Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007SC1720

    Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument li jakkumpanja Proposta għal regolament tal-Paralament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-emissjonijiet minn vetturi fit-toroq heavy-duty u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi - Sommarju ta' l-istima ta’ l-impatt {COM(2007) 851 final} {SEC(2007) 1718}

    /* SEK/2007/1720 finali */

    52007SC1720

    Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument li jakkumpanja Proposta għal regolament tal-Paralament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-emissjonijiet minn vetturi fit-toroq heavy-duty u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi - Sommarju ta' l-istima ta’ l-impatt {COM(2007) 851 final} {SEC(2007) 1718} /* SEK/2007/1720 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 21.12.2007

    SEG(2007) 1720

    DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

    dokument li jakkumpanja Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-emissjonijiet minn vetturi fit-toroq heavy-duty u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi Sommarju ta' l-Istima ta’ l-Impatt {COM(2007) 851 final}{SEC(2007) 1718}

    DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

    dokument li jakkumpanja Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARALAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-emissjonijiet minn vetturi fit-toroq heavy-duty u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi Sommarju ta' l-Istima ta’ l-Impatt

    Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwalità ta’ l-arja tjiebet, imma għad hemm problemi sinifikanti bil-kwalità ta’ l-arja ma’ l-Unjoni Ewropea kollha, speċjalment fiż-żoni urbani u f’reġjuni ferm popolati.

    Sa l-2020, l-UE xorta tkun għadha ’l bogħod milli tilħaq l-għanijiet tas-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali. L-impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa u fuq l-ambjent se jkomplu jippersistu anki bl-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni kurrenti.

    Sabiex tinstab soluzzjoni għal dawn il-problemi, tqiesu miżuri ulterjuri, u waqt li sar dan ġew ivvalutati l-għażliet li ġejjin:

    - L-ebda bidla fil-politika

    - Metodu regolatorju fuq il-livell Ewropew

    - Regolamentazzjoni fl-Istati Membri

    - Inċentivi fiskali mill-Istati Membri

    - Metodu mhux regolatorju

    L-istima ta’ l-impatt uriet li jinħtieġ tnaqqis ulterjuri tal-limiti ta’ emissjoni għall-vetturi heavy-duty (Euro VI) biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja waqt li fl-istess ħin is-suq intern ikompli jiffunzjona.

    It-tniġġis mill-materja partikulata (PM) qed iqajjem dejjem aktar tħassib u jinħtieġu limiti ta’ emissjoni armonizzati fuq livell ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex ikunu prevenuti barrieri għad-distribuzzjoni u għaċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi heavy-duty u sabiex jinkiseb tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tal-partikulati minn dawk il-vetturi min-naħa għall-oħra ta’ l-UE. Qed jiġu proposti tnaqqis ta’ 66% fil-valur ta’ limitu għall-materja partikulata flimkien ma’ limitu ta’ emissjonijiet ta’ 0.01 g/kWh li, meta titqies it-teknoloġija kurrenti, se jkun hemm il-ħtieġa li jitwaħħlu filtri għall-partikulati mal-vetturi diżil kollha.

    Hija wkoll iġġustifikata azzjoni addizzjonali fuq l-emissjonijiet ta’ l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u ta’ l-idrokarbonji (HC),[1] meta jitqies il-fatt li bosta Stati Membri kieku mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Limiti Nazzjonali Massimi għall-Emissjonijiet (2001/81/KE) u l-proposta għal reviżjoni tad-direttivi tal-kwalità ta’ l-arja (COM(2005) 447).[2] Qed jiġi propost tnaqqis ta’ 80% fl-NOx għal limitu ta’ emissjoni ta’ 0.4 g/kWh. Żieda fl-użu tat-teknoloġija tal-magni u tat-teknoloġija ta’ wara t-trattament għandha tkun meħtieġa sabiex ikunu sodisfatti l-limiti ta’ emissjoni meħtieġa ta’ l-NOx.

    F’din l-istima ta’ l-impatt qed jiġu diskussi serje ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti. L-effett ġenerali ta’ dawn huwa li jissikkaw aktar il-limiti ta’ emissjoni mill-vetturi, għaliex inaqqsu r-riskju li l-vetturi jipproduċu livelli mhux meħtieġa ta’ tniġġis billi jipprovdu rekwiżiti regolatorji aktar robusti u komprensivi mingħajr ma jimponu spejjeż eċċessivi. Barra minn hekk, jiżguraw aċċess standardizzat għal informazzjoni dwar it-tiswija tal-vetturi.

    L-istima ta’ l-impatt tikkonkludi li huwa xieraq li l-valuri ta’ emissjoni futuri tagħna jiġu allinjati ma’ dawk ta’ l-Istati Uniti. Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati – inkluża l-indusrija – tappoġġja l-allinjament mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Istati Uniti, u l-istima ta’ l-impatt tagħna turi li dawn huma effiċjenti fl-infiq.

    Ir-riżultat se jkun titjib konsiderevoli fil-kwalità ta’ l-arja waqt li, fl-istess ħin titnaqqas l-ispiża ta’ l-iżvilupp u ta’ l-ittestjar tal-magni. Fil-fatt, il-proposta se tippermetti li l-manifatturi jipproduċu magni li jiffavorixxu ferm l-ambjent għas-swieq kemm ta’ l-Istati Uniti kif ukoll ta’ l-Ewropa.

    SE tippermetti wkoll li l-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kwalità ta’ l-Arja.

    [1] F’dan id-dokument, l-Idrokarbonji (HC) u l-Komposti Organiċi Volatili (VOC) qed jintużaw waħda minflok l-oħra.

    [2] Din il-proposta għal Direttiva tal-Kwalità ta’ l-Arja Ambjentali għandha temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kwalità ta’ l-arja, jiġifieri d-Direttivi 96/62/KE (“Direttiva Qafas”), ĠU L 296, 21.11.1996, p.55, u tliet “direttivi derivanti” 1999/30/KE, 2000/69/KE, 2002/3/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE.

    Top