This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0669
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2004/40/EC on minimum health and safety requirements regarding the exposure of workers to the risks arising from physical agents (electromagnetic fields) (eighteenth individual Directive within the meaning of Article 16(1) of Directive 89/391/EEC)
Proposta ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/CE rigward il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)
Proposta ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/CE rigward il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE)
/* KUMM/2007/0669 finali - COD 2007/0230 */
Proposta ta' direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/CE rigward il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) /* KUMM/2007/0669 finali - COD 2007/0230 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 26.10.2007 KUMM(2007) 669 finali 2007/0230 (COD) Proposta ta' DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2004/40/CE rigward il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-miri tagħha Din il-proposta għandha l-għan tipposponi sat-30 ta’ April 2012 il-perjodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE[1] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward ta’ l-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi). Fl-2006, il-Komunità medika għarrfet lill-Kummissjoni dwar it-tħassib tagħha rigward l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-valuri limiti ta’ espożizzjoni ffissati minn din jillimitaw, b’mod sproporzjonat, l-użu u l-iżvilupp tat-teknika ta' immaġni b’Reżonanza Manjetika (MRI), meqjusa llum bħala strument indispensabbli għad-dijanjożi u t-trattament ta’ bosta mard. Setturi industrijali oħrajn esprimew ukoll, għaldaqstant, it-tħassib tagħhom fuq l-impatt tad-direttiva fuq l-attivitajiet tagħhom. Il-Kummissjoni ħadet numru ta’ miżuri bħala rispons għal dan it-tħassib. Biex tkun trasparenti, hija kkuntattjat lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew u għarrfithom bil-miżuri li kienet beħsiebha tieħu. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jgħarrfuha bid-diffikultajiet eventwali marbuta ma’ l-implimentazzjoni tad-direttiva. Barra minn hekk, niedet studju biex jiġi vvalutat l-impatt reali tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fuq il-proċeduri mediċi li tuża l-MRI. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju se jkunu disponibbli fil-bidu ta’ l-2008 u jiġu kkomunikati lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew. Sadanittant, ir-riżultat ta’ studju mniedi mill-Gvern Brittaniku dwar l-iżvilupp tal-kampi elettro-manjetiċi madwar l-apparati ta’ l-MRI (Assessment of electromagnetic fields around magnetic resonance imaging (MRI) equipment) kif ukoll il-kummenti fuq ir-restrizzjonijiet eventwali ta’ l-MRI minħabba Direttiva Ewropea (Comments concerning possible MRI restrictions due to implementation of a EU Directive), imfassla mill-Kunsill tas-Saħħa ta’ l-Olanda (Gezondheidsraad) flimkien ma’ l-ekwivalenti Belġjan tiegħu, ġew ippublikati m’ilux. Fuq livell xjentifiku għoli, dawn iż-żewġ dokumenti jikkonfermaw il-possibbiltà ta’ interferenza tal-valuri limiti stabbiliti mid-Direttiva bil-prassi mediċi li tuża l-MRI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni internazzjonali għall-ħarsien kontra r-raġġi mhux jonizzati (International Commission for Non-ionising Radiation Protection – ICNIRP) bħalissa qed teżamina mill-ġdid il-linji gwida rigward il-kampi manjetiċi statiċi u l-kampi ta’ frekwenza baxxa li tvarja biż-żmien, li fuqhom id-Direttiva kienet oriġinarjament issejset. Fiż-żewġ każi, rakkomandazzjonijiet ġodda għandhom probabbilment jipprevedu, għall-kampi ta’ frekwenza baxxa, valuri limiti inqas stretti min dawk iffissati mid-Direttiva. Dawn il-bidliet se jiġu ġġustifikati mill-istudji xjentifiċi ġodda mwettqa mill-adozzjoni tad-Direttiva. Ir-rakkomandazzjonijiet il-ġodda ta’ l-ICNIRP huma mistennija għal Novembru 2007 u l-Ħarifa 2008 rispettivament. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) bħalissa qed timpenja ruħha biex tirrevedi l-kriterji tagħha ta’ iġjene ta’ l-ambjent għall-kampi elettro-manjetiċi biex jirreflettu l-aħħar studji xjentifiċi disponibbli. Il-perjodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE fil-liġi ta' l-Istati Membri hu ffissat għat-30 ta' April 2008. B’kunsiderazzjoni għall-iżviluppi msemmija, jeħtieġ li din id-data tiġi posposta b’erba’ snin biex: - tippermetti l-analiżi sħiħa ta’ l-istudji, kif ukoll dik imnieda mill-Kummissjoni, b'rigward il-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-valuri limiti ta' espożizzjoni ffissati mid-Direttiva għall-użu mediku ta’ l-MRI; - jiġu mistennija r-riżultati tar-reviżjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-ICNIRP u jitqiesu l-“kriterji ta’ iġjene ta’ l-ambjent għall-kampi elettro-manjetiċi” tad-WHO fuq il-bażi ta’ l-aħħar studji xjentifiċi rigward l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem tal-kampi elettro-manjetiċi ppubblikati mill-adozzjoni tad-direttiva u, fl-aħħar: - titmexxa stima ta’ l-impatt dettaljata tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva u tiġi proposta reviżjoni tad-direttiva maħsuba tiggarantixxi kemm livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema u ż-żamma u l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet mediċi u industrijali li jużaw kampi elettro-manjetiċi. | 120 | Kuntest ġenerali Id-Direttiva 2004/40KE hi t-18-il direttiva individwali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391//KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol. Hi tikkonċerna r-riskji, għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, ikkaġunati mill-effetti ħżiena magħrufa fuq żmien qasir ta’ espożizzjoni professjonali għall-kampi elettro-manjetiċi. Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva huma “preskrizzjonijiet minimi”, għalhekk kull Stat Membru jista’ jistipula dispożizzjonijiet aktar stretti. Id-Direttiva tistabbilixxi valuri limiti ta’ espożizzjonijiet għall-kampi elettriċi, manjetiċi u elettro-manjetiċi li jvarjaw biż-żmien bi frekwenzi li jvarjaw minn xejn sa 300 GHz[2]. L-ebda ħaddiem ma jista’ jkun espost għal valuri tal-kampi li jaqbżu dawn il-limiti, li jissejsu fuq l-effetti fuq is-saħħa u kunsiderazzjonijiet bijoloġiċi. Id-Direttiva tistipula wkoll, għall-kampi li jvarjaw biż-żmien iżda wkoll għall-kampi statiċi, valuri li jistigaw azzjoni. Dawn ta’ l-aħħar huma livelli espressi f’valuri li jistgħu jitkejlu direttament u li fuq il-bażi tagħhom min jimpjega għandu jieħu waħda jew aktar miżuri stipulati mid-Direttiva. Il-ħarsien ta’ dawn il-valuri li jistigaw l-azzjoni, barra minn hekk, jiggarantixxi r-rispett tal-valuri limiti ta’ espożizzjoni korrispondenti. Il-limiti imposti mid-Direttiva ġew stabbiliti fuq bażi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-ICNIRP, l-entità magħrufa globalment bħala l-awtorità fil-qasam tal-valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa ta’ dan it-tip ta’ raġġi. L-ICNIRP taħdem mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħal WHO, ILO, IRPA, ISO, CENELEC, IEC, CIE, IEEE, eċċ. Id-Direttiva hi msejsa fuq il-filosofija ta’ ħarsien li diġà ġiet prevista f’termini aktar ġenerali mid-Direttiva ta’ qafas 89/391/KEE. il-ħaddiema kollha, ikunu f’liema settur ta’ attività li jkunu, esposti għall-istess riskji għandhom dritt għall-istess livell ta’ ħarsien; obbligu, għal min iħaddem, li jiddetermina u jivvaluta r-riskji; tneħħija jew, meta ma jkunx possibbli, tixjin tar-riskji identifikati; tagħrif speċifiku, taħriġ u konsultazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati; sorveljanza medika xierqa. Id-Direttiva tapplika għas-setturi kollha ta’ attività, mingħajr eċċezzjoni, u għandha tiġi trasposta fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali sat-30 ta’ April 2008. Waqt id-diskussjonijiet qabel l-adozzjoni tagħha, il-każ speċifiku ta’ immaġni medika b’Reżonanza Manjetika ġie diskuss fid-dettall kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Parlament Ewropew. Esperti nazzjonali li ġejjin minn istituzzjonijiet bħan-National Radiation Protection Board (NRPB, UK), l'Institut national de recherche et de sécurité (INRS, Franza), il-Finnish Institute of Occupational Health (FIOH, il-Finlandja), il-Bundesamt für Strahlenschutz (BfS, il-Ġermanja), ipprovdew għajnuna teknika waqt in-negozjati fil-Kunsill. Il-presidenza tal-Kunsill, talbet, sikwit, l-opinjoni ta’ l-ICNIRP. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe xhieda li tippermetti li jinkixfu l-impatti negattivi, il-koleġiżlaturi adottaw id-Direttiva, permezz ta' ċerti emendi tal-valuri proposti oriġinarjament mill-Kummissjoni, b'mod partikolari t-tneħħija tal-fissazzjoni tal-valuri limiti ta' espożizzjoni għall-kampi manjetiċi statiċi, li jikkostitwixxu komponent essenzjali ta’ l-MRI, peress li dan il-valur kien qiegħed jiġi rrivedut fid-dawl ta' l-aħħar tagħrif xjentifiku li deher fi żmien l-adozzjoni tad-Direttiva. | 130 | 140 | Koerenza mal-politiki l-oħra u l-miri ta' l-Unjoni Din il-proposta hi koerenti mal-miri tal-politiki l-oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mat-titjib tal-qafas regolamentari bl-għan li jiġi ggarantit corpus tal-liġi Komunitarja sekondarja ċara, komprensibbli, aġġornata u konvivjali fl-interess taċ-ċittadini u ta’ l-operaturi ekonomiċi. Tabilħaqq, il-posponiment ta’ l-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali tad-Direttiva 2004/40/KE se jippermetti valutazzjoni aħjar ta’ l-effetti tagħha fuq il-livelli ta’ ħarsien tal-ħaddiema u ta’ l-impatt tagħha fuq il-prassi mediċi li tuża l-MRI u fuq ċerti proċeduri industrijali. Dan il-posponiment se jippermetti wkoll li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jiġu aġġornati fid-dawl ta’ l-aħħar għarfien xjentifiku rigward l-effetti tar-raġġi elettro-manjetiċi fuq is-saħħa, li kien għadhom mhux disponibbli meta saret l-adozzjoni. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA' L-IMPATT | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta' konsultazzjoni użati, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Konsultazzjoni tal-Kumitat konsultattiv għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 rigward il-ħolqien ta’ Kumitat Konsultattiv għas-sikurezza u s-saħħa fil-post tax-xogħol, li tat opinjoni favorevoli. Konsultazzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri permezz ta’ ittri indirizzati lir-Rappreżentazzjonijiet permanenti. Konsultazzjoni ta’ l-esperti xjentifiċi fil-qasam tal-Kummissjoni internazzjonali għall-ħarsien kontra r-raġġi mhux jonizzati waqt il-laqgħat bilaterali mad-dipartimenti tal-Kummissjoni. Minħabba n-natura tal-proposta li ma taffettwax id-data ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva mingħajr ma temenda d-dispożizzjonijiet ta’ sustanza, u wara konsultazzjoni tas-servizz ġuridiku u tas-segretarjat ġenerali tal-Kummissjoni, ġie deċiż li l-konsultazzjoni ta’ l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew, skond l-Artikolu 138 tat-Trattat KE, ma kinetx meħtieġa f’dan il-każ partikolari. | 212 | Synthèse des réponses reçues Les représentants des partenaires sociaux et les représentants gouvernementaux des vingt-sept États membres du comité consultatif pour la santé et sécurité sur le lieu de travail ont confirmé, lors de la réunion plénière du 21 juin 2007, la position présentée par son groupe de travail sur les rayonnements électromagnétiques chargé d’assister la Commission sur la question de l’IRM. Le comité s’est prononcé en faveur d’une solution globale pour toutes les catégories de travailleurs et d'un report de délai pour la transposition de la directive dans les législations nationales. Un délai supplémentaire est nécessaire pour clarifier l’interprétation de l’exposition aux champs magnétiques statiques et aux courants qu’ils génèrent et pour que l’ICNIRP arrête définitivement ses nouvelles recommandations. Un report du délai de transposition garantirait aussi que l'évaluation et le calcul des niveaux d'exposition s’effectuent sur la base de normes européennes harmonisées, actuellement en cours de définition par le Cenelec et attendues pour le printemps 2008. L-Istati Membri, fit-tweġibiet tagħhom għall-ittri indirizzati mill-Kummissjoni, jikkonfermaw it-tħassib li kien espress dwar id-diffikultajiet fl-applikazzjoni tat-test attwali tad-direttiva fis-settur tas-saħħa u qed jitolbu għal posponiment tal-perjodu għat-traspożizzjoni tad-direttiva li tippermetti lill-Kummissjoni, matul dan il-perjodu, li tippreżenta emenda tad-direttiva li tiggarantixxi ż-żamma u l-iżvilupp ta' l-MRI fir-rigward tal-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema. Il-konsultazzjonijiet ta' l-esperti xjentifiċi u ta' l-INCIRP jikkonfermaw l-opinjoni li skond hi ċerti valuri limiti, attwalment definiti fid-direttiva, jistgħu jitqiesu bħala li huma wisq restrittivi fid-dawl tal-għerf xjentifiku ġdid u, minħabba f’hekk, ikollhom impatt negattiv fuq l-użu ta' apparati b'reżonanza manjetika u ta' ċerti proċeduri industrijali. Barra minn hekk, joħroġ minn dawn il-konsultazzjonijiet li r-rakkondazzjonijiet ta' l-ICNIRP, li huma l-bażi tad-direttiva, jinsabu għaddejjin minn reviżjoni u li rakkomandazzjonijiet ġodda, kif ukoll verżjoni ġdida tal-kriterji ta' iġjene ta' l-ambjent għar-raġġi elettro-manjetiċi tad-WHO se jkunu disponibbli lejn l-aħħar ta' l-2008. | Kisba u użu ta' kompetenza | 229 | Il-Kummissjoni rrikorriet għall-parir ta' esperti xjentifiċi fir-rigward ta' l-effetti fuq is-saħħa tar-raġġi elettro-manjetiċi, rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, kif ukoll għar-riżultati ta' studju xjentifiku li tnieda mill-Gvern Britanniku dwar il-valutazzjoni ta' kampijiet elettro-manjetiċi madwar apparati ta ' l-MRI u dwar l-opinjoni tal-Kunsill tas-Saħħa ta' l-Olanda. L-opinjonijiet miġbura jirrakkomandaw li tkun posposta d-data tat-traspożizzjoni tad-direttiva. Barra minn hekk, studju xjentifiku biex jiddetermina l-livelli ta' espożizzjoni għal persunal mediku u l-effetti tagħhom fuq il-proċeduri użati għall-immaġni medika permezz ta' reżonanza manjetika ġie mniedi mill-Kummissjoni u r-riżultati tiegħu huma mistennija għall-bidu tas-sena 2008. | 230 | Stima ta' l-impatt Għażla 1: Ma jsir xejn f’dan l-istadju. Din l-għażla tobbliga lill-Istati Membri biex jittrasponu d-direttiva f’liġi nazzjonali fid-data prevista u li jagħmluha tapplika bil-konsegwenzi tagħha potenzjalment gravi fuq il-kontinwità ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-saħħa li jużaw it-teknika ta' l-MRI. Ċerti attivitajiet industrijali jistgħu wkoll isibu ruħhom affettwati inġustament. Għażla 2: Il-posponiment tad-data tat-traspożizzjoni tad-direttiva jippermetti fl-istess ħin li ma jkunx imblukkat intortament l-użu ta’ l-MRI jew ta’ attivitajiet industrijali oħra. Fl-istess waqt, il-valuri limiti ta’ espożizzjoni ta’ ħaddiema għall-kampi elettro-manjetiċi jinsabu għaddejjin minn reviżjoni mill-komunità xjentifika. Għalhekk dan il-posponiment jagħti ż-żmien biżżejjed għal reviżjoni tad-direttiva, u b’mod partikolari tal-valuri limiti tagħha ta’ espożizzjoni, fid-dawl ta’ għerf ġdid xjentifiku biex fl-istess ħin jiggarantixxi livelli għolja tal-protezzjoni tal-ħaddiema u l-kontinwità ta’ attivitajiet ekonomiċi. L-emenda proposta ma taffettwax l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jittrasponu d-direttiva fid-data tat-30 ta’ April 2008. Hija ma timponix obbligi supplementari fuq l-intrapriżi. Meta titqies in-natura tagħha, il-proposta attwali mhijiex suġġetta għal stima ta’ impatt mill-aktar żviluppat. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira tal-miżuri proposti Il-proposta temenda l-Artikolu 13(1), tad-Direttiva 2004/40/KE bil-ħsieb li tipposponi d-data tat-traspożizzjoni għat-30 ta’ April 2012. | 310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 137(2), tat-Trattat KE. | 320 | Prinċipju tas-sussidjarità Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika safejn il-proposta tikkonċerna qasam, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fix-xogħol, li ma tagħmilx parti mill-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | Il-miri tal-proposta ma jistgħux jitwettqu b’mod suffiċjenti bl-azzjoni ta’ l-Istati Membri, għaliex l-emenda u r-revoka ta’ dispożizzjonijiet tad-direttivi ma jistgħux isiru fil-livell nazzjonali. | 323 | Il-miri tal-proposta jistgħu jiġi affetwawti biss minn azzjoni tal-Komunità, għaliex din il-proposta temenda att ta’ liġi Komunitarja fis-seħħ, xi ħaġa li ma tistax titwettaq mill-Istati Membri nfushom. | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rispettat dment li l-proposta temenda dispożizzjonijiet komunitarji li huma diġà eżistenti. | Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, għaliex | 331 | il-proposta tilimita ruħha li tipposponi d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva għat-30 ta’ April 2012, biex jingħata ż-żmien meħtieġ għall-istima ta’ l-impatt tagħha fost oħrajn fuq l-użu ta’ l-MRI u biex ikun addattat għal għerf xjentifiku ġdid. | Għażla ta' strumenti | 341 | Strument(i) propost(i): id-direttiva. | 342 | Strumenti oħra ma jistgħux ikunu adegwati. Hija kwistjoni ta’ emenda tad-direttiva, l-uniku mezz xieraq huwa l-adozzjoni ta’ direttiva. | IMPATT BAġITARJU | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Is-simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta ma tintroduċix simplifikazzjoni ta’ natura leġiżlattiva. Hija tistipula biss il-posponiment tad-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE għat-30 ta’ April 2012. | 520 | Revoka ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi eżistenti L-adozzjoni tal-proposta ma tinvolvix l-irtirar ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jinsabu fis-seħħ. | 560 | Żona Ekonomika Ewropea Dan l-abbozz ta' liġi jikkonċerna qasam kopert mill-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk hemm lok li jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta, għal kull kapitolu jew artikolu Din il-proposta temenda d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE għat-30 ta’ April 2012. Dawn l-erba' snin addizzjonali għat-traspożizzjoni f'liġi nazzjonali ta' dispożizzjonijiet tad-direttiva huma ġġustifikati mill-biżgħat espressi, u parti minnhom konfermati, minn effett sproporzjonat ta' valuri limiti ta' espożizzjoni ffissati bid-direttiva fuq il-kontinwità ta' atti mediċi li jużaw l-immaġni medika bir-reżonanza manjetika u bil-ħtieġa li l-komunità xjentifika tingħata żmien biżżejjed biex tivvaluta l-aħħar studji xjentifiċi relattivi għall-effetti fuq is-saħħa tar-raġġi elettro-manjetiċi, li huma l-bażi ta' valuri limiti u tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva. L-Artikolu 1 tal-proposta jemenda f'dan is-sens l-Artikolu 13 "Traspożizzjoni", paragrafu 1, tad-Direttiva 2004/40/KE. | Idirective | 1. 2007/0230 (COD) Proposta ta' DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2004/40/CE rigward il-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (is-sbatax-il Direttiva individwali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu, wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3], wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5], waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Billi: (1) Id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament u tal-Kunsill[7] tistabbilixxi l-preskrizzjonijiet minimi tas-sigurtà u tas-saħħa għall-protezzjoni ta' ħaddiema kontra r-riskji li jirriżultaw minn espożizzjoni għal kampi elettro-manjetiċi. L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva msemmija, jistipula li l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi biex jikkonformaw mad-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' April 2008, (2) Id-Direttiva 2004/40/KE tistipula valuri li jistigaw l-azzjoni u valuri limiti bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni internazzjonali għall-protezzjoni kontra r-raġġi mhux jonizzanti. Studji xjentifiċi ġodda rigward l-effetti fuq is-saħħa ta' espożizzjonijiet għar-raġġi elettro-manjetiċi, li saru pubbliċi wara l-adozzjoni tad-direttiva, ġew mgħarrfa lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; ir-riżultati ta' dawn l-istudji xjentifiċi bħalissa qed ikunu eżaminati mill-Kummissjoni internazzjonali għall-protezzjoni kontra r-raġġi mhux jonizzanti fid-dawl tar-reviżjoni li għaddejja attwalment tar-rakkomandazzjonijiet tagħha, min-naħa l-waħda, u mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fid-dawl tar-reviżjoni tal-"kriterji ta' iġjene ta' l-ambjent" tagħha, min-naħa l-oħra. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġodda, li l-pubblikazzjoni tagħhom mistennija li ssir sa l-aħħar tas-sena 2008, huma suxxettibbli li jżommu elementi li jistgħu jwasslu għal emendi sostanzjali ta' valuri li jattivaw l-azzjoni u ta' valuri limiti, (3) F'dan il-kuntest, ikun jaqbel li jkun eżaminat mill-ġdid b'mod profond l-effett eventwali tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/40/KE fuq l-użu ta' proċeduri mediċi fuq l-immaġni medika u fuq ċerti attivitajiet industrijali. Ġie mniedi studju mill-Kummissjoni biex tkun ivvalutata b'mod dirett u kwantitattiv is-sitwazzjoni f'dak li jirrigwarda l-immaġni medika. Ikun jaqbel għalissa li jingħata kas tar-riżultati ta' dan l-istudju, li huma mistennija fil-bidu tas-sena 2008, u dawk ta' studji simili li tnedew fl-Istati Membri, biex ikun assigurat il-bilanċ bejn il-prevenzjoni ta' riskji potenzjali għas-saħħa tal-ħaddiema u l-aċċess għall-benefiċċji permessi mill-użu effikaċi ta' teknoloġiji mediċi ikkonċernati, (4) Id-Direttiva tistipula fl-Artikolu 3(3) tagħha, li l-valurazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkolu ta' l-espożizzjoni tal-ħaddiema għal kampi elettro-manjetiċi huma regolati minn normi Ewropej armonizzati stabbiliti mis-Cenelec Jeħtieġ li jingħata kas tan-normi armonizzati, li huma essenzjali biex tkun assigurata applikazzjoni armonjuża tad-direttiva u li huma mistennija għas-sena 2008, (5) It-tul ta' żmien meħtieġ biex tinkiseb u tkun analizzata informazzjoni ġdida kif ukoll biex titfassal u tiġi adottata proposta ġdida ta' direttiva, tiġġustifika l-posponiment ta' erba' snin tad-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/40/KE, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: «1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sat-30 ta' April 2012 l-aktar tard. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 2 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 184, ta’ l-24.5.2004, p. 23. [2] 300 GHz: Frekwenza ta’ 300 biljun hertz. Il-«hertz» (taqsira Hz) hi l-unità internazzjonali ta' frekwenza. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU C […], […], p. […]. [5] ĠU C […], […], p. […]. [6] ĠU C […], […], p. […]. [7] ĠU L 184, 24.5.2004, p. 23