Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0905(04)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 206, 5.9.2007, p. 29–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 206/29


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1) dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel

    (2007/C 206/13)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006. Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

    “KARLOVARSKÉ TROJHRÁNKY”

    Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0397/19.10.2004

    DPO ( ) IĠP ( X )

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem:

    Úřad průmyslového vlastnictví

    Indirizz:

    Antonína Čermáka 2a, CZ-160 68 Praha 6

    Tel.:

    (420) 220 383 111

    Feks

    (420) 224 324 718

    Posta elettronika:

    posta@upv.cz

    2.   Grupp:

    Isem:

    Sdružení výrobců Karlovarských trojhránků

    Indirizz:

    Slepá 517/1, CZ-360 05 Karlovy Vary

    Tel.:

    (420) 353 563 006

    Feks

    (420) 353 563 006

    Posta elettronika:

    obchod@karlovarskapekarna.cz

    Kompożizzjoni:

    produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 2.4: Gallettini — Wejfers

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem: “Karlovarské trojhránky”

    4.2.   Deskrizzjoni: Il-“Karlovarské trojhránky” jiġu prodotti skond riċetta tradizzjonali. Huma qatgħat trijangolari magħmulin minn “Karlovarské oplatky”, jiġifieri wefjers ta' Karlovy Vary, li huma ċatti u f'għamla ta' ċirku, u mwaħħlin permezz ta' mili varju (ara l-paragrafu li jmiss). Tmien fetet ta' “Karlovarské oplatky” jitqiegħdu waħda fuq l-oħra b'mili tal-kawkaw jew taċ-ċikkulata, u mbagħad jinqasmu fil-forma aħħarija tagħhom permezz ta' magna tal-qtugħ (fi 8 biċċiet). It-trijangoli b'hekk miksuba jiġu ppakkjati jew individwalment jew f'pakketti ta' bosta unitajiet.

    Il-“Karlovarské oplatky”, il-bażi għall-produzzjoni tal-“Karlovarské trojhránky”, huma diski ċirkulari b'djametru ta' madwar 19 ċm. Huma magħmulin minn żewġ folji rqaq tal-wejfer, b'riljiev karatteristiku ta' fergħa mwerrqa fi strixxa wiesgħa 30 mm madwar ix-xifer ta' barra, u taħtha l-kitba “Karlovarské oplatky” f'għamla ta' ċirku wiesa' talanqas 20 mm. F'nofs il-wejfer jidher simbolu tal-belt termali ta' Karlovy Vary, li jista' jkun jew funtana ta' l-ilma minerali jew inkella kamoxx. L-ilma ta' Karlovy Vary għandu sehem sinifikanti fid-determinazzjoni tat-togħma ta' l-“oplatky” kif ukoll fit-tixrib tal-folji tal-wejfer. Il-folji jitwaħħlu f'wejfer wieħed fil-forn permezz ta' mili magħmul minn taħlita ta' zokkor u ġellewż, jew inkella, skond il-varjetà, taħlita ta' togħma differenti, ġeneralment lewż, kawkaw, vanilla jew kannella. Il-wejfers huma ħfief, irqaq u jqarmċu, u għandhom togħma u riħa karatteristiċi.

    L-ingredjenti bażiċi għall-produzzjoni tal-“Karlovarské oplatky” u l-“Karlovarské trojhránky” huma dawn li ġejjin: dqiq tal-qamħ, ilma minerali ta' Karlovy Vary, xaħam veġetali, zokkor, ħalib, taħlit tal-bajd, lamtu, trab tal-ħami, butir u, skond il-mili, ġellewż, lewż, trab tal-kawkaw, vanilla jew kannella.

    L-ilma minerali ta' Karlovy Vary, li jintuża fil-produzzjoni tal-“Karlovarské oplatky” u l-“Karlovarské trojhránky”, għandu proprjetajiet speċifiċi li huma karatteristiċi taż-żona ġeografika. Huma dawn il-proprjetajiet li jagħtu lill-wejfer il-karatteristiċi partikolari tiegħu, speċjalment il-konsistenza tqarmeċ, it-togħma u r-riħa. L-ilma minerali ta' Karlovy Vary huwa ilma naturali mogħni b'bikarbonati, sulfati u kloruri, li jiskula sa wiċċ l-art minn xaqq tewtoniku li jibda f'fond ta' 800 m, b'temperatura ta' 73 °C. L-ilma fih litju, sodju, potassju, rubidju, ċeżju, ram, berilju, manjeżju, kalċju, stronzju, żingu, kadmju, aluminju, landa, ċomb, arseniku, antimonju, selenju, manganiż, ħadid, kobaltu, nikil, fluworidi, kloruri, bromidi, sulfati, bikarbonati, karbonati u aċidu siliċiku. Dan l-ilma ilu jintuża tul is-sekli f'Karlovy Vary, l-ikbar spa tar-Repubblika Ċeka, għat-trattament ta' ulċeri kroniċi ta' l-istonku, tad-diskineżi tal-kanali biljari, inklużi l-postcholecystectomy syndrome, mard kroniku tal-frixa (pankreas) u tal-fwied, il-ħaġra fil-bużżieqa ta' l-awrina u l-gotta.

    4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona koperta mill-belt termali ta' Karlovy Vary.

    4.4.   Prova ta' l-oriġini: Il-produzzjoni ssir konformi mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-produzzjoni ta' l-ikel, u s-sistema HACCP tintuża tul il-proċess tal-produzzjoni. Il-produtturi jżommu reġistri tal-fornituri ta' materji primi, inkluż l-ilma minerali ta' Karlovy Vary, kif ukoll tax-xerrejja tal-prodotti aħħarija. Fuq kull prodott jidhru isem u l-indirizz tal-prodottur. Il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi kkontrollata mill-uffiċċju lokali ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat, is-Státní zemědělská a potravinářská inspekce (l-Awtorità Ċeka għall-Agrikoltura u l-Ispezzjoni ta' l-Ikel.).

    4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-“Karlovarské oplatky”, li minnhom jiġu prodotti l-“Karlovarské trojhránky”, huma magħmulin minn żewġ folji tal-wejfer irqaq u f'għamla ta' ċirku, b'djametru ta' madwar 19 ċm, u b'riljiev karatteristiku (ara 4.2.). L-għaġina ssir billi jitħalltu l-ingredjenti msemmija aktar 'il fuq (ara 4.2.) ma' ilma minerali frisk ta' Karlovy Vary. Wara l-ħami, il-wejfers jixxarrbu b'ilma minerali ta' Karlovy Vary, imbagħad jitqiegħdu fil-forn, imwaħħlin tnejn tnejn permezz ta' mili magħmul minn taħlita ta' zokkor u ġellewż, jew inkella minn taħlita oħra, skond il-varjetà (ara 4.2.). Fi tmiem il-proċess ta' produzzjoni, il-wejfers jitgħaqqdu fi tmien safef b'mili tal-kawkaw jew taċ-ċikkulata. Dan il-mili huwa magħmul mill-ingredjenti li ġejjin: frak taċ-ċikkulata, xaħam veġetali mwebbes, ħalib niexef, kawkaw, zokkor, trab tas-sojja u “Karlovarské oplatky” imfarrkin. Il-“Karlovarské oplatky” imfarrkin jikkostitwixxu 7 % tal-kontenut totali tal-mili. Il-mili jsir b'mod li l-ingredjenti jitħalltu progressivament sakemm jieħdu l-forma ta' krema, li mbagħad tindilek man-naħa ta' fuq tal-“Karlovarské oplatky”. Imbagħad, tmien “oplatky” jitqiegħdu waħda fuq l-oħra u jiġu ppressati, ix-xifer tagħhom jintraqam, u fl-aħħar jinqasmu fi tmien biċċiet ta' “Karlovarské trojhránky”. Dawn imbagħad jiġu ppakkjati jew individwalment jew inkella f'kaxxi ta' 150 g jew 200 g.

    Biex jiġu ppreservati l-kwalità u l-proprjetajiet speċifiċi tal-prodott, huwa ta' l-akbar importanza li, bħala minimu, il-wejfers jiġu prodotti, jitħallew joqogħdu u jiġu ppakkjati fiż-żona ġeografika definita.

    4.6.   Rabta: Il-karatteristiċi partikolari tal-“Karlovarské trojhránky” jitnisslu mill-użu ta' l-ilma minerali ta' Karlovy Vary, miksub minn nixxigħat fiż-żona ġeografika definita, u l-proprjetajiet speċifiċi tiegħu, kif ukoll mir-riċetta tradizzjonali (ara 4.2.).

    L-ewwel referenzi storiċi għall-produzzjoni tal-“Karlovarské oplatky”, li minnhom isiru l-“Karlovarské trojhránky”, fiż-żona ġeografika definita jmorru lura għas-seklu tmintax. Il-produzzjoni tal-“Karlovarské trojhránky” ilha parti minn din it-tradizzjoni għal aktar minn żewġ sekli. Illum il-ġurnata jintużaw fil-promozzjoni tal-belt ta' Karlovy Vary mill-awtoritajiet lokali u mill-organizzazzjoni nazzjonali “Czech Tourism” fi preżentazzjonijiet u kampanji ta' pubbliċità madwar id-dinja. Prova tal-kwalità u tal-popolarità tagħhom hija l-preżentazzjoni li saret fl-EU-Japan Food Festival ta' Edinburgh (l-Iskozja), organizzat fl-2005 mill-UE u l-Ġappun. Barra minn hekk, il-plejer tal-ħoki fuq is-silġ Jaromír Jágr, ta' fama internazzjonali, isemmi l-“Karlovarské trojhránky” bħala ħelu favorit tiegħu.

    Fil-11 ta' Frar 2000, id-denominazzjoni ta' l-oriġini “Karlovarské trojhránky” iddaħħlet fir-reġistru Ċek tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini bin-numru ta' reġistrazzjoni 171, u d-29 ta' Mejju 2001, iddaħħlet fir-reġistru internazzjonali skond il-Ftehim ta' Liżbona bin-numru 838.

    4.7.   Organu ta' spezzjoni:

    Isem:

    Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát Plzeň

    Indirizz:

    Jiráskovo náměstí 8, CZ-308 58 Plzeň 8

    Tel.:

    (420) 377 433 411

    Feks

    (420) 377 455 229

    Posta elettronika:

    plzen@szpi.gov.cz

    4.8.   Tikkettar: “KARLOVARSKÉ TROJHRÁNKY”

    Id-denominazzjoni tal-prodott għandu jidher biċ-ċar fuq in-naħa ta' quddiem tal-prodott u/jew ta' l-imballaġġ tiegħu.


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top