EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0929(03)

Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

ĠU C 229, 29.9.2007, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 229/12


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri ta' kontrobilanċ

(2007/C 229/07)

1.

Kif previst fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 (1) dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tavża li sakemm issir reviżjoni skond il-proċedura segwenti, il-miżuri ta' kontrobilanċ imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Il-Proċedura

Produtturi Komunitarji jistgħu jagħmlu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba jrid ikollha biżżejjed evidenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri probbabilment tirriżulta f' kontinwazzjoni jew repetizzjoni ta' sussidjar u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta u l-produtturi Komunitarji mbagħad jiġu pprovduti bl-opportunità li jsaħħu, jirribattu jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet li jinsabu fit-talba.

3.   Limitu ta' żmien:

Produtturi Komunitarji jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni fuq il-bażi msemmija hawn fuq, li trid jasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Taqsima H-1), J-79 5/16, B-1049 Brussel (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż preżenti iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

4.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skond l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997.

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Compact disks li jista' jsir rekording fuqhom (CD-Rs)

L-Indja

Dazju ta' kontrobilanċ

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 (ĠU L 138, 5.6.2003,  p. 1)

5.6.2008


(1)  ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1) Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

(2)  Telefax : (32-2) 295 65 05.


Top