Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0859

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni)

    /* KUMM/2007/0859 finali - COD 2007/0288 */

    52007PC0859

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni) /* KUMM/2007/0859 finali - COD 2007/0288 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussell 21/12/2007

    COM(2007) 859 finali

    2007/0288 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

    (Riformulazzjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi, biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

    2. Il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 95/46/KE tat-8 ta' Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar[2], ġiet inizzjata mill-Kummissjoni. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha.[3].

    3. Sadanittant, id-Deċiżjoni tal-Kunsiill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummisssjoni[4] kienet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li kienet introduċiet il-proċedura regolatorju bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali u li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tħassir ta' uħud minn dawn l-elementi jew biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.

    4. Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura ġdida tkun applikabbli għal dawk l-atti diġà fis-seħħ li kienu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-atti jeħtieġ li jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli.

    5. Għalhekk huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tad-Direttiva 95/64/KE tiġi mibdula f'riformulazzjoni sabiex tinkorpora l-emendi meħtieġa għall-adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju.

    ê 95/64/KE (adattat)

    2007/0288 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA …/…/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    ta’ […]

    dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar

    (test b’rilevanza ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 285 (1) Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

    Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8],

    Billi:

    ò ġdid

    (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE tat-8 ta’ Diċembru 1995 dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar[9] ġiet emendata kemm-il darba[10] b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza.

    ê 95/64/KE premessa 1 (adattat)

    (2) Biex iwettaq ix-xogħlijiet li ġie fdat bihom fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport marittimu, il-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha data statistika paragunabbli, li wieħed jista’ joqgħod fuqha, sinkronizzata u regolari dwar l-iskala u l-iżvilupp tat-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar lejn u mill-Komunità, bejn l-Istati Membri u għat-trasport domestiku bil-baħar.

    ê 95/64/KE premessa 2

    (3) Huwa wkoll importanti għall-Istati Membri u għall-operaturi ekonomiċi li jkollhom tagħrif sod dwar is-suq tat-trasport marittimu.

    ê 95/64/KE premessa 5

    (4) Il-ġabra ta’ data statistika Komunitarja fuq bażi paragunabbli jew armonizzata tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita sistema integrata li tipprovdi tagħrif li tista’ toqgħod fuqu, konsistenti u aġġornat.

    ê 95/64/KE premessa 6

    (5) Id- data dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar għandu jsir paragunabbli bejn l-Istati Membri u bejn modi differenti ta’ trasport.

    ê 95/64/KE premessa 11

    (6) Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, il-ħolqien ta’ l-istandards komuni ta’ l-istatistika li ippermettu l-produzzjoni ta’ informazzjoni armonizzata jista’ jiġi ttrattat biss b’mod effiċjenti f’livell Komunitarju. Data tinġabar f’kull Stat Membru taħt l-awtorità tal-korpi u l-istituzzjonijiet inkarigati biex jiġbru statistiki uffiċjali.

    ò ġdid

    (7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11].

    (8) Għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex, b'mod partikolari., jadotta ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia, billi jżidu elementi oħra magħha, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (9) L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

    (10) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva mniżżla fl-Anness IX, Parti B,

    ê 95/64/KE (adattat)

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu I

    Ö Ġbir ta' data statistika Õ

    L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistiki Komunitarji dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri b’bastimenti fuq il-baħar li jidħlu fil-portijiet tat-territorji tagħhom.

    Ö Artikolu 2 Õ

    Id-Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) “trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bil-baħar” ifisser il-moviment ta’ merkanzija u passiġġieri bl-użu ta’ bastimenti li jbaħħru, fuq vjaġġi li jidħlu għalihom kompletament jew parzjalment fuq il-baħar.

    L-iskop ta’ din id-Direttiva għandu wkoll jinkludi merkanzija:

    (i) trasportata bil-baħar lejn stallazzjonijiet barra x-xtut;

    (ii) miġbura minn qiegħ il-baħar u mħatta fil-portijiet.

    Bunkers u ħażniet forniti lil bastimenti għandhom jiġu esklużi mill-iskop Ö ta’ din id-Direttiva Õ;

    ê 95/64/KE

    (b) “bastimenti li jbaħħru” jfisser bastimenti ta’ xort’ oħra minn dawk li jbaħħru esklużivament fl-ibħra interni jew fl-ibħra ġewwa, jew li jmissu ma’, ibħra fil-kenn jew arji fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet.

    Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal bastimenti li fuqhom jinqabad il-ħut, bastimenti li fuqhom jipproċessaw il-ħut, bastimenti għat-tħaffir u l-esplorazzjoni, bastimenti li jirmunkaw, bastimenti li jimbuttaw u bastimenti għar-riċerka jew għall-istħarriġ, dredgers, bastimenti navali jew bastimenti użati biss għal skopijiet mhux kummerċjali;

    (ċ) “port” ifisser post li għandu faċilitajiet għal bastimenti merkantili sabiex jirmiġġaw u jgħabbu jew iħottu l-merkanzija jew sabiex jiżbarkaw jew jimbarkaw passiġġieri fuq jew minn bastimenti;

    (d) “nazzjonalità ta” l-operatur tat-trasport marittimu” ifisser il-pajjiż li fih jinsab iċ-ċentru effettiv ta’ l-attività kummerċjali ta’ l-operatur tat-trasport;

    (e) “operatur tat-trasport marittimu” ifisser kull persuna li tikkonkludi kuntratt ma’ shipper jew passiġġier, jew persuna oħra f’isimha, għat-trasport bil-baħar ta’ merkanzija jew persuni.

    Artikolu 3

    Karatteristiċi tal-ġbir tad- data

    1. L-Istati Membri għandhom jiġbru d- data li għandha x’taqsam ma’ l-oqsma li ġejjin:

    (a) informazzjoni dwar il-merkanzija u l-passiġġieri;

    (b) informazzjoni dwar il-bastiment.

    Bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 jistgħu jiġu esklużi mill-ġbir tad- data .

    2. Il-karatteristiċi tal-ġbir tad- data , jiġifieri l-varjabbli statistiċi f’kull dominju u n-nomenklaturi għal klassifika tagħhom, kif ukoll il-perjodiċità tagħhom ta’ osservazzjoni, huma stabbiliti fl-Annessi I sa VIII.

    3. Il-ġbir tad- data għandu jkun ibbażat, sa kemm huwa possibbli, fuq fonti disponibbli, sabiex jiġi llimitat il-piż fuq dawk li jwieġbu.

    ê 95/64/KE (adattat)

    ð ġdid

    Artikolu 4

    Il-Portijiet

    1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, ð il-Kummissjoni għandha tfassal ï lista ta’ portijiet, kodifikati u kklassifikati skond il-pajjiżi u ż-żoni marittimi kostali.

    ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jżidu elementi ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).ï

    2. Kull Stat Membru għandhu jagħżel Ö mill- Õ lista Ö imsemmija f’paragrafu 1 Õ port li minn ġo fih jgħaddu iżjed minn miljun tunnellata metrika ta’ oġġetti jew li jirreġistra iżjed minn 200 000 spostament ta’ passiġġieri kull sena.

    ê 95/64/KE

    Għal kull port magħżul, data dettaljata għandha tiġi pprovduta, inkonformità ma’ l-Anness VIII, għad-dominji (merkanzija u passiġġieri) li fihom dak il-port jissodisfa l-kriterji ta’ l-għażla, u b’ data sommarja, jekk approprjat, għad-dominju l-ieħor.

    3. Għal portijiet mhux magħżula mil-lista, data sommarja għandha tiġi pprovduta skond l-Annessi VIII, sett ta’ data A3.

    ê 95/64/KE

    ð ġdid

    Artikolu 5

    Eżattezza ta’ l-istatistiki

    Il-metodu tal-ġbir tad- data għandu jkun tali li l-istatistiki Komunitarji tat-trasport bil-baħar juru l-preċiżjoni meħtieġa għas-settijiet ta’ data statistika deskritti fl-Annness VIII.

    ð Il-Kummissjoni għandha tfassal ï standards ta' preċiżjoni.

    ð Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, billi jżidu elementi ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).ï

    ê 95/64/KE

    Artikolu 6

    L-Ipproċessar tar-riżultati tal-ġbir tad- data

    L-Istati Membri għandhom jipproċessaw it-tagħrif statistiku miġbur skond l-Artikolu 3, sabiex jinkisbu statistiki paragunabbli, bl-istandard ta’ preċiżjoni previst fl-Artikolu 5.

    ê 95/64/KE (adattat)

    Artikolu 7

    It-Trasmissjoni tar-riżultati tal-ġbir tad- data

    1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu r-riżultati msemmija fl-Artikolu 3 lill-Ö Kummissjoni (Eurostat) Õ, inkluża d- data ddikjarata kunfidenżjali mill-Istati Membri skond il-leġislazzjoni jew il-prattika domestika li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità statistika, skond ir-Regolament tal-[Kunsill] (Euratom, KEE) Nru [1588/90][12].

    2. Ir-riżultati għandhom jiġu trasmessi skond l-istruttura tas-settijiet ta’ data statistika definiti fl-Anness VIII. Id-dettalji tekniċi għat-trasmissjoni tar-riżultati għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura Ö imsemmija Õ fl-Artikolu 11(2).

    ê 95/64/KE

    3. It-trasmissjoni tar-riżultati għandha ssir fi żmien ħames xhur mill-aħħar tal-perjodu ta’ osservazzjoni għad- data ta’ perjodiċità kull kwart u fi żmien tmien xhur għal data ta’ perjodiċità annwali.

    L-ewwel trasmissjoni għandha tkopri l-ewwel kwart tas-sena 1997.

    ê 95/64/KE (adattat)

    Artikolu 8

    Ir-Rapporti

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ bl-informazzjoni relevanti kollha dwar il-metodi użati għall-ġbir tad- data . Għandhom ukoll jgħaddu d-dettalji ta’ bdil sostanzjali fil-metodi użati għall-ġbir tad- data .

    Artikolu 9

    It-Tixrid tad- data statistika

    Il-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ għandha tqassam id- data statistika approprjata b’perjodiċità paragunabbli ma’ dik tat-trasmissjoni tar-riżultati.

    L-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew it-tixrid tad- data statistika mill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ għandhom jiġu adottati skond il-proċedura Ö imsemmija Õ fl-Artikolu 11(2).

    Artikolu 10

    Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni

    Regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva, li jinkludu l-miżuri għall-addattament tagħha għall-iżvillupi ekonomiċi u tekniċi Ö għandhom ikunu adottati Õ, b’mod partikolari:

    ê 95/64/KE

    (a) l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir tad- data (l-Artikolu 3) u tal-kontenut ta’ l-Annessi I sa VIII sa fejn u sakemm dan l-adattament ma jinvolvix żieda sostanzjali fin-nefqa għall-Istati Membri u/jew il-piż fuq dawk li jwieġbu;

    (b) lista tal-portijiet, aġġornata fuq bażi regolari mill-Kummissjoni, kodifikata u kklassifikata bil-pajjiż u biż-żoni kostali marittimi (l-Artikolu 4);

    (ċ) ħtieġa għall-eżattezza (l-Artikolu 5);

    ê 95/64/KE (adattat)

    (d) id-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni ta’ fajl tad- data u tal-kodiċi għat-trasmissjoni tar-riżultati lill-Kummissjoni Ö (Eurostat) Õ (l-Artikolu 7);

    (e) l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni jew it-tixrid tad- data (Artikolu 9).

    Ö Il-miżura msemmija fil-punti (d) u (e) għamdhom jjiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). Õ.

    ò ġdid

    ð Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c), maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia, billi jżidu elementi ġodda magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(3).ï

    ê 1882/2003 Art. 2 u Anness II (adattat)

    ð ġdid

    Artikolu 11

    Ö Proċedura tal-Kumitat Õ

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Programm tal-Istatistika, stabilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom[13], minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    ò ġdid

    3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    ê 95/64/KE (adattat)

    Artikolu 12

    Ö Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali Õ

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi Ö nazzjonali Õ li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

    ê

    Artikolu 13

    Revoka

    Id-Direttiva 95/64/KE, kif emendata mill-Atti mniżżla fl-Anness IX, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva mniżżla fl-Anness IX, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

    ê 95/64/KE (adattat)

    Artikolu 14

    Ö Dħul fis-seħħ Õ

    ê 95/64/KE

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    ê 95/64/KE (adattat)

    Artikolu 15

    Ö Destinatarji Õ

    ê 95/64/KE

    Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    […] […]

    ê 2005/366/EC Art. 1 u Anness I

    ANNESS I

    [pic]

    [pic]

    (h) "Passiġġier tal-cruise" tfisser passiġġier tal-baħar li jagħmel vjaġġ bil-baħar fuq vapur tal-cruises. Passiġġiera fuq exkurzjonijiet ta' ġurnata huma esklużi.

    (i) "vapur tal-cruises" tfisser vapur tal-passiġġiera maħsub biex jipprovdi passiġġiera b'esperjemza turistika sħiħa. Il-faċilitajiet għad-divertiment huma nklużi. Vapuri li joperaw servizzi ta' ferries normali huma esklużi, anke jekk xi passiġġiera jikkunsidraw is-servizz bħala cruise. Barra min dan, bastimenti li jġorru merkanzija li jistgħu iġorru numru limitat ħafna ta' passiġġiera bil-kabini tagħhom huma wkoll esklużi. Vapuri maħsuba biss għal ġiti ta' ġurnata huma wkoll esklużi.

    (j) "Ġita għall-passiġġiera ta' cruise" tfisser zjara qasira minn passiġġier ta' cruise għal attrazzjoni turistika relatata ma port filwaqt li tinzamm kabina abbord."

    ________

    ê 2005/366/EC Art. 1 u Anness II

    ANNEX II

    TIP TA' KLASSIFIKAZZJONI TAL-MERKANZIJA

    Kategorija(1) | Kodiċi ċifra waħda | Kodiċi żewġ ċifri | Deskrizzjoni | Tunne-llaġġ | Numru |

    Tagħbija Likwida | 1 | 1X | Merkanzija likwida bl-ingross (ebda unità ta' merkanzija) | X |

    11 | Gass likwifikat | X |

    12 | Żejt mhux raffinat | X |

    13 | Prodotti taż-żejt | X |

    19 | Merkanzija likwida oħra bl-ingross | X |

    Tagħbija niexfa | 2 | 2X | Merkanzija niexfa bl-ingrossa (ebda unità ta' merkanzija) | X |

    21 | Minerali | X |

    22 | Faħam | X |

    23 | Prodotti agrikoli (eż qamħ, soya, tapjoka) | X |

    29 | Merkanzija niexfa oħra bl-ingrossa | X |

    Containers | 3 | 3X | Containers kbar | X(2) | X |

    31 | 20' unità ta' tagħbija | X(2) | X |

    32 | 40' unità ta' tagħbija | X(2) | X |

    33 | Unitajiet ta' tagħbija > 20' u < 40' | X(2) | X |

    34 | Unitajiet ta' tagħbija > 40' | X(2) | X |

    Irrumblati 'l fuq irrumblati 'l isfel (jaħdmu waħedhom) | 5 | 5X | Unitajiet mobbli li jaħdmu waħedhom | X | X |

    51 | Vetturi tal-merkanzija tat-triq u l-karrijiet li jiġu magħhom | X(2) | X |

    52 | Karozzi għall-passiġġieri u l-karrijiet/il-karavanijiet li jiġu magħhom | X(3) |

    53 | Karozzi tal-linja għall-passiġġiera | X(3) |

    54 | Vetturi tal-kummerċ (inklużi vettiri bil-mutur għall-importazzjoni u esportazzjoni) | X | X(3) |

    56 | Bhejjem ħajjin | X | X(3) |

    59 | Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom | X | X |

    Irrumblati 'l fuq irrumblati 'l isfel (mhux li jaħdmu waħedhom) | 6 | 6X | Unitajiet mobbli oħrajn li ma jaħdmux waħedhom | X | X |

    61 | Karrijiet u semkarrijiet tat-triq għat-trasport ta' merkanzija mhux akkumpanjati | X (2) | X |

    62 | Karavannijiet u karrijiet oħra tat-triq, agrikoli u industrijali mhux akkumpanjati | X | X (3) |

    63 | Vaguni tal-ferrovija, karrijiet ta' fuq il-bastimenti li jintużaw minn port għall-ieħor u barkuni ta' fuq il-bastimenti involuti fit-trasport tal-merkanzija | X (2) | X |

    69 | Unitajiet mobbli oħrajn li jaħdmu waħedhom | X | X |

    Merkanzija ġenerali oħra | 9 | 9X | Merkanzija oħra, mhux speċifkata mkien ieħor | X |

    91 | Prodotti forestali | X |

    92 | Prodotti tal-ħadid u l-azzar | X |

    99 | Merkanzija ġenerali oħra | X |

    1 Dawn il-kategoriji huma konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet EKE Nru 21 tan-Nazzjonijiet Uniti. 2 Il-kwantità reġistrata hija l-piż gross tal-merkanzija inkluż l-imballaġġ imma eskluż il-piż waħdu tal-containers u l-unitajiet ro-ro. 3 In-numru totali ta' l-unitajiet biss. |

    _______

    ê 1304/2007/KE Art.1 u Anness

    ANNESS III

    [pic]

    _______

    ê 2005/366/KE Art. 1 u Anness III (adattat)

    ANNESS IV

    IŻ-ŻONI KOSTALI MARITTIMI

    In-nomenklatura li għandha tiġi użata fil-Ġeonomenklatura (in-nomenklatura tal-Öpajjiżi u t-territorjiÕ għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani mill-Komunità u l-istatistici tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, imfassla Öskond l-Artikolu 9 tar-Õ Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru Ö [1172/95] Õ[14] Ö uÕ fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d- data .

    ê 2005/366/KE Art. 1 u Anness III

    Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief għal pajjiżi li huma maqsuma f’żewġ żoni kostali marittimi jew aktar, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero (minn 1 sa 7), bħal isfel:

    Kodiċi | Żona kostali marittima |

    FR01 | Franza: l-Atlantiku u l-Baħar tan-Nord |

    FR02 | Franza: il-Mediterran |

    FR03 | Dipartimenti extra-Ewropej ta' Franza: Guyana Franċiża |

    FR04 | Dipartimenti extra-Ewropej ta' Franza: Martinique u Gaudeloupe |

    FR05 | Dipartimenti extra-Ewropej ta' Franza: Reunion |

    DE01 | Ġermanja: il-Baħar tan-Nord |

    DE02 | Ġermanja: il-Baltiku |

    DE03 | Ġermanja: ir-Rhine |

    GB01 | Renju Unit |

    GB02 | L-Isle of Man |

    GB03 | Iċ-Channel Islands |

    ES01 | Spanja: Atlantiku (it-Tramuntana) |

    ES02 | Spanja: il-Mediterran u l-Atlantiku (in-nofs in –nhar inlużi l-Balerariċi u l-Canary Islands) |

    SE01 | L-Isvezja: il-Baltiku |

    SE02 | L-Isvezja: il-Baħar tan-Nord |

    TR01 | It-Turkija: il-Baħar l-Iswed |

    TR02 | It-Turkija - il-Mediterran |

    RU01 | Russja: il-Baħar l-Iswed |

    RU02 | Russja: il-Baltiku |

    RU03 | Russja: l-Asja |

    MA01 | Il-Marokk: il-Mediterran |

    MA02 | Il-Marokk: l-Afrika tal-Punent |

    EG01 | L-Eġittu: il-Mediterran |

    EG02 | L-Eġittu:il-Baħar l-Aħmar |

    IL01 | L-Iżrael:il-Mediterran |

    IL02 | L-Iżrael: il-Baħar l-Aħmar |

    SA01 | L-Arabja Sawdita: il-Baħar l-Aħmar |

    SA02 | L-Arabja Sawdita: il-Golf |

    US01 | L-Istati Uniti ta' L-Amerika: l-Atlantiku (it-tramuntana) |

    US02 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: l-Atlantiku (in-nofs in-nhar) |

    US03 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: il-Golf |

    US04 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: il-Paċifiku (in-nofs in-nhar) |

    US05 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: il-Paċifiku (it-tramuntana) |

    US06 | L-Istati Uniti ta' l-Amerika: Great Lakes |

    US07 | Puerto Rico |

    CA01 | Il-Kanada; L-Atlantiku |

    CA02 | Il-Kanada: Great Lakes, Upper St. Lawrence |

    CA03 | Il-Kanda: il-Kosta tal-Punent |

    CO01 | Kolombja: il-Kosta tat-Tramuntana |

    CO02 | Kolombja: il-Kosta tal-Punent |

    Bil-kodiċi addizzjonali |

    ZZ01 | Installazzjonijiet barra x-xtut |

    ZZ002 | Aggregati u postijiet mhux speċifikati mkien ieħor |

    ________

    ê 2005/366/EC Art. 1 u Anness IV (adattat)

    ANNESS V

    NAZZJONALITÀ TA' REĠISTRAZZJONI TA' BASTIMENTI

    In-nomenklatura li għandha tiġi użata fil-Ġeo-nomenklatura (in-nomenklatura tal-Öpajjiżi u t-territorjiÕ għall-istatistiċi tal-kummerċ barrani mill-Komunità u l-istatistici tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, imfassla Ö skond l-Artikolu 9 tar-Õ Regolament tal-(KE) Nru Ö [1172/95]) uÕ fis-seħħ fis-sena li għaliha tirreferi d- data .

    ê 2005/366/KE Art. 1 u Anness IV

    Il-kodiċi jikkonsisti f’erba’ ċifri: il-kodiċi standard ISO alpha 2 għal kull pajjiż min-nomenklatura msemmija fuq, segwit minn żewġ żerojiet (eż. kodiċi GR00 għall-Greċja), ħlief għal pajjiżi b’aktar min reġistru wieħed, li huma identifikati mir-raba’ ċifra għajr iż-żero, bħal isfel:

    FR01 | Franza |

    FR02 | Territorju Antarktiku Franċiż (Gżejjer Kerguelen) |

    IT01 | Italja - l-ewwel reġistru |

    IT02 | Italja – Italja - reġistru internazzjonali |

    GB01 | Renju Unit |

    GB02 | Isle of Man |

    GB03 | Channel Islands |

    GB04 | Ġibiltà |

    DK01 | Id-Danimarka |

    DK02 | Id-Danimarka (DIS) |

    PT01 | Portugal |

    PT02 | Portugal (MAR) |

    ES01 | Spanja |

    ES02 | Spanja (Rebeca) |

    NO01 | Norveġja |

    NO02 | Norveġja (NIS) |

    US01 | Stati Uniti ta' l-Amerika |

    US02 | Puerto Rico |

    ________

    ê 2005/366/EC Art. 1 u Anness V

    ANNEX VI

    [pic]

    [pic]

    ______________

    ê 98/385/KE Art. 3(2)

    ANNESS VII

    IL-KLASSIJIET TAD-DAQS TAL-BASTIMENTI

    il-ħlas tan-nol skond il-piż (P) jew f ’tonnellaġġ gross (TG)

    Din il-klassifika tappika biss għal bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ 100 jew iżjed.

    Il-klassi | Il-limitu ta’ isfel | Il-Limitu ta’ fuq |

    P | TG | P | TG |

    01 | — | 100 | sa 499 | sa 499 |

    02 | 500 | 500 | 999 | 999 |

    03 | 1 000 | 1 000 | 1 999 | 1 999 |

    04 | 2 000 | 2 000 | 2 999 | 2 999 |

    05 | 3 000 | 3 000 | 3 999 | 3 999 |

    06 | 4 000 | 4 000 | 4 999 | 4 999 |

    07 | 5 000 | 5 000 | 5 999 | 5 999 |

    08 | 6 000 | 6 000 | 6 999 | 6 999 |

    09 | 7 000 | 7 000 | 7 999 | 7 999 |

    10 | 8 000 | 8 000 | 8 999 | 8 999 |

    11 | 9 000 | 9 000 | 9 999 | 9 999 |

    12 | 10 000 | 10 000 | 19 999 | 19 999 |

    13 | 20 000 | 20 000 | 29 999 | 29 999 |

    14 | 30 000 | 30 000 | 39 999 | 39 999 |

    15 | 40 000 | 40 000 | 49 999 | 49 999 |

    16 | 50 000 | 50 000 | 79 999 | 79 999 |

    17 | 80 000 | 80 000 | 99 999 | 99 999 |

    18 | 100 000 | 100 000 | 149 999 | 149 999 |

    19 | 150 000 | 150 000 | 199 999 | 199 999 |

    20 | 200 000 | 200 000 | 249 999 | 249 999 |

    21 | 250 000 | 250 000 | 299 999 | 299 999 |

    22 | ≥ 300 000 | ≥ 300 000 | — | — |

    NB: Jekk bastimenti b’tunnellaġġ gross ta’ inqas minn 100 kellhom jiġu inklużi skond din id-Direttiva, kienu jiġu allokati kodiċi tal-klassi “99”. |

    ________

    ê 2005/366/KE Art. 1 u Anness VI

    ANNESS VIII

    L-ISTRUTTURA GĦAL SETTIJIET TA' DEJTA STATISTIKA

    Is-settijiet ta' dejta speċifikati f'dan l-Anness jiddefinixxu l-perjodiċità għall-istatistiċi tat-trasport marittimu meħtieġa mill-Komunitá. Kull sett ta' dejta jidefinixxi klassifika inkroċjata ta' sett limitat ta' qisien fuq livelli differenti tan-nomenklaturi, aggregati tul il-qisien l-oħrajn kollha, li għalihom ikunu meħtieġa statistiċi ta' kwalità tajba.

    ê 2005/366/KE Art. 1 u Anness VI (adattat)

    Il-kondizzjonijiet għal ġbir tas-sett ta' dejta B1 għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tar-riżultati ta' l-istudji pilota mwettqatul perjodu ta' tliet snin Ö skond Õ l-Artikolu 10 tad-Direttiva Ö 95/64/KE u dwar il-possibilità u l-ispiża lil Stati Membri u lil dawk li jirrispondu għal ġbir ta' dawn il-punti ta' informazzjoni Õ.

    ⎢ 2005/366/KE Art. 1 u Anness VI

    STATISTIĊI FIL-QOSOR U DETTALJATI

    - Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-merkanzija u l-passiġġieri huma A1, A2, B1, C1, D1, E1, F1 u/jew F2.

    - Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għal-merkanzija imma mhux għall-passiġġieri huma A1, A2, A3, B1, C1, E1, F1 u/jew F2.

    - Is-settijiet ta' dejta li għandhom jiġu pprovduti għal portijiet magħżula għall-passiġġieri imma mhux għall-merkanzija huma A3, D1, F1 u/jew F2.

    - Is-sett ta' dejta li għandu jiġi pprovdut għal portijiet magħżula għall-passiġġieri imma mhux għall-merkanzija huwa A3.

    [pic]

    [pic]

    [pic]

    [pic]

    Sett ta' data F2: traffiku tal-bastimenti fil-portijiet Ewropej ewlenin skond il-port, it-tip u d-daqs tal-bastiment li jgħabbi jew iħott il-merkanzija jew passiġġiera ( inklużi passiġġiera tal-cruises jew fuq exkurzjonijiet tal-cruises)

    Perjodiċita: ta' kull kwart ta' sena

    Varjabili | Dettall tal-kodifikazzjoni | Nomenklatura |

    Qisien | Sett ta' data | Żewġ ittri alfanumeriċi | F1 |

    Sena ta' referenza | Erba' ittri alfanumeriċi | (eż 1997) |

    Kwart ta' referenza | Ittra waħda alfamunerika | (1,2,3,4) |

    Port ta' rappurtaġġ | Ħames ittri alfanumeriċi | Portijiet ŻEE magħżula fil-lista tal-portijiet |

    Direzzjoni | Ittra waħda alfanumerika | 'il-ġewwa, 'il barra (1,2) |

    Tip ta' bastiment | Ittra waħda alfanumerika | Tip ta' bastiment, Anness VI |

    Daqs tal-bastiment | Żewġ ittri alfanumeriċi | Klassijiet tad-daqs f'tunnelaġġ gross Anness VII |

    Data: Numru ta' vapuri. Tunnellaġġ gross ta' vapuri

    ________

    é

    ANNESS IX

    Parti A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 13)

    Direttiva tal-Kunsill 95/64/KE (ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25) |

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/385/KE (ĠU L 174, 18.6.1998, p. 1) | Artikolu 3 biss |

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/363/KE (ĠU L 132, 5.6.2000, p. 1) | Artikolu 1 biss |

    Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | Anness II, pt. 20 biss |

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/366/KE (ĠU L 123, 17.5.2005, p. 1) | Artikolu 1 biss |

    Regolament tal-Kummisssjoni (KE) Nru. 1304/2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p.14) | Artikolu 1 biss |

    Parti B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 13)

    Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |

    95/64/KE | 1 ta’ Jannar 1997 |

    _____________

    ANNESS X

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Direttiva 95/64/EC | Din id-Direttiva |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(a), l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (a) u (b) | Artikolu 2(a), it-tieni subparagrafu, (i) u (ii) |

    Artikolu 2(1), it-tielet subparagrafu | Artikolu 2(a), it-tielet subparagrafu |

    Artikolu 2(2) sa (5) | Artikolu 2(b) sa (e) |

    Artikolu 3 | Artikolu 3 |

    Artikolu 4(1) | Artikolu 4(1) |

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | ________ |

    Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu | Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 4(3) | Artikolu 4(3) |

    Artikolus 5, 6 u 7 | Artikolus 5, 6 u 7 |

    Artikolu 8(1) | Artikolu 8 |

    Artikolu 8(2) | ________ |

    Artikolu 9 | Artikolu 9 |

    Artikolu 10 | ________ |

    Artikolu 11 | ________ |

    Artikolu 12, kliem tal-bidu | Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |

    Artikolu 12, l-ewwel sal-ħames inċiż | Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, punti (a) sa (e) |

    Artikolu 12, is-sitt inċiż | ________ |

    Artikolu 12, is-seba' inċiż | ________ |

    Artikolu 12, kliem tat-tmiem | Artikolu 10, it tieni paragrafu |

    ________ | Artikolu 10, it-tielet paragrafu |

    Artikolu 13 (1) u (2) | Artikolu 11 (1) u (2) |

    ________ | Artikolu 11(3) |

    Artikolu 13(3) | ________ |

    Artikolu 14(1) | ________ |

    Artikolu 14(2) | Artikolu 12 |

    ________ | Artikolu 13 |

    Artikolu 15 | Artikolu 14 |

    Artikolu 16 | Artikolu 15 |

    Anness I sa VIII | Anness I sa VIII |

    ________ | Anness IX |

    ________ | Anness X |

    _____________

    [1] COM(87) 868 PV.

    [2] Magħmula skond il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlamemt Ewropew u l-Kunsill – Kodifikazzjoni ta' l-Acquis Communautaire, COM (2001) 645 finali.

    [3] Ara l-Anness IX, Parti A għal din il-proposta.

    [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendat mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)

    [5] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

    [6] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [8] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [9] ĠU L 320, 30.12.1995, p. 25. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 (ĠU L 290, 8.11.2007, p. 14).

    [10] Ara l-Anness IX Parti A.

    [11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11)

    [12] ĠU L [151, 15.6.1990], p. [1].

    [13] ĠU L 181, 26.6.1989, p. 47.

    [14] ĠU L Ö [118, 25.5.1995, p. 10.] Õ

    XX | Mhux Magħruf |Tip ta' bastiment mhux magħruf

    5X, 51, 54 56, 60, 61, 62 u 63)

    Top