EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC0619(06)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel

ĠU C 135, 19.6.2007, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 135/29


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u ta' l-ikel

(2007/C 135/12)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li titressaq oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“TOMATEN VON DER INSEL REICHENAU”

Nru tal-KE DE/PGI/005/0319/27.10.2003

DOP ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jesponi l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għal finijiet ta' tagħrif.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Bundesministerium der Justiz

Indirizz:

D-11015 Berlin

Tel:

(49-30) 20 25 70

Feks:

(49-30) 20 25 95 25

Posta elettronika:

poststelle@bmj.bund.de

2.   Grupp

Isem:

Reichenau-Gemüse eG

Indirizz:

Marktstraße 1

D-78479 Insel Reichenau

Tel:

(49-7534) 920 00

Feks:

(49-7534) 92 00 20

Posta elettronika:

info@reichenaugemuese.de

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessaturi ( X ) Oħra ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

4.   Speċifikazzjoni

(Sommarju tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   Isem: “Tomaten von der Insel Reichenau”

4.2   Deskrizzjoni: Tomaten von der Insel Reichenau huwa tadam mill-gżira Reichenau fil-Lag Konstanz. Tadam — Lycopersicon lycopersicum huwa tadam tond, b'laħmu ma jċedix, aħmar medju u għandu togħma tipika għall-varjetà.

4.3   Iż-żona ġeografika: Il-gżira Reichenau fil-Lag Konstanz, il-Ġermanja.

4.4   Il-prova ta' l-oriġini: Il-pakketti kollha għandhom tikketti bin-numri tal-lott bħala parti miċ-ċertifikazzjoni ta' l-IMS għar-Reichenau Gemüse e.G. Dan in-numru tal-lott jidentifika l-istabbiliment tal-produzzjoni. L-istabbilimenti kollha jinsabu fil-gżira Reichenau, u jaħdmu l-art fuq il-gżira biss. Il-ġestjoni ta' l-artijiet hija dokumentata permezz tal-mappa idrografika. Din is-sistema tat-traċċar torbot il-prodott maż-żona ġeografika bla ebda ambigwità.

4.5   Il-metodu ta' produzzjoni: Tomaten von der Insel Reichenau huwa prodott skond ir-Richtlinien für den integrierten und kontrollierten Anbau von Gemüse in Baden-Württemberg zur Verwendung des Qualitätszeichens Baden-Württemberg “Gesicherte Qualität mit Herkunftsangabe” (Linji ta' Gwida dwar il-koltivazzjoni integrata u kkontrollata tal-ħaxix f'Baden-Württemberg għall-finijiet ta' l-użu tat-tikketta ta' l-oriġini u kwalità ta' Baden-Württemberg), u biss fuq sottostrat organiku. Il-ħaxix ħażin jitneħħa billi jitnaqqa, bil-fwar jew bin-nar, jiġifieri huwa kkontrollat mekkanikament. Il-ħamrija tiġi analizzata kull sena biex isir l-aħjar użu possibbli tal-fertilizzant. Fil-gżira Reichenau, it-tadam ikkoltivat taħt l-għata jinħasad minn Mejju sa Ottubru. It-tadam ikkoltivat fl-apert jinħasad mill-aħħar jiem ta' Lulju sa Settembru. It-tadam jinħasad bl-id, filgħodu. It-tadam imkabbar taħt l-għata jinħasad l-aktar biz-zokk l-aħdar. Jintagħżel u jiġi ppakkjat bl-id, minħabba li l-għażla mekkanika tagħmel il-ħsara lit-tadam li jkun għadu mwaħħal maz-zokk. Kwantità żgħira biss tiġi kkultivata bħala tadam li jitħalla jsir fuq ix-xitla. Bħala regola ġenerali, it-tadam li jitkabbar fl-apert jingħażel u jiġi ppakkjat mekkanikament. It-tadam jingħażel f'dawn il-kategoriji: 40-47 mm, 47-57 mm, 57-67 mm, 67-82 mm, 82-105 mm u tadam li tħalla jsir fuq ix-xitla.

4.6   Ir-rabta:

Ir-rabta naturali: Il-gżira Reichenau hija ideali għall-koltivazzjoni tal-ħxejjex. Minħabba l-lok tagħha fil-lag Konstanz, il-kundizzjonijiet speċjali ġeografiċi u klimatiċi (l-indewwa, it-temperatura u d-dawl) tal-gżira jagħmluha distinta minn reġjuni oħra tal-koltivazzjoni tal-ħxejjex, u b'hekk tissodisfa tajjeb ħafna l-kunidizzjonijiet naturali għat-tkabbir tat-tadam, li jeħtieġ temperaturi relattivament sħan. Il-lag Konstanz iservi wkoll bħala tip ta' ħażna ta' l-enerġija termika. L-indewwa, is-sħana u r-rifless tad-dawl ilkoll għandhom impatt pożittiv fuq il-klima, u jipproduċu kundizzjonjiet favorevoli għat-tkabbir.

Minħabba li huwa frotta ta' l-Amerika t'Isfel, biex jikber tajjeb it-tadam jeħtieġlu temperaturi għoljin u provvista regolari ta' l-ilma, iżda mhux ħamrija mgħarrqa. Huwa għalhekk li l-ħamrija moraine tal-gżira Reichenau, li f'xi postijiet xejn ma hija fina, hija adatta ferm għat-tkabbir tat-tadam, għax filwaqt li t-tisqija tista' ssir regolarment, it-tipi ta' ħamrija prevalenti fil-gżira jżommu biss kwantitajiet limitati ħafna ta' l-ilma, li jfisser li ftit li xejn hemm riskju li l-ħamrija tinfaqa'. Dawn il-kundizzjonijiet naturali, bħalma huma t-tip ta' ħamrija u l-ammont ta' dawl u sħana, flimkien mal-fatt li s-sistema tat-tisqija tal-kooperattiva stess (aktar minn 60 000 m ta' pajpijiet fil-gżira) twassal provvista ideali ta' ilma mil-lag Konstanz wara l-istadju veġetattiv, lill-gżira Reichenau tagħmilha ideali għat-tkabbir tat-tadam. Il-kundizzjonijiet tal-koltivazzjoni jkomplu jtejbuhom provvista mmirata ta' nutrijenti u, meta t-tkabbir isir taħt l-ħata, klima kkontrollata. Il-koltivaturi jisfruttaw dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi pożittivi permezz ta' l-għarfien speċjalizzat tagħhom dwar it-tkabbir tat-tadam taħt l-għata u fl-apert.

Il-fama: L-influwenzi naturali u umani ta' hawn fuq tant għandhom impatt pożittiv fuq il-kwalità tat-Tomaten von der Insel Reichenau li dan il-prodott huwa magħruf anke lil hinn mir-reġjun. Stħarriġ li sar fl-2000 fost il-kummerċjanti u l-konsumaturi juri li dawn ta' l-aħħar jassoċjaw il-gżira Reichenau ma' l-ortikoltura (il-gżira tiessejjaħ ukoll il-“Gemüseinsel” — il-gżira tal-ħxejjex), u għandhom opinjonijiet partikolarment pożittivi dwar il-freskezza, id-dehra u l-oriġini tal-prodotti. Tomaten von der Insel Reichenau huwa prodott ta' l-ortikoltura tradizzjonali li l-istorja tiegħu twassal lura sal-kultura monastika fuq il-gżira Reichenau. L-Abbati Walafrid Strabo nieda t-tradizzjoni ta' l-ortikoltura tal-gżira Reichenau fis-sena 840, bid-deskrizzjoni tal-ġnejna tiegħu “De cultura hortorum”, magħrufa bħala l-“Hortulus”. Il-koltivazzjoni tat-tadam fuq il-gżira Reichenau l-ewwel li hija ddokumentata huwa fl-1900, u sa l-1932 kienet ġa nfirxet għal 500 ettaru (ara H. Glönkler, “Vom Weinbau zum Gemüsebau” (mid-dwieli sal-ħxejjex), 1991, pp. 61 u 70). Illum it-tadam huwa kkoltivat taħt l-għata fuq madwar 5 ettari.

4.7   Il-korp ta' l-ispezzjoni:

Isem:

Regierungspräsidium Karlsruhe, Referat 34

Indirizz:

D-76247 Karlsruhe

Tel:

(49-721) 926 37 06

Feks:

(49-721) 37 05 46

Posta elettronika:

abteilung3@rpk.bwl.de

4.8   It-tikkettar: Tomaten von der Insel Reichenau g.g.A.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12


Top