Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1110(07)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 268, 10.11.2007, p. 36–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 268/36


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    (2007/C 268/16)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “BUTELO DE VINHAIS” jew “BUCHO DE VINHAIS” jew “CHOURIÇO DE OSSOS DE VINHAIS”

    Nru tal-KE: PT/PGI/005/0459/20.04.2005

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattivi biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem:

    Gabinete de Planeamento e Políticas

    Indirizz:

    Rua Padre António Vieira, n.o 1-8o

    P-1099-073 Lisboa

    Tel.:

    (351) 213 819 300

    Faks:

    (351) 213 876 635

    Posta elettronika:

    gppaa@gppaa.min-agricultura.pt

    2.   Grupp:

    Isem:

    ANCSUB — Associação Nacional de Criadores de Suínos de Raça Bísara

    Indirizz:

    Edifício da Casa do Povo

    Largo do Toural

    P-5320-311 Vinhais

    Tel.:

    (351) 273 771 340

    Faks:

    (351) 273 770 048

    Posta elettronika:

    ancsub@bisaro.info

    Kompożizzjoni:

    Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam (misjur, immellaħ, affumikat)

    4.   Speċifikazzjoni

    (sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1   Isem: “Butelo de Vinhais” jew “Bucho de Vinhais” jew “Chouriço de Ossos de Vinhais”

    4.2   Deskrizzjoni: Zalzett affumikat, magħmul mil-laħam, ix-xaħam, l-għadam u l-kartilaġni miksuba mill-kustilji u s-sinsla tad-dahar tal-ħanżir tar-razza Bísaro jew mir-razez imħallta bejniethom li għandu jkollhom 50 % demm Bísaro (annimali F1, li jirriżultaw mit-taħlit bejn annimali tar-razza Bísaro pura mniżżla fir-Reġistru tar-Razza ma' annimali ta' razez oħrajn), li jiddaħħal fl-istonku (“bucho”), fil-bużżieqa ta' l-awrina jew fl-intestin il-kbir (il-musrana l-għamja) (“palaio”) tal-ħanżir. Iz-zalzett għandu lewn safrani, ħamrani jew kannella skur, jiżen bejn 1 u 2 kg b'forma tonda, ovali jew ċilindrika, id-daqs ivarja skond l-imballaġġ użat (djametru minn 10 sa 15 ċm jekk jintużaw l-istonku jew il-bużżieqa, tul ta' 20 ċm u djametru minn 10 sa 15 ċm jekk jintuża l-intestin il-kbir) bl-għadam jidher minn barra.

    4.3   Żona ġeografika: Minħabba l-metodu ta' produzzjoni tradizzjonali, it-tip ta' għalf li jintuża, l-għarfien tradizzjonali tal-popolazzjoni lokali fit-trobbija tal-bhejjem, u l-kundizzjonijiet pedoklimatiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi alimentari li tintuża biex tinkiseb il-materja prima ta' kwalità unika, iż-żona tat-twelid, trobbija, tismin, qatla u qtugħ tal-ħnieżer tar-razza Bísaro u r-razez imħallta bejniethom użati fil-produzzjoni tal-Butelo de Vinhais, hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Anciães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais tad-distrett ta' Bragança u l-muniċipalitajiet ta' Alijó, Boticas, Chaves, Mesão Frio, Mondim de Basto, Montalegre, Murça, Régua, Ribeira de Pena, Sabrosa, Santa Marta de Penaguião, Valpaços, Vila Pouca de Aguiar u Vila Real tad-distrett ta' Vila Real, billi din iż-żona biss għandha l-bażi alimentari u l-ħiliet ta' trobbija meħtieġa. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari meħtieġa biex jinkiseb il-Butelo de Vinhais, l-għarfien tal-popolazzjoni u l-metodi lokali, fidili għat-tradizzjoni u kostanti, iż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Anciães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais, tad-distrett ta' Bragança.

    4.4   Prova ta' l-oriġini: Il-Butelo de Vinhais jista' jiġi prodott biss f'impjanti ta' l-ipproċessar b'liċenzja xierqa li jinsabu fiż-żona ta' l-ipproċessar imsemmija. Il-proċess ta' produzzjoni kollu huwa suġġett għal sistema ta' kontroll rigoruża li tiggarantixxi t-traċċabilità totali tal-Butelo de Vinhais. Il-materja prima tiġi mill-ħnieżer tar-razza Bísaro u mniżżla fir-Reġistru Żootekniku tar-Razza jew ħnieżer li tnisslu mit-taħlit (F1) bejn il-bhejjem b'wieħed mill-ġenituri tagħhom ikun tar-razza Bísaro, imniżżel fil-Ktieb ta' l-Adulti tar-Reġistru Żootekniku, imrobbija f'azjendi li jrabbu l-bhejjem li jkollhom żona kompatibbli mas-sistemi tal-produzzjoni tradizzjonali u semi-estensivi, fejn hija possibbli l-provvista ta' għalf tradizzjonali. Ta' min jiġi enfasizzat li l-ħnieżer jikkonsmaw kwantitajiet imdaqqsa ta' qastan, li lil-laħam jagħtuh il-karatteristiċi organolettiċi li jintgħarfu perfettament. Il-ħnieżer jinqatlu u jinqatgħu f'impjanti b'liċenzja li fiż-żewġ każijiet jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. L-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar jistgħu jsiru biss f'impjanti awtorizzati mill-grupp wara li l-organu ta' spezzjoni jkun ta l-approvazzjoni tiegħu. Il-marka taċ-ċertifikazzjoni fuq kull unità hija numerata biex b'hekk tkun possibbli t-traċċabilità totali sa l-azjenda agrikola minn fejn oriġina l-prodott. Il-prova ta' l-oriġini tista' ssir f'kull waqt tal-katina tal-produzzjoni permezz tan-numru tas-serje li għandu jitniżżel fuq il-marka taċ-ċertifikazzjoni.

    4.5   Metodu ta' produzzjoni: Il-laħam bl-għadam u l-kartilaġni jinqata' f'biċċiet żgħar u jitqiegħed f'reċipjent fejn jitħawwar u jitħallat bil-melħ, tewm, annatto, rand, ilma u nbid tar-reġjun (il-“korp” u l-aċidità tiegħu huma rilevanti għall-kwalità tat-taħlita [adoba] u tal-prodott finali). Din it-taħlita — magħrufa lokalment bħala “adoba” — titħalla toqgħod għal ġurnata waħda sa tlieta. Wara li lit-tħawwir isirlu l-aħħar tirqim, l-intestin il-kbir, l-istonku jew il-bużżieqa tal-ħanżir jimtela/timtela bit-taħlita, wieħed mit-truf ikun diġà ġie meħjut jew marbut bi spaga tal-qoton, u t-tarf l-ieħor jintrabat ladarba l-“laħam” ikun iddaħħal 'il ġewwa sew. Sussegwentement, iz-zalzett jiġi affumikat b'nar baxx ta' l-injam tal-ballut jew tal-qastan, tradizzjonalment għal talanqas 15-il ġurnata, u mbagħad jiġi perjodu ta' preżervazzjoni f'ambjent frisk. Il-Butelo de Vinhais jitqiegħed fis-suq sħiħ, dejjem ippakkjat minn qabel fil-post ta' l-oriġini. Minħabba n-natura u l-kompożizzjoni tiegħu, mhuwiex possibbli li l-prodott jinqata' f'biċċiet jew fi slices. Għall-ippakkjar, jintuża materjal speċjali, li meta jidħol f'kuntatt mal-prodott, ma jagħmillux ħsara u jkun inerti f'atmosfera normali, kontrollata jew fil-vakwu. L-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar jistgħu jsiru biss fiż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar, bil-għan li tiġi ggarantita t-traċċabilità u l-kontroll u tiġi evitata kull alterazzjoni fil-karatteristiċi tat-togħma u mikrobijoloġiku tal-prodott.

    4.6   Rabta: L-eżistenza ta' varji skulturi żoomorfiċi u r-referenzi dwar it-taxxa fuq dawn l-annimali u l-prodotti tagħhom f'varji reġistri muniċipali tar-reġjun jixhdu l-antikwità u l-importanza tat-trobbija tal-ħnieżer f'dan ir-reġjun. Ir-relazzjoni bejn dan il-prodott u ż-żona ġeografika tinbet mir-razza ta' l-annimali (awtoktoni), l-għalf tagħhom bi prodotti lokali, l-għarfien f'dak li huwa l-għażla tal-biċċiet, l-affumikatura b'duħħan ftit intens u gradwali bl-użu ta' injam tar-reġjun u l-proċess ta' preżervazzjoni li jitwettaq f'ambjenti kesħin u nixfin ħafna li hemm fir-reġjun.

    4.7   Organu ta' spezzjoni:

    Isem:

    Tradição e Qualidade — Associação Interprofissional para Produtos Agro-Alimentares de Trás-os-Montes

    Indirizz:

    Av. 25 de Abril, 273 S/L

    P-5370-202 Mirandela

    Tel.:

    (351) 278 261 410

    Feks:

    (351) 278 261 410

    Posta elettronika:

    tradição-qualidade@clix.pt

    Tradição e Qualidade ġiet rikonoxxuta bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.

    4.8   Tikkettar: It-tikkettar għandu obbligatorjament jinkludi l-kliem “Butelo de Vinhais — Indicação Geográfica Protegida” jew “Bucho de Vinhais — Indicação Geográfica Protegida” jew “Chouriço de ossos de Vinhais — Indicação Geográfica Protegida”, il-logo Komunitarju u l-logo tal-prodotti ta' Vinhais, kif riprodott hawn taħt. It-tikkettar fih ukoll il-marka taċ-ċertifikazzjoni, li għandha tindika obbligatorjament isem il-prodott u l-indikazzjoni tiegħu, l-isem ta' l-organu ta' spezzjoni u n-numru tas-serje (kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabilità tal-prodott).


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top