This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC0807(03)
Publication of an application pursuant to Article 6(2) of Council Regulation (EC) No 510/2006 on the protection of geographical indications and designations of origin for agricultural products and foodstuffs
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
ĠU C 184, 7.8.2007, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 184/19 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 184/11)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 510/2006 (1) . Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006
“CHODSKÉ PIVO”
EK č. CZ/PGI/005/00363/22.9.2004
DPO ( ) IĠP ( X )
Din is-sinteżi tistipula l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem: |
Úřad průmyslového vlastnictví |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(420) 220 38 31 11 |
||
Feks: |
(420) 221 32 47 18 |
||
Indirizz elettroniku: |
posta@upv.cz |
2. Grupp:
Isem |
Chodovar, spol. s r.o. |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(420) 374 79 41 81 |
||
Feks: |
(420) 374 79 41 83 |
||
Indirizz elettroniku: |
chodovar@chodovar.cz |
||
Magħmula minn: |
produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( ) |
Din l-applikazzjoni tidderoga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, għax fiż-żona hemm produttur wieħed biss. Il-ħtiġijiet stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (2) huma mwettqa.
3. Tip ta' prodott:
Klassi 2.1 — birer
4. Speċifikazzjoni
(sinteżi tal-ħtiġijiet skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1 Isem: “Chodské pivo”
4.2 Deskrizzjoni: Biex tiġi prodotta ċ-“Chodské pivo” jintużaw biss materji primi naturali: malt, ħops, ilma, ħmira.
Fiċ-“Chodské pivo” jintużaw biss l-varjetajiet ta' l-aroma tal-ħops Ċeki biss (Žatecký poloraný červeňák, Sládek) u l-varjetajiet tal-ħops li jagħtu togħma morra (např. Premiant).
Il-fermentazzjoni tradizzjonali fuq żewġ stadji wara t-tferrigħ tal-malt tagħti ċ-“Chodské pivo”, togħma rikka ta' malt, ħjiel ta' togħma morra, togħma qawwija u ragħwa.
4.3. Żona ġeografika: Ir-reġjun storiku ta' Chodsko jinsab fit-territorju ta' dak li llum huwa r-reġjun ta' Plzeň, jiġifieri ż-żona fit-tul kollu tal-fruntiera mal-Bavarja — minn Všerubský Pass sa Dyleň fil-muntanji u l-uplands tal-Foresta tal-Boemja. Il-fruntieri ġew definiti skond ir-reġistri ta' l-art tal-muniċipaltajiet fi ħdan iż-żona.
4.4 Prova ta' l-oriġini: Jitwettqu kontrolli sabiex tiġi garantita l-awtentiċità ta' l-oriġini u jiżguraw li l-birer kollha li jidhru fis-suq bin-nominazzjoni “Chodské pivo” ġew prodotti verament fiż-żona ġeografika deskritta. Barra dan, fuq kull prodott ikun hemm informazzjoni obbligatorja dwar il-produttur, li tinkludi l-indirizz.
Is-subuffiċċju tas-SZPI (L-Awtorità Ċeka dwar l-Agrikoltura u l-Ispezzjoni tal-Prodotti Alimentari) jimmonitorja kemm il-proċeduri u anke l-adegwatezza tal-metodi ta' kontroll individwali u l-verifiki dwar ir-riżultati ta' metodi individwali biex jiżgura li jintlaħqu l-ħtiġijiet.
Ix-xiri kollu ta' materji primi jsir biss fuq bażi ta' kuntratt, sabiex il-birrerija tkun taf l-oriġini ġeografika tal-materja prima, kif ukoll it-teknoloġija u l-proċessi li jintużaw biex jipproduċu l-materja prima. Jinżammu reġistri preċiżi tal-fornituri tal-materja prima u tax-xerrejja tal-prodotti finali. Jiġi rreġistrat ukoll l-użu ta' lottijiet individwali tal-materja prima għall-produzzjoni ta' lottijiet individwali ta' birra.
4.5. Metodu tal-produzzjoni:
Ilma:
L-uniċi sorsi ta' l-ilma li jintużaw għandhom konċentrazzjoni ta' minerali eċċezzjonalment baxxa — livell ta' kemm hu tqil l-ilma: madwar 1,6 ° — minħabba l-ġeoloġija taż-żona, u b'mod partikolari l-preżenza tal-granit massif. Dan l-ilma għandu influwenza distinta fuq it-togħma aħħarija tal-birra li tiġi prodotta. L-ilma b'konċentrazzjoni baxxa ta' minerali ma jipproduċix reazzjoni kimika mal-materja prima l-oħra u jinfluwenza b'mod pożittiv lit-togħma rikka tal-malt fil-birer prodotti.
Il-metodu tal-malting
Il-malt imkabbar lokalment jintuża biex jiġu prodotti l-birer ċari u skuri; jiġi mħejji bil-metodu tradizzjonali fejn ix-xgħir jiġi mferrex mnebbet fuq qiegħan apposta biex jixxotta u mbagħad jitnixxef ġewwa l-fran. Ix-xgħir għall-malting (Hordeum vulgare sub. Distichum) joriġina minn żona definita identika għaż-żona ta' produzzjoni ta' “Chodské pivo” u hija elenkata fir-Reġistru tal-Varjetajiet Awtorizzati.
It-tħejjija għat-tferrigħ tal-malt:
Jintuża proċess ta' maxx doppju: L-ewwel maxx jitqiegħed fir-ram u gradwalment jissaħħan għal 70-75 °C. Wara s-sakkarifikazzjoni, jissaħħan sa ma jibda jagħli u jitħalla jagħli għal 20 minuta.
Il-maxx imgħolli jiżdied mal-kumplament tal-maxx. It-temperatura imbagħad tinġieb għal 65 °C. Wara li t-temperatura tistabbilizza ruħha, it-tieni maxx jitqiegħed fir-ram. It-tieni maxx jissaħħan ukoll għal 70-75 °C u jitħalla jissakkarifika. Jitgħalla għal 20 minuta u jiġi trasferit f'bittija kbira għall-maxx. Jiġi mgħaffeġ f'75-78 °C.
Fermentazzjoni primarja u l-lagering:
Il-fermentazzjoni primarja ssir f'temperatura ta' 6-9 °C. It-temperatura tat-tferrigħ tal-malt li jkun qed jifferementa tiġi ċċekkjata darbtejn kuljum. Tintuża t-tisfija tal-fermentazzjoni kiesħa ta' ħmira tal-birrerija li tiffermenta fil-qiegħ (W 95 — it-tip ta' ħmira li tifferementa fil-qiegħ li tintuża normalment). L-estratt li jirriżulta jiġi monitorjat kuljum għal erbat ijiem qabel ma jitqiegħed f'bettija u, wara li jinkisbu l-valuri meħtieġa, il-birra ħadra titneħħilha l-ixkuma u titqiegħed f'bettija. Il-birra ħadra tissawwab għal ġewwa tankijiet tal-lagering, li fihom tlesti l-fermentazzjoni. Matul din it-tieni fermentazzjoni, il-pressjoni fit-tank tal-lagering tinżamm 0,70-0,90 KPa It-temperatura tkun ta' 2-6 °C.
Il-metodu ta' l-ibbottiljar u ppakkjar:
Il-birra tiġi bbottiljata mingħajr karbonazzjoni artifiċijali. Is-CO2 kollu fil-birra huwa prodott naturali tal-proċess ta' fermentazzjoni.
4.6 Rabta: It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-birra tmur lura għas-seklu 12. L-istorja u l-importanza tagħha huma kkonfermati fid-dokument 1341 ta' Ġwanni tal-Lussemburgu, ir-Re tal-Boemja, dwar il-produzzjoni tal-birra fir-reġjun ta' Chodsko u mill-fatt li ċ-“Chodské pivo” kienet tiġi fornuta fi Praga u fil-Bavarja biex tiġi kkonsmata mill-qorti rjali. Dan ir-reġjun fuq il-fruntiera mal-Bavarja huwa storikament rikonoxxut għall-produzzjoni tal-birra; fl-1945 kien għad hemm aktar minn 60 birreriji li jaħdmu.
Iċ-“Chodské pivo” jintgħaraf mill-kulur dehbi distint tal-birer ċari, togħma rikka ta' malt, ħjiel ta' togħma morra u togħma qawwija. Dawn il-proprjetajiet huma kkonferiti minn proċess tal-produzzjoni tal-birra tradizzjonali li jinvolvi fermentazzjoni fuq żewġ stadji wara t-tferrigħ tal-malt, maturazzjoni twila, l-għażla tal-prodotti li jintużaw, l-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-lokalità (ilma eċċezzjonalment ħafif) u l-kundizzjonament fil-flixken u l-bittiji mingħajr karbonazzjoni artifiċjali.
Iż-żona magħżula u l-ambjent speċifiku tagħha huma distinti partikolarment mis-sorsi ta' l-ilma b'konċentrazzjoni baxxa ħafna ta' minerali u mill-xgħir tal-malt li jitkabbar u jintuża biex isir il-malt lokalment skond il-proċeduri deskritti hawn fuq. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, fermentazzjoni u lagering isir fiż-żona magħżula.
Fl-aħħar ftit snin, iċ-“Chodské pivo” ssemma fil-ġurnali reġjonali u subreġjonali fuq medja ta' madwar darba kull xahrejn u, matul dan il-perjodu, il-birrerija rċeviet ħafna premjijiet nazzjonali u internazzjonali għall-prodotti tagħha.
4.7 Korp ta' Spezzjoni:
Isem: |
Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Plzni |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(420) 377 43 34 11 |
||
Feks: |
(420) 377 45 52 29 |
||
Indirizz elettroniku: |
plzen@szpi.gov.cz |
4.8 Tikkettjar: —
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 396, 23.12.2006, p. 1.
(3) Il-“kontenut” jirreferi għall-frazzjoni tal-massa.