Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1113(04)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tissupplimenta d-disinji fil-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE permezz tad-disinn għas-sinjal TR għat-Turkija, kif mitlub bħala rekwiżit mid-Deċiżjoni Nru 2/97 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-UE u t-Turkija

    ĠU C 270, 13.11.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 270/11


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tissupplimenta d-disinji fil-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE permezz tad-disinn għas-sinjal “TR” għat-Turkija, kif mitlub bħala rekwiżit mid-Deċiżjoni Nru 2/97 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-UE u t-Turkija

    (2007/C 270/06)

    1.

    Id-Deċiżjoni Nru 2/97 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-UE u t-Turkija ta' l-4 ta' Ġunju 1997 tistabbilixxi lista ta' strumenti Komunitarji relatati mat-tneħħija ta' l-ostakli tekniċi għall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropa u t-Turkija, kif mitluba bħala rekwiżit mill-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni ta' l-UE u t-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni Doganali. Din il-lista tinkludi d-Direttiva 71/316/KEE tat-26 ta' Lulju 1971, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku (1).

    2.

    Id-Direttiva 71/31/KEE tagħmel dispożizzjoni fil-punt 3.1.1.1(a) ta' l-Anness II, għall-ittri kapitali ta' distinzjoni ta' l-Istat fejn jitwettaq il-kontroll oriġinali, sabiex jiġu użati għall-marka ta' verifika inizjali tal-KEE mwaħħla ma' strument tal-kejl u li tindika li dan ta' l-aħħar jikkonforma mar-rekwiżiti tal-KEE.

    3.

    Id-Direttiva 71/316/KEE tagħmel dispożizzjoni fil-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għad-disinji, li juru l-forma, id-dimensjonijiet u l-kontorni ta' l-ittri tal-marki ta' verifika inizjali tal-KEE kif stipulat fil-punt 3.1 ta' dak l-Anness.

    4.

    Id-Deċiżjoni Nru 2/97 fiha l-adattazzjonijiet meħtieġa tad-Direttiva 71/36/KEE, sabiex tista' tiddaħħal effettivament fis-seħħ mit-Turkija. Skond il-Kapitolu IX ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni Nru 1/95, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin: (a) għall-ewwel inċiż tal-punt 3.1 ta' l-Anness I u għall-ewwel inċiż tal-punt 3.1.1.1a ta' l-Anness II, għandu jiżdied dan li ġej mat-test fil-parenteżi: “TR għat-Turkija”; b) id-disinji li jirreferi għalihom il-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għandhom jiġu ssupplimentati permezz ta' l-ittri meħtieġa għas-sinjal “TR”.

    5.

    Għalhekk, fuq il-bażi tal-Kapitolu IX l-punt 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni Nru 2/97, id-disinji msemmija fil-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għad-Direttiva 71/316/KEE huma ssupplimentati, għall-iskopijiet tad-Deċiżjoni Nru 1/95, permezz tad-disinn ta' l-ittri ta' distinzjoni “TR” għat-Turkija, skond il-mudell ta' hawn taħt:

    Image


    (1)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1.


    Top