EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC1023(02)
Explanatory Notes to the Combined Nomenclature of the European Communities
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU C 248, 23.10.2007, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 248/5 |
Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej
(2007/C 248/05)
Konformi ma' Artiklu 9(1)(a), it-tieni indent, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat- 23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u fuq it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), in-Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej (2) huma emendati kif ġej:
F'paġna 296, daħħal it-test li ġej:
“7318 11 00 |
Coach screws Il-coach screws huma tip speċjali ta' vit bla slott għall-injam li għandhom ras eżagonali jew kwadra u jista' jkollhom kappa fissa. Hemm żewġ tipi ta' coach screws:
|
F'paġna 337, daħħal it-test li ġej:
“8525 80 30 |
Kameras diġitali Kameras diġitali ta' dan is-subtitlu huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw immaġni fissa, kemm jekk fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel. Ħafna mill-kameras ta' dan is-subtitlu għandhom ix-xeħta ta' kamera fotografika tradizzjonali u m'għandhomx viewfinder li jintewa. Dawn il-kameras jistgħu wkoll ikunu kapaċi jieħdu vidjow biex jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow. Kameras jibqgħu kklassifikati f'dan is-subtitlu għajr meta, meta tintuża l-kapaċita' ta' ħażna massima, huma kapaċi jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 x 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow. Imqabbla mal-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' subtitli 8525 80 91 u 8525 80 99, ħafna kameras diġitali (meta jintużaw bħala vidjowkameras) m'għandhomx il-funzjoni ta' żum ottiku waqt li jkunu qed jirrekordjaw il-vidjow. Il-kapaċità ta' ħażna ma taffettwax hekk kif xi kameras, wara ċertu perijodu ta' ħin, iwaqqfu l-irrekordjar tal-vidjow awtomatikament. |
8525 80 91 u 8525 80 99 |
Vidjowkameras li jirrekordjaw Il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow, kemm fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel. Ġeneralment, il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli għandhom id-disinn li jvarja mill-kameras diġitali ta' subtitlu 8525 80 30. Ġeneralment ikollhom viewfinder li jintewa u ta' spiss ikunu ppreżentati flimkien ma' apparat għall-kontroll mill-bogħod. Dejjem joffru l-funzjoni ta' żum ottiku matul l-irrekordjar tal-vidjow. Dawn il-vidjowkameras diġitali jistgħu wkoll jirrekordjaw immaġni fissa. Kameras diġitali huma esklużi minn dawn is-subtitli jekk mhumiex kapaċi, meta tintuża l-kapaċita' ta' ħażna massima, jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 x 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow.” |
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-ahhar mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).