Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0807(02)

    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    ĠU C 184, 7.8.2007, p. 15–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 184/15


    Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

    (2007/C 184/10)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (1). L-istqarrijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

    SINTEŻI

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 510/2006

    “ČESKÝ KMÍN”

    KE Nru.: CZ/PDO/005/0382/20.10.2004

    DPO ( X )IĠP ( )

    Din is-sinteżi tistipula l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal għanijiet informattivi biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem:

    Úřad průmyslového vlastnictví

    Indirizz:

    Antonína Čermáka 2a

    CZ-160 68 Praha 6 – Bubeneč

    Tel:

    (420) 220 38 31 11

    Feks:

    (420) 224 32 47 18

    Indirizz elettroniku:

    posta@upv.cz

    2.   Grupp:

    Isem:

    ČESKÝ KMÍN – sdružení

    Indirizz:

    Keřkov 86

    CZ-582 22 Přibyslav

    Tel:

    (420) 569 48 21 71

    Feks:

    (420) 569 48 21 71

    Indirizz elettroniku:

    ceskykmin@quick.cz

    Magħmula minn:

    Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( X )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.8 Ħwawar, ħlewwa — żrieragħ, Carum carvi L. — fructus, varjetà bijennali.

    4.   Speċifikazzjoni

    (sinteżi tal-ħtiġijiet skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    Isem   4.1: “Český kmín”

    4.2   Deskrizzjoni: Dehra: l-akenju huwa matur, żviluppat, tawwali, bid-daqqiet fil-wiċċ, mgħawweġ moderatament, b'saħħtu, mhux milqut minn mard, ma juri l-ebda sinjal ta' tħassir, anke f'każ li l-pediċin ma jkunx separat mill-akenju.

    Kulur: kannella jgħajjat jew skur.

    Togħma: mħawra.

    Riħa: tipika, l-ebda irwejjaħ strambi.

    Umdità: massima 13 %.

    Żjut aromatiċi: minimu 2,8 %.

    Irmied totali: massimu 8 %.

    Taħlit indiġenu: massimu 2,5 %.

    Taħlit barrani tal-ħaxix mhux detrimentali: massimu 2 %

    Impuritajiet minerali Massimu 1,5 %; “ramel” massimu eventwali 1 %.

    4.3   Żona ġeografika: Ir-Repubblika Ċeka, fuq ħamrija loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Skond il-klassifikazzjoni tal-ħamrija, tinkludi ħamrija kannella ewtrofika, ħamrija kannella bil-ħamrija kruda, ħamrija kannella bil-podzols depożitati tal-qigħan (ledge deposits) u ħamrija kannella aċida tqila.

    4.4   Prova ta' l-oriġini: Il-produtturi kollha jżommu reġistri dwar l-art ġestita. Iż-żamma tar-reġistrazzjoni dwar il-ħlewwa normalment tibda biż-żamma ta' reġistrazzjoni tax-xiri reġistrat ta' diversi żrieragħ ċertifikati. Barra dan huma jżommu reġistrazzjoni ta' miżuri agrikoli li jkunu ttieħdu (it-tħejjija tal-ħamrija, iż-żrigħ, il-fertilizzazzjoni, il-ħaxix ħażin, il-mard u l-kontroll ta' insetti u annimali li jagħmlu l-ħsara, l-applikazzjoni ta' tħejjijiet kontra l-istress). Permezz taż-żamma tar-reġistri huma jqisu t-tibdil fin-newba fil-qafas tax-xejriet tal-produzzjoni ta' l-għelejjel. Fil-ħsad ta' prodott naturali jżommu reġistrazzjoni dwar il-kwantità tal-produzzjoni li tkun ġiet maħsuda, l-umdità u l-kontenut tat-taħlit qabel ma jitnixxef ta' l-aħħar u wkoll qabel ma jitnaddaf fil-livell mixtieq qabel it-tindif proprju, li jsir jew fil-post tiegħu stess jew fl-impjanti ta' servizz. Ir-reġistrazzjoni kemm tal-kwantità kif ukoll tal-kwalità ssir dejjem. L-ispezzjonijiet isiru minn persunal tas-servizz agronomiku fuq il-postijiet ta' tindif.

    Il-kontijiet ta' l-ispezzjonijiet jinżammu fil-Kotba tat-Tindif. Il-klijenti finali, il-kumpaniji ta' l-ipproċessar u tal-kummerċ iżommu ir-reġistri sħaħ max-xiri tal-produzzjoni, li jrid ikollhom il-karatteristiċi fiżiċi u l-kimiċi mixtieqa (ara 4.2), mikrobijoloġiċi normali, u ma jistax ikun fihom sustanzi li jikkontaminaw li ma jkunux mixtieqa. Tali karatteristiċi jiġu vverifikati aktar minnn darba mill-proċessuri fil-laboratorji tagħhom, jew fiċ-ċentri akkreditati tal-laboratorji. Sakemm il-produzzjoni ma tilqax il-ħtiġijiet, ma tinxtarax u ma tistax titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni. Dan ifisser li kwalunkwe ħlewwa li ma tilqax il-kundizzjonijiet ta' speċifikazzjoni mhux se tidħol fis-suq taħt il-prefiss “Ċek”. Kull waħda mill-fażijiet tiġi ffajljata wkoll bl-istess mod eżatt. Kull pakkett ta' prodott jiġi elenkat f'dokument bid-dejta obbligatorja dwar il-produttur, li tinkludi l-indirizz. L-ispezzjoni dwar il-konformità ma' l-Ispeċifikazzjoni, titwettaq mill-ispettorati kompetenti lokali ta' awtorità kompetenti ta' Státní zemědělské a potravinářské inspekce/l-Awtorità Ċeka dwar l-Agrikoltura u l-Ispezzjoni tal-Prodotti Alimentari.

    4.5   Metodu tal-produzzjoni: Hemm diversi kundizzjonijiet neċessarji għat-tkabbir speċifiku tal-ħlewwa, li jiġu rispettati mill-produtturi tal-ħlewwa, u b'hekk jintlaħqu riżultati tajbin ħafna. Esperjenza tradizzjonali twila fil-produzzjoni hija essenzjali. Ħtiġijiet bażiċi għal produzzjoni “Český kmín” li jkollha suċċess huma t-tip ġust tal-ħamrija (loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Skond il-klassifikazzjoni tal-ħamrija, tinkludi ħamrija kannella ewtrofika, ħamrija kannella bil-ħamrija kruda, ħamrija kannella bil-podzols depożitati tal-qigħan (ledge deposits) u ħamrija kannella aċida tqila), il-kundizzjonijiet tal-klima (ara 4.6) u l-kundizzjonijiet addizzjonali kif ġejjin:

    Ir-rispett rigoruż ta' dawn il-kundizzjonijiet essenzjali huwa r-rekwiżit fondamentali biex jinkiseb “Český kmín” ta' l-aqwa kwalità.

    4.6   Rabta: Il-ħlewwa ilha titkabbar mill-ewwel nofs tas-Seklu 19 fil-kundizzjonijiet ta' l-għelieqi tal-pajjiżi Ċeki. Kienet titkabbar taħt l-identifikazzjoni ta' diversi produtturi, bħal Havelkův, Hokešův u diversi produtturi oħra prinċipali. It-titjib xjentifiku ilu tradizzjoni mill-1910, u għalhekk, il-varjetà ta' “Moravský”, liċenzjata fl-1941, u l-varjetà “Český”, liċenzjata fl-1952, ġew żviluppati minn varjetajiet reġjonali, iżda b'żerriegħa ta' daqs żgħir. Il-liċenzjar tal-varjetà Ekonom fl-1964, li għandha żerriegħa akbar, kellha aktar suċċess. Dawn il-varjetajiet kolha kienu jwaqqgħu l-weraq u ma kienux jixirqu għall-ħsad bil-magni, u għalhekk ġew imwarrba ftit ftit mill-produzzjoni. Bidla essenzjali saret permezz tal-liċenzjar tal-varjetà Rekord fl-1978, li tat produzzjoni għolja b'kontenut aromatiku għoli, u li ma titlifx żerriegħa matul il-ħsad. Il-varjetà ġiet issupplimentata permezz tal-liċenzjar ta' varjetajiet oħra: Prochan fl-1990 u Kepron fl-1994. Dawn it-tliet varjetajiet jikkostitwixxu linja unika b'saħħitha, ta' kwalità għolja u li għandha kontenut għoli ta' essenza. It-titjib intensiv tal-prodott qanqal involviment intensiv tax-xjenza u r-riċerka f'dan il-qasam ukoll. Għalhekk, il-persunal ta' l-istituti tar-riċerka u l-universitajiet agrikoli ġew involuti f'din il-kwistjoni wkoll.

    Ir-Repubblika Ċeka għandha kundizzjonijiet speċifiċi biex tkabbar il-ħlewwa minħabba l-kundizzjonijiet naturali u tal-ħamrija fi ħdan il-kuntest tat-tkabbir tradizzjonali fil-kundizzjonijiet ta' l-għelieqi, li għandu 150 sena. Il-ħlewwa titkabbar fuq ħamrija loamy u mrammla-taflija, il-kontenut tat-tafla: 10 sa 30 %, b'livell li jvarja fit-taħlita taċ-ċagħaq. Tali ħamrija għandha l-proporzjon ta' l-ilma kapillari u dak gravitazzjonali favorevoli għat-tkabbir tal-ħlewwa, li tirrikjedi biżżejjed xita matul l-perjodu ta' l-iżvilupp intensiv ta' l-għeruq u r-rożetta tal-weraq, fl-ewwel sena, eventwalment fil-perjodu li jwassal għall-fjuri fit-tieni sena. Il-kundizzjonijiet tal-klima fil-kundizzjonijiet muntanjużi, li jiffurmaw tranżizzjoni mill-kosta tal-baħar għal klima kontinentali, huma konformi bis-sħiħ mat-tkabbir ta' kwalità għolja tal-ħlewwa. Dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi tar-Repubblika Ċeka, b'mod partikolari t-temperaturi u x-xita matul is-sena, huma differenti mill-kundizzjonijiet f'pajjiżi oħra. Imqabbla mal-klima kontinentali, il-kundizzjonijiet għat-tkabbir tal-ħlewwa fir-Repubblika Ċeka huma favorevoli aktar għax ir-ritmu tat-tkabbir tal-prodott huwa aktar kajman minħabba t-temperaturi aktar baxxi u n-nixfiet fuq perjodu qasir (ftit nixfa) huma ukoll anqas probabbli. Id-differenza prinċipali bejn ir-Repubblika Ċeka u l-klima ta' ħdejn il-baħar tinsab fin-natura ta' l-istaġun tax-xitwa (il-livell tar-riserva tax-xita huwa ogħla fir-rebbiegħa), u barra dan, fil-fatt li n-nixfiet fuq perjodu qasir huma aktar probabbli minħabba l-ammont aktar baxx ta' xita fix-xhur tas-sajf. Il-ġbir flimkien ta' tali kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima kif ukoll it-tradizzjoni twila, l-esperjenza u l-metodologija sofistikata biex titkabbar il-ħlewwa fir-Repubblika Ċeka għandu impatt fuq il-proprjetajiet speċifiċi tat-tkabbir taċ-'Český kmín', speċjalment il-produzzjoni għolja ta' żerriegħa tal-ħlewwa b'kontenut għoli taż-żejt aromatiku fuq livell ta' 3-5 %. Iż-żerriegħa tiġi maħsuda meta tkun aktar matura. Madankollu, il-kontenut fil-komponenti ta' l-aroma ta' l-essenza tal-ħlewwa huwa speċifiku ħafna. Il-komponent prinċipali ta' l-aroma fil-ħlewwa li titkabbar f'żoni speċifiċi huwa l-carvone. Imqabbel ma' l-oħrajn, fejn id-D-limonen tipprevali fl-aroma, il-konċentrazzjoni tal-carbone hija ogħla minn 50 %, normalment 60 %. Il-konċentrazzjoni tal-carvone hija dik li tgħolli l-kwalità taż-żejt aromatiku tal-ħlewwa. Il-carvone għandu effetti ta' fejqan, antisettiċi u dewmien, li jintużaw f'għadd ta' industriji. Il-Codex Ċeka fiha l-Carvi etheroleum, artikolu nazzjonali li jamministra l-kwalità ta' l-essenza tal-ħlewwa prodotta permezz tad-distillazzjoni bil-fwar, fejn il-konċentrazzjoni tal-carvone mixtieqa tkun talanqas 50 %. Biex jintlaħaq tali valur, tkun meħtieġa materja prima (iż-żerriegħa tal-ħlewwa) b'konċentrazzjoni akbar ta' carvone. Tali valur fiċ-'Český kmín' huwa madwar 20 % ogħla.

    Huwa għalhekk li l-ħlewwa li toriġina minn dawk iż-żoni — “Český kmín” hija apprezzata u mfittxa ħafna. Il-biċċa l-kbira mill-produzzjoni tal-ħlewwa tiġi esportata kemm għal żoni kontinentali u anke għal żoni viċin il-baħar.

    Fir-Repubblika Ċeka, ingħata Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni bin-numru 193, lid-Denominazzjoni ta' l-Oriġini taċ-ČESKÝ KMÍN.

    4.7   Korp ta' Spezzjoni:

    Isem:

    Státní zemědělská a potravinářská inspekce

    Indirizz:

    Květná 15

    CZ-603 00 Brno

    Tel:

    (420) 543 54 01 11

    Feks:

    (420) 543 54 02 02

    Indirizz elettroniku:

    sekret.k.@szpi.gov.cz

    4.8   Tikkettjar: —


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


    Top