This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007SC1470
Commission staff working document - Accompanying document to the Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - European i2010 initiative on e-Inclusion "To be part of the information society" - Executive summary of the impact assessment [COM(2007) 694 final] [SEC(2007) 1469]
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument anċillari għall- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni-e “Biex inkunu parti mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni” - Sinteżi ezekuttiva tal-valutazzjoni ta' l-impatt [KUMM (2007) 694 finali] [SEG(2007) 1469]
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument anċillari għall- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni-e “Biex inkunu parti mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni” - Sinteżi ezekuttiva tal-valutazzjoni ta' l-impatt [KUMM (2007) 694 finali] [SEG(2007) 1469]
/* SEK/2007/1470 finali */
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument anċillari għall- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni-e “Biex inkunu parti mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni” - Sinteżi ezekuttiva tal-valutazzjoni ta' l-impatt [KUMM (2007) 694 finali] [SEG(2007) 1469] /* SEK/2007/1470 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 8.11.2007 SEG(2007) 1470 DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Dokument anċillari għall- KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni-e “Biex inkunu parti mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni” Sinteżi Eżekuttiva tal-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT[KUMM (2007) 694 finali][SEG(2007) 1469] Daħla Din il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt (minn hawn 'il quddiem Il-VI) hija b’appoġġ għall-proposta ta’ Komunikazzjoni dwar inizjattiva Ewropea i2010 dwar l-Inklużjoni-e. “Biex inkunu parti mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni” (minn hawn ’il quddiem sempliċiment il-Komunikazzjoni). Hija riżultat finali ta’ proċess twil ta’ konsultazzjoni u żvilupp ta’ politika li jinvolvi l-partijiet interessati, u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, u riżultati ta’ studji fuq l-istatus ta’ l-Inklużjoni-e u politiki relatati. Tappoġġa sett ta’ azzjonijiet politiċi bil-għan li tinkiseb soċjetà inklussiva ta’ l-informazzjoni, u b’hekk tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri politiċi stabbiliti mid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Riga dwar l-Inklużjoni-e adottata fil-11 ta' Ġunju 2006 minn 34 pajjiż Ewropew[1]. L-azzjonijiet proposti fil-Komunikazzjoni mhumiex regolatorji u ma jimponux piżijiet amministrattivi u finanzjarji. Skond dan, il-VI tesplora l-isfidi politiċi, tiddefinixxi għażliet possibbli għal soluzzjonijiet, tipprovdi valutazzjoni kwalitattiva ta’ l-impatti ta’ l-għażliet differenti, u tantiċipa xi valutazzjonijiet kwantitattivi ta’ xenarji jekk il-miri kollha ta’ l-Inklużjoni-e jintlaħqu kompletament. Jekk tagħmel dan, tilħaq b’mod sħiħ il-prinċipju ta’ analiżi proporzjonata stipulat fil-Linji Gwida tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt[2]. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt tirrispondi wkoll għat-talba tal-Komunikazzjoni ta' l-2005 dwar l-Aċċessibbiltà-e biex tivvaluta l-progress f'dan is-suġġett sa l-2007. L-użabilità ta’ teknoloġiji ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni (ICT) minn persuni b’diżabbiltà (Aċċessibbiltà-e) u dejjem aktar minn utenti anzjani Ewropej, hija rekwiżit ewlieni biex igawdu mis-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt tirrikonoxxi li l- progress li sar għadu ftit ħafna u li miżuri oħrajn ser ikunu proposti għall-2008. Għalhekk, tipprovdi għal valutazzjoni preliminari ta’ dawk il-miżuri u tantiċipa li ser ikun hemm aktar konsultazzjoni ma’ dawk interessati. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt ser issir fl-2008. X’inhi l-Inklużjoni-e u għaliex tinteressana? L-Inklużjoni-e ġiet definita fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Riga bħala li tfisser kemm ICT inklussiva u l-użu ta' l-ICT biex jinkisbu għanijiet ta' inklużjoni usa'. Fi kliem ieħor, l-inklużjoni-e tirreferi għal safejn jgħinu t-teknoloġiji ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni biex jippromowovu parteċipazzjoni ekwa fis-soċjetà f'kull livell billi jtejbu relazzjonijiet soċjali, jiffaċilitaw opportunitajiet ekonomiċi għal xogħol u intraprendenza, jiżviluppaw aspetti kulturali tas-soċjetà, u jinkoraġixxu parteċipazzjoni ċivika. Sa fejn twassal l-isfida: kemm jitħallew barra? L-iżviluppi mgħaġġla fl-ICT jirrapreżentaw opportunità sinifikanti li tippermetti lill-individwi jgawdu l-benefiċċji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni u l-għarfien. L-ICT saret rekwiżit għal ħafna nies sabiex ikunu attivi u mogħnija b’setgħa fis-soċjetà. Madankollu, joħolqu wkoll ostakli ġodda f’termini ta’ disponibbiltà ġeografika ta’ servizzi b’valur miżjud ta’ l-ICT, aċċessibbiltà għal individwi b’diżabiltajiet u utenti aktar anzjani, differenzi fil-kapaċità għall-impjieg fir-rigward tal-livelli ta’ edukazzjoni, kompetenzi u motivazzjoni, stratifikazzjoni soċjali f’termini ta’ affordabbiltà ta’ użu. Jekk ma jiġux ikkontrollati, dawn l-ostakli ser isaħħu reċiprokament lil xulxin u jkun hemm riskju li jinħolqu qasmiet soċjali u ekonomiċi kbar, flimkien ma’ differenzi diġitali qawwijin, fis-soċjetà Ewropea. Huwa stmat li 30-40% tal-popolazzjoni ma jgawdux mill-benefiċċji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni minħabba fejn jinsabu ġeografikament, diżabbiltà u età, sess, etniċità, kompetenzi u informazzjoni insuffiċjenti, jew kundizzjonijiet ekonomiċi prekarji (meħuda bħala indikatur ta’ l-użu ta’ l-ICT b’mod ġenerali, huwa stmat li 200 miljun Ewropej ma jużawx l-Internet)[3]. Il-gruppi l-aktar effettwati u li huma mira potenzjali ta’ politiki huma (dejta fuq l-UE-27 fl-2006): Persuni b’diżabbiltà b’mod ġenerali: madwar 74 miljun Ewropew (inkluż sew dawk b’diżabiltajiet qawwija u anqas qawwija)[4]; Ewropej f’riskju ta’ faqar: 98 miljun (li madwar 9% minnhom huma foqra li jaħdmu) Residenti mwildin barra: madwar 15-il miljun Flimkien ma' dawn: Mill-popolazzjoni b’livell baxx ta’ edukazzjoni dawk li ma jużawx l-Internet: madwar 74 miljun; Mill-popolazzjoni impjegata dawk li ma jużawx l-Internet: madwar 89.5 miljun; Mill-popolazzjoni żagħżugħa (15-24) min ma jużax l-Internet: madwar 18 miljun. | - Għaliex trid taġixxi l-Ewropa? Il-VI tipprovdi r-razzjonal biex il-politiki għall-Inklużjoni-e u koordinament aħjar fil-livell ta’ l-UE jissaħħu. Jekk jitqies li kollox jibqa' l-istess, l-evidenza turi li hemm riskju sostanzjali li l-ICT l-ġdida twassal għal forom immarkati sew ta' esklużjoni, speċjalment esklużjoni diġitali. Għal kuntrarju, bosta opportunitajiet jibqgħu mhux użati b’telf sinifikanti f’termini ta’ impjieg u tkabbir ekonomiku jekk l-ICT ma tkunx sfruttata sa l-aħħar. Mingħajr miżuri politiċi komprensivi, ser jingħalqu opportunitajiet ekonomiċi u soċjali tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għal ħafna fl-Ewropa. L-ewwel eżerċizzju ta’ “Riga Dashboard”[5] (l-anness 2 tal-VI) u studji oħra juri li differenzi li għadhom jippersistu f’aċċess, aċċessibbiltà u użu ta' għodod u servizz tas-soċjetà ta' l-informazzjoni: Id-differenzi fl-użu huma sostanzjali. Il-persentaġġ ta’ l-użu regolari ta’ l-Internet fl-2006 għall-UE-27 kien: 76% ta’ l-Ewropej b’edukazzjoni formali għolja, 25% ta dawk b’livell baxx jew bla edukazzjoni formali 58% ta’ dawk li jaħdmu kontra 36% ta’ dawk li ma jaħdmux 51% fost dawk li jgħixu f’żoni b’densità ta’ popolazzjoni għolja kontra 35% għal dawk li jgħixu f’żoni b’densità ta' popolazzjoni baxxa. Għad baqa’ 15-il miljun student li ma jużawx l-Internet, żvantaġġ ewlieni li jeffettwa l-edukazzjoni 18-il miljun minn fost dawk ta’ età 16-24, u madwar 50% fost dawk ta’ età 24-55 għadhom ma jużawx l-Internet Madwar 20 miljun qiegħda li ma jużawx l-Internet In-nisa kważi mlew id-differenza fl-użu ta’ l-Internet, iżda kwistjonijiet tas-sessi għadhom jeżistu fl-Inklużjoni-e. In-nuqqas ta’ użu ta’ l-ICT (nuqqas fl-Aċċessibbiltà-e) huwa ostaklu għal persuni b’dizabbiltà u anzjani: 5% biss mis-siti ta’ l-Internet pubbliċi fl-UE-27 jikkonformaw ma’ l-istandards minimi u l-linji gwida ta’ l-Internet il-programmar awdjoviżiv bis-sottotitoli jvarja ħafna (minn 2.5% sa 95%) hemm ħafna anqas programmar bil-lingwa tas-sinjali milli bis-sottotitoli u jvarja ħafna, minn anqas minn 0.5% sa 5% Ix-xandir b’awdjodeskrizzjoni jvarja minn anqas minn 1% sa aktar minn 10% Frammentazzjoni konsiderevoli fil-varjetajiet tal-prodott tirreferi għal aċċessibbiltà built-in ta' kompjuters u softwer. Differenzi Rurali-Urbani qed jitfaċċaw fil-koperta u aċċess tal-broadband. Fl-aħħar ta’ l-2006, 89% tal-popolazzjoni tal-UE-27 hija milħuqa minn broadband (92% fl-UE-15) f’żoni rurali l-koperta medja hija biss ta’ 71%, b’veloċitajiet aktar baxxi ta' tniżżil mill-Internet Differenzi fil-litteraliżmu diġitali: 57% biss mill-Ewropej għandhom xi grad ta’ kompetenza fil-kompjuter u l-Internet Dawk bl-anqas kompentenzi fil-kompjuter u l-Internet huma dawk bl-anqas livell ta’ skola, l-anzjani u dawk ekonomikament inattivi. Differenzi fl-użu ta’ servizzi tal-Gvern-e. Fl-2006 fost dawk li għandhom bejn 15-74 sena fl-UE-27: 21% użaw is-servizz biex jiksbu informazzjoni 13.3% niżżlu formoli mill-Internet 8.8% wettqu tranżazzjonijiet Differenzi fl-użu ta’ l-ICT skond l-età: 71% mill-grupp 16-24 kontra 10% biss fost dawk ta’ età bejn 65-74 jużaw l-Internet 43 miljun ta' dawk b’età ta’ 55-64 u 37 miljun bejn 65-74 ma jużawx l-Internet. | - Kemm tista’ tipprofitta l-Ewropa mill-Inklużjoni-e? L-Inklużjoni-e għandha valur ekonomiku sostanzjali għall-Ewropa. Tista’ tippermetti b’mod ewlieni tkabbir sostenibbli fuq medda wiesgħa u tibbenefika lis-soċjetà ġenerali. Stimi inizjali jindikaw li l-benefiċċji mill-Inklużjoni-e fl-UE jistgħu jkunu minn €35 sa €85 biljun matul ħames snin. Liema huma l-għanijiet appoġġati? L-għan ġenerali ta’ l-Istrateġija ta’ l-Inklużjoni-e huwa li tippromwovi kemm ICT inklussiva u l-użu ta' l-ICT biex jintlaħqu għanijiet usa' ta' inkluzjoni waqt li tipprovdi bażi għal tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ġodda ta' negozju. Billi l-atturi kollha jagħtu sehemhom (Stati Membri, dawk interessati fl-industrija u s-soċjetà ċivili) u l-istrumenti politiċi disponibbli, hemm għalhekk il-ħsieb li l-Inklużjoni-e tinbidel minn bżonn soċjali għal opportunità ekonomika sinifikanti għall-Ewropa. It-tkabbir tal-kuxjenza dwar dan il-ħsieb u l-impenn għall-iżvilupp ta’ l-Inklużjoni-e, hija wieħed mill-passi rakkommandata f’din il-VI. Flimkien ma' dan, il- Il-VI tissuġerixxi tliet għanijiet speċifiċi biex tindirizza l-isfidi ta’ l-Inklużjoni-e għal utenti, industrija, u awtoritajiet: - Utenti: jitnaqqsu d-differenzi fid-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà, l-affordabbiltà u l-ħila diġitali , - industrija ta’ l-ICT u fornituri tas-servizz: ICT inklussiva stimulata u sostnuta bħala negozju vijabbli u li jirrendi , - Awtoritajiet pubbliċi jitwaqqfu azzjonijiet u inizjattivi mmirati lejn politiki ta’ l-Inklużjoni-e koerenti u effiċjenti . X'inhuma l-għażliet tal-politika vvalutati? Il-VI tivvaluta l-għażliet tal-politika li ġejjin għal Inklużjoni-e u tipproċedi għal analiżi speċifika tas-sitwazzjoni fil-qasam ta’ Aċċessibbiltà-e kif meħtieġ mill-Komunikazzjoni dwar l-Aċċessibbiltà-e tal-2005 [6] : 1. Tkomplija ta’ l- istatus quo . Fil-qasam speċifiku ta’ l-Aċċessibbiltà-e, din l-għażla tiġi indirizzata bl-analiżi ta’ l-impatti ta’ dispożizzjonijiet regolatorji attwali; 2. Strateġija limitata li tikkonsisti minn xi attivitajiet speċifiċi fuq livell ta’ l-UE fl-oqsma differenti, u mingħajr ebda koordinament jew integrazzjoni ta’ sforzi u b’azzjoni limitata biss immirata lejn gruppi f’riskju. Fil-qasam speċifiku ta’ Accessibbiltà-e, din l-għażla tivvaluta sforz limitat biex ittejjeb il-koordinament ta’ Stati Membri u attivitajiet ta’ dawk interessati; 3. Strateġija integrata u koerenti biex ittejjeb is-sinerġiji u l-impatt finali: a) immirata aħjar għall-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi f’riskju; b) koordinata u integrata aħjar madwar il-qasam politiku; c) iffokata kemm fuq il-gruppi ta' għajnuna biex jinħasdu l-benefiċċji tas-soċjetà ta' l-informazzjoni u fuq l-użu ta' l-ICT biex twasslilhom servizzi aktar effettivi; d) ibbażata fuq għarfien aqwa u aktar f’saħħtu u evidenza kwantitattiva li tidħol fil-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni u e) kuxjenza u impenn dejjem aktar akbar. Fil-qasam speċifiku ta’ l-Aċċessibbiltà-e, din l-għażla tinkludi l-esplorazzjoni preliminari ta’ impatti ta’ attivitajiet immirati biex isaħħu l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam. Liema huma l-għanijiet appoġġjati? Il-VI tipprovdi l-evidenza meħtieġa u l-argumentazzjoni li hemm valur miżjud għoli jekk l-Inklużjoni-e tiġi indirizzata fuq livell Ewropew permezz ta' koerenza politika aħjar madwar l-UE, immobilizzar ta' atturi prinċipali (Stati Membri, industrija u utenti), l-integrazzjoni ta’ l-Inklużjoni-e f’kull qasam politiku, esplorazzjoni ta’ metodi biex tittejjeb il-leġiżlazzjoni dwar l-Aċċessibbiltà-e. Dan jeħtieġ tkabbir tal-kuxjenza u impenn politiku/ta’ dawk interessati billi jixxandru avvenimenti u inizjattivi li “jagħtu prova tal-każ” għall-Inklużjoni-e u li jixhdu progress. Flimkien ma’ dan, qed jiġu proposti azzjonijiet fi tliet oqsma; - L-ewwel, sostenn tal-kundizzjonijiet sabiex kulħadd jieħu sehem fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Għadd ta’ ostakli essenzjali għas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għadhom jippersistu. Fosthom hemm l-aċċessibbiltà-e. Ikun hemm telf fil-produttività għoli minħabba nuqqas ta’ aċċessibbiltà-e, filwaqt li l-ispejjeż ta’ adattamenti jkunu limitati. Minħabba l-frammentazzjoni, il-progress mhuwiex dak li suppost ikun: l-industrija tikkonsidra n-nuqqas ta’ strateġija komuni għall-aċċessibbiltà-e bħala ostaklu għas-suq intern. Madankollu, il-progress mhuwiex biżżejjed ukoll minħabba n-nuqqas ta’ prijoritizzazzjoni u kooperazzjoni bejn l-utenti u l-industrija. l-industrija – kif ukoll l-Istati Membri – huma mistennija li jagħmlu l-almu tagħhom stess fl-isforzi lejn l-aċċessibbiltà-e. L-analiżi ta’ l-impatt turi li din il-kwistjoni trid tiġi indirizzata bi prijorità u jipproponi fost oħrajni l-esplorazzjoni ta' approċċ orizzontali lejn il-leġiżlazzjoni dwar aċċessibbiltà-e (jiġifieri mhix speċifika għal tip ta' teknoloġija jew użu), li jirrispetta s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. - Flimkien ma’ l-aċċessibbiltà-e, irid jittejjeb il-litteriżmu diġitali bażiku. Għal dan il-għan l-industrija u l-Istati Membri għandhom jingħaqdu aktar bi sħiħ, kif ukoll għad-disponibbiltà ta' netwerks tal- broadband, speċjalment f'żoni rurali, li għalihom kemm l-awtoritajiet reġjonali u l-industrija għandhom jitħeġġu biex iżidu l-isforzi. - It-tieni, aċċellerazzjoni effettiva ta' pateċipazzjoni ta' gruppi f'riskju ta’ esklużjoni mmirati u titjib fil-kwalità tal-ħajja. Sabiex il-benefiċċji tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għal gruppi f’riskju għoli ta’ esklużjoni jiġu aċċellerati, hemm bżonn li jitniedu jew, fejn diġà nbdew, li jiġu segwitu b'aktar qawwa, sett ta' azzjonijiet immirati madwar aġendi koerenti. Dawn huma azzjonijiet biex jingħeleb ir-riskju ta’ esklużjoni fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni ta’ persuni anzjani u dawk f’riskju ta’ esklużjoni minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa, abbażi ta’ l-aġenda komuni ta’ l-UE definita minn Pjan ta’ Azzjoni dwar “Xjuħija tajba fis-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni” u inizjattiva ġdida għat-telemediċina. Huwa meqjus ukoll partikolarment siewi li jiġu żviluppati u jitferrxu approċċi komuni għat-twassil ta’ servizz inklussivi pubbliċi lil popli svantaġġjati soċjalment, abbażi tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Gvern-e. Irid jinbeda wkoll proċess biex jiġu definiti azzjonijiet immirati addizzjonali jekk meħtieġ, sa tmiem l-2008, (eżempju għal żagħżagħ immarġinati u migranti f’riskju ta’ esklużjoni). - It-tielet, integrazzjoni ta’ l-azzjonijiet ta’ l-Inklużjoni-e sabiex l-impatt ikun massimu u dejjiemi. Għalkemm l-Inklużjoni-e hija qasam wiesgħa u mferrex ħafna f’termini ta’ fatturi u atturi, hemm valur miżjud għoli fil-monitoraġġ u valutazzjoni komparattiva – abbażi tar-“Riga Dashboard” li diġà qed tiġi żviluppata, kooperazzjoni msaħħa f’din l-istrateġija komuni minn utenti u r-rappreżentanti tagħhom, industrija, awtoritajiet u l-Kummissjoni Ewropea li tirrinforza l-leħen ta’ l-utenti permezz ta’ titjib fil-kompetenzi u l-kooperazzjoni fl-Inklużjoni-e. Is-sostenibbiltà ta’ l-impatt ta’ l-inklużjoni-e hija kkunsidrata bħala fundamentali relatata ma’ enfasi fuq l-inklużjoni-e. Dan ifisser li konsiderazzjonijiet ta’ esklużjoni jitqiesu fil-bidu fid-disinn u l-iżvilipp ta’ teknoloġiji b’għan ġenerali (disinn inklussiv) kif ukoll li d-dimensjoni tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni hija parti integrali mit-tfassil tal-politiki ġenerali li jindirizzaw l-esklużjoni soċjali u ekonomika (politiki ta’ inklużjoni dwar soċjetà ta l-informazzjoni megħjuna). Fl-aħħarnett, meta wieħed iqis il-frammentazzjoni fl-Inklużjoni-e sa llum, u l-pletora ta' attivitajiet subkritiki u bla koordinament, hemm valur miżjud f'attenzjoni fuq livell ta' l-UE għal tkabbir fil-kuxjenza u skambju ta' prassi tajba. Din l-istrateġija għandha tibni fuq il-bosta inizjattivi ta’ dawk interessati, billi jittejbu bi branding komuni, bħala sett ta’ azzjonijiet għal kuxjenza li jwasslu għal kontribut ewlieni fil-konferenza politika u b’viżibiltà għolja dwar l-Inklużjoni-e għal tmiem l-2008. X’inhu il-valur miżjud Ewropew li jirriżulta? Il- valur miżjud ta’ l-Inizjattiva Ewropea dwar l-Inklużjoni-e jiddependi mill- kontribut tagħha għal kisba ta’ approċċi komuni u sistematiċi għall-Inklużjoni-e , permezz ta’ sinerġiji mtejba fl-inizjattivi politiċi fuq livelli ta' l-UE, nazzjonali u lokali. Jiddependi wkoll fuq l-isforzi biex jingħaqdu l-inizjattivi li jsiru min-negozji, tiżdied il-viżibiltà tagħhom u l-assigurar ta’ applikazzjoni mill-ġdid ta' dawk li ġabu suċċess. Permezz ta’ dan, l-inizjattiva hija mmirata li twassal għal “effetti multiplikaturi ekonomiċi" meħtieġa biex l-impatti pożittivi ta’ azzjonijiet li qed jittieħdu jiżdiedu f’kull livell. Waqt li l-kawżi ta’ l-esklużjoni diġitali jsaħħu lil xulxin reċiprokament, hekk ukoll il-benefiċċji ta’ inklużjoni fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, sakemm il-muturi meħtieġa jitħaddmu, jaġixxu b’sinerġija. Dan il-proċess huwa mistenni li jagħti impatti soċjali u ekonomiċi akbar billi jsaħħaħ l-inklużjoni attiva ta’ individwi fl-ekonomija u s-soċjetà Ewropea, u billi jrawwam is-suq intern għal teknoloġiji u servizzi inklussivi u jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni f’dan il-qasam. Huwa propost li l-progress jitkejjel fuq għadd ta’ indikaturi taż-żewġ naħat, tal-forniment u tad-domanda (ir-Riga Dashboard ). L-istimi inizjali f’din il-VI jirrelataw dan il-progress għal benefiċċji ekonomiċi fost oħrajn. L-istudji u t-tfassil għal ġejjieni għandhom ikomplu jsaħħu l-evidenza u l-ispjegazzjoni tar-relazzjonijiet bejn dawn l-indikaturi u progress ekonomiku u soċjali usa'. [1] Id-Dikjarazzjoni (11 ta’ Ġunju 2006) identifikat miri biex inaqqsu d-disparitajiet diġitali fl-: ICT u x-xjuħija, diviżjonijiet ġeografiċi, aċċessibbiltà-e, kompetenzi diġitali, ICT għal diversità kulturali u gvern-e inklussiv. http://ec.europa.eu/information_society/events/ict_riga_2006/doc/declaration_riga.pdf [2] Id-“Dokument li jiddefinixxi b’mod wiesa’ il-politika” jeħtieġ li l-valutazzjoni ta’ l-impatti ssir b’mod preliminari u aktar kwalitattiv (VI Linji Gwida, SEC(2005) 791, p. 8). [3] Eurostat, Stħarriġ Komunitarju dwar l-użu ta’ l-ICT fi Djar u minn Individwi (ta’ età 16-74) 2006 [4] Rapport tal-Kumitat għal Komunikazzjonijiet (COCOM), 2004, abbażi tad-dejta tal-Eurostat u li ji jistma li 15% tal-popolazzjoni totali ta’ l-UE għandhom diżabbiltà. Il-miżura l-oħra użata hija l-persentaġġ ta’ dawk b’diżabbiltà li jagħmlu parti mill-popolazzjoni li taħdem (abbażi ta’ dejta mill-Eurostat). Fl-2002, minn fost persuni ta’ bejn l-età 16 u 64 sena fl-UE-25, 44.6 miljun – jiġifieri wieħed minn sitta (15.7%) - qalu li kellhom problema ta’ saħħa jew diżabbiltà li kien ilhom ibagħtu minnha. Eurostat, Niffokaw fuq l-Istatistika, Tema 3 – 26/2003 (http://ec.europa.eu/employment_social/health_safety/docs/disabled_%202002_en.pdf). [5] Sett ta’ indikaturi li jimmonitorjaw il-progress fil-miri stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Riga [6] Komunikazzjoni dwar l-Aċċessibbiltà-e COM(2005) 425: “Segwitu li jiffoka fuq is-sitwazzjoni ta’ l-Aċċessibbiltà-e ser issir sentejn wara l-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. …il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra miżuri addizzjonali, inkluz leġiżlazzjoni ġdida jekk meħtieġ. Din il-ħidma ta’ Aċċessibbiltà-e imbagħad tikkontribwixxi lejn dik l-Inizjattiva Ewropea dwar l–Inklużjoni-e għall-2008 kif diġà mħabbar”.