.it

4.8.   Tikkettar: Fuq il-kontenituri stess għandu jiġi indikat b'ittri kbar ta' l-istess qisien il-kliem “Radicchio Rosso di Treviso” I.Ġ.P. bl-ispeċifikazzjoni ta' tardivo [imwaħħar] jew precoce [bikri]. Barra minn dan, fuq l-istess kontenituri, għandu jkun hemm dawn l-elementi:

l-isem jew il-kumpanija u l-indirizz jew sede tal-produttur individwali u/jew assoċjazzjoni ta' produtturi u/jew pakkettatur;

piż nett għall-bejgħ;

kif ukoll tagħrif addizzjonali, bil-kundizzjoni li dan ma jkunx ta' natura li jagħti tifħir u ma jqarraqx bil-konsumatur dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-prodott.

Barra minn hekk, fuq kull kontenitur u/jew fuq l-għatu li jissiġilla, għandu jkun hemm dejjem il-logo ta' identifikazzjoni ta' l-I.Ġ.P., bl-użu tal-forom, il-kuluri, id-daqs u l-proporzjonijiet indikati; u jispeċifika t-tip “precoce” [bikri] jew “tardivo” [imwaħħar].

Il-logo, ta' lewn aħmar fuq sfond abjad, jikkonsisti fi stampa ta' kompożizzjoni ta' radicchi stilizzata li fuqha jkun hemm il-kliem “Radicchio Rosso di Treviso IGP”, kollox imdawwar f'kaxxa b'bordura ħamra.

Tip tal-karattru: Rockwell condensed

Kulur tal-logo: Aħmar = Magenta 100 % — Yellow 80 % — Cyan 30 %

L-indikazzjoni “bikri” jew “imwaħħar” titniżżel b'karattri bojod fuq sfond aħmar ħdejn ir-riproduzzjoni fotografika tar-“Radicchio Rosso di Treviso” korrispondenti.

Minbarra dan, il-logo jkun jista' jitwaħħal anki mas-siġill mill-persuna kkonċernata.

Kwalunkwe indikazzjoni oħra differenti mir-“Radicchio Rosso di Treviso I.G.P.” għandha tkun ta' daqs konsiderevolment iżgħar.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top