Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0724(03)

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 171, 24.7.2007, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 171/11


    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 92/75/KEE tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni permezz ta' ittikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar

    (Test b' rilevanza għaż-ŻEE)

    (Pubblikazzjoni ta' titli u referenzi ta' standards armonizzati taħt id-direttiva)

    (2007/C 171/09)

    ESO (1)

    Referenza u titlu ta' l-istandard armonizzat

    (u d-dokument ta' referenza)

    Referenza ta' l-istandard li ġie sostitwit

    Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta' l-istandard li ġie sostitwit

    Nota 1

    CEN

    EN 153:2006

    Metodi kif jitkejjel il-konsum ta' enerġija ta' friġis domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, cabinets għall-ħżin ta' ikel iffriżat, friżi ta' l-ikel u l-kombinazzjonijiet tagħhom, flimkien ma' karatteristiċi assoċjati magħhom

    EN 153:1995

    30.6.2008

    CEN

    EN 14511-1:2004

    Kondizzjonaturi ta' l-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji — Parti 1: Termini u definizzjonijiet

     

    CEN

    EN 14511-2:2004

    Kondizzjonaturi ta' l-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji — Parti 2: Kondizzjonijiet ta' ttestjar

     

    CEN

    EN 14511-3:2004

    Kondizzjonaturi ta' l-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji — Parti 3: Metodi ta' ttestjar

     

    EN 14511-3:2004/AC:2004

     

     

    CEN

    EN 14511-4:2004

    Kondizzjonaturi ta' l-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji — Parti 4: Rekwiżiti

     

    Nota 1

    Ġeneralment id-data ta' waqfa tal-preżunzjoni ta' konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f' ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista' jkun mod ieħor.

    Nota 3

    F' każ ta' emendi, l-istandard ta' referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit (kolonna 3) jikkonsisti f' EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta' konformità mal-ħtiġijiet essenzjali tad-direttiva.

    Nota:

    Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta' l-istandards tista' tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizzar li l-lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emendata mid-Direttiva 98/48/KE (3).

    Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi kollha tal-Komunità.

    Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

    Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati tinstab fl-Internet f'

    http://ec.europa.eu/enterprise/newapproach/standardization/harmstds/


    (1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-Istandardizzar:

    CEN: rue de Stassart 36, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 550 08 11; fax (32-2) 550 08 19 (http://www.cen.eu)

    CENELEC: rue de Stassart 35, B-1050 Brussels, Tel.(32-2) 519 68 71; fax (32-2) 519 69 19 (http://www.cenelec.org)

    ETSI: 650, route des Lucioles, F-06921 Sophia Antipolis, Tel.(33) 492 94 42 00; fax (33) 493 65 47 16 (http://www.etsi.org)

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

    (3)  ĠU L 217, 5.8.1998, p. 18.


    Top