EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0653

Proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

/* KUMM/2007/0653 finali - COD 2007/0233 */

52007PC0653

Proposta ghal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 /* KUMM/2007/0653 finali - COD 2007/0233 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.10.2007

KUMM(2007) 653 finali

2007/0233 (COD)

Proposta ghal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għan ta’ din il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li ssir revizjoni tas-sistema ta' l-istatistika attwali tal-kummerċ fil-merkanzija mal-pajjiżi mhux membri (Extrastat) biex:

- tirrendi l-leġiżlazzjoni aktar ċara, sempliċi u trasparenti;

- tadatta s-sistema ta' l-istatistika tal-kummerċ barra l-Komunità għat-tibdiliet li għandhom jiġu introdotti fil-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mad-dikjarazzjoni doganali permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet Uniċi għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew il-proċedura ta’ żdoganar lokali[1] kif ukoll permezz ta’ żdoganar ċentralizzat skond il-Kodiċi Doganali Komunitarju aġġornat (li għandu jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992);

- tnaqqas ‘l-effett ta’ Rotterdam’ li jirriżulta (a) f’rappreżentazzjoni żejda fl-istatistika tal-kummerċ estern ta’ l-Istati Membri li għandhom livell għoli ta’ żdoganar jew esportazzjoni iżda li għandhom biss ir-rwol ta’ pajjiżi ta’ tranżitu għad-detriment ta’ l-Istati Membri li huma d-destinazzjoni attwali jew minn fejn tintbagħat tal-merkanżija u (b) f’rapport doppju ta’ l-istess merkanzija f’Extrastat bħala merkanzija mhux Komunitarja u mbagħad f’Intrastat bħala merkanzija Komunitarja ġejja minn Stat Membru ieħor, b’sitwazzjoni komparabbli fl-esportazzjoni;

- iżżid ir-rilevanza, l-preċiżjoni, l-puntwalità u l-komparabilità ta' l-istatistika tal-kummerċ estern, u tistabbilixxi sistema għall-evalwazzjoni ta' kwalità;

- tappoġġja r-rabta ta’ l-istatistika kummerċjali ma’ l-istatistika tan-negozju.

- tirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ l-utenti billi tiġbor statistika kummerċjali addizzjonali bl-użu ta’ tagħrif disponibbli fid-dikjarazzjonijiet doganali;

- tikkontrolla, f’konformità mal-Kodiċi ta’ Prattika ta' l-Istatistika Ewropea, l-aċċess privileġġjat għad- data sensittiva tal-kummerċ estern.

1.2. Kuntest ġenerali

L-istatistika tal-kummerċ estern (Extrastat) tirreġistra l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ merkanzija mill-Istati Membri ma’ pajjiżi li mhumiex membri. Dan it-tagħrif huwa ta’ importanza essenzjali għal-linji politiċi ekonomiċi u kummerċjali Ewropej u għall-analiżi ta' l-iżvilupp tas-suq għal kommoditajiet individwali. L-istatistika fiha r-rekords ta’ kull xahar dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet espressi f'valur u kwantità, imqassma mill-Istat Membru li jkun qed jirrapporta u mill-pajjiż imsieħeb, mill-kommodità skond in-Nomenklatura Magħquda, mill-mezz ta’ trasport u mit-trattament tat-tariffi (fil-każ ta’ l-importazzjonijiet).

Għajr għal ċerti movimenti speċifiċi, l-Extrastat hija msejsa fuq data miġbura mid-dikjarazzjoni doganali. L-użu tad-dikjarazzjoni doganali bħala għejun tat-tagħrif statistikali jfisser li l-ebda piż dirett ta' rapportar statistikali m’hu qed jiġi impost fuq il-kummerċjanti. Billi t-tagħrif huwa ta’ kwalità tajba, l-użu kontinwu ta’ dikjarazzjoni doganali għall-produzzjoni ta’ l-istatistika dwar il-kummerċ estern huwa ferm mixtieq.

Filwaqt li statistika bħal din timmira li tagħti stampa tal-flussi tal-kummerċ estern tal-Komunità meħud globalment, hija għandha wkoll tagħti lok għal analiżi ta' dawn il-flussi mill-Istat Membru.

1. Madankollu, l-iżvilupp ta’ metodi ġodda għall-iżdoganar tal-merkanzija mal-Komunità kollha (Awtorizzazzjonijiet Uniċi għall-użu ta’ Proċeduri Simplifikati, Żdoganar Ċentralizzat) jirrendi l-aġġustament tal-ġbir ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern bħala meħtieġ kif ukoll, f’dan il-kuntest, l-aġġustament tal-lista tad- data statistikali li għandha tinġabar mid-dikjarazzjoni doganali.L-Awtorizzazzjoni Unika għall-użu tad-dikjarazzjoni simplifikata jew tal-proċedura ta’ żdoganar fil-kuntest tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, li għandha tiġi introdotta fl-2008, kif ukoll l-'Iżdoganar Ċentralizzat', li għandu jiġi introdott mill-Kodiċi Doganali aġġornat, għandhom jippermettu lil persuna li tagħmel dikjarazzjoni doganali fuq il-post fejn hi tinsab stabbilita għal merkanzija li tasal f’post ieħor. Skond dawn il-proċeduri, il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni doganali tista’ għalhekk tkun disassoċjata kemm mill-post ta’ dħul jew ta’ ħruġ u mill-eżami tal-merkanzija u mill-post tad-destinazzjoni finali tal-merkanzija importata kif ukoll mill-post tat-tluq attwali tal-merkanzija li għandha tiġi esportata. B’konsegwenza ta' dan, id- data doganali meħtieġa għall-istatistika tista' ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni finali ta’ l-importazzjonijiet jew fl-Istat Membru tat-tluq attwali ta’ l-esportazzjonijiet, iżda biss fl-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni. Din hi r-raġuni għalfejn huwa meħtieġ li jitqies il-kunċett ta’ l-Istat Membru li ‘qed jimporta’ jew li ‘qed jesporta’ mil-lat statistiku, biex jiġi ddefinit b'aktar preċizjoni l-għajn tad- data doganali għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja u d- data li għandha tiġi rrapportata, u biex ikun żgurat l-iskambju tat-tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri differenti involuti.L-aġġustament tad-definizzjoni ta’ l-Istat Membru li qed jimporta u li qed jesporta għandha tnaqqas ukoll l-‘effett ta’ Rotterdam’, li jkun jidher meta l-merkanzija, jew qabel titlaq mill-UE jew wara li tidħol fl-UE, timxi minn Stat Membru għall-ieħor, iżda l-formalitajiet doganali jitwettqu fl-Istat Membru tad-dħul jew tal-ħruġ mill-UE. B’riżultat ta’ dan, għall-importazzjonijiet, il-flussi kummerċjali huma rrapportati darba bħala merkanzija mhux Komunitarja fis-sistema Extrastat u darba oħra bħala merkanzija Komunitarja fi ħdan is-sistema Intrastat (jiġifieri statistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri). Għall-esportazzjonijiet, l-istatistika timplika li l-esportazzjoni tibda mill-Istat Membru ta’ ħruġ, aktar milli minn fejn l-esportatur attwali huwa stabbilit. Dan jirrendi l-interpretazzjoni ta’ l-Istatistika Komunitarja bħala waħda kumplikata.

2. It-titjib fil-preċiżjoni u l-puntwalità huwa prattiku; dan għandu jagħmel l-użu ta' l-istatistika tal-kummerċ estern aktar effiċjenti, billi l-iskambju elettroniku tad- data bejn l-amministrazzjonijiet Doganali (nazzjonali u fl-UE kollha), u bejn l-operaturi kummerċjali u l-amministraturi Doganali jsir dejjem aktar standard (taħt l-inizjattiva e-dwana). Il-proposta titlob aġġornament kontinwu taċ-ċifri ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni, filwaqt li tqis l-aktar data riċenti disponibbli, inklużi l-bidliet li jsiru fid-Dwana wara li d-dikjarazzjoni tkun ġiet aċċettata. Iż-żmien preskritt għat-trażmissjoni tad- dat a lill-Eurostat għandu jitqassar għal 40 jum wara x-xahar ta' referenza, bil-possibbiltà fid-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li dan jitqassar anki iżjed fil-ġejjieni.

3. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) irċeviet talbiet addizzjonali mill-utenti li tqiesu fl-abbozz tal-qafas legali.

4. Il-BĊE u d-DĠ ECFIN jeħtieġu tagħrif għas-sorveljanza tal-kwota ta' l-Euro fil-kummerċ merkantili internazzjonali. Għalhekk, il-valuta tal-fatturazzjoni għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet għandha tiġi rrapportata f’livell aggregat.

5. Id-DĠ TRADE u d-DĠ AGRI jeħtieġu data aktar affidabbli dwar it-trattament tat-tariffi fuq il-merkanzija importata fl-UE, inkluż tagħrif dwar il-kwoti.

6. L-istatistika tal-kummerċ estern tipprovdi data għall-Bilanċ tal-pagamenti u l-Kontijiet Nazzjonali. Il-karatteristiċi li jippermettu li l-istatistika tal-kummerċ estern tiġi adattata għall-għanijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti għandhom jiġu inklużi fis-sett ta’ data obbligatorju u standard.

7. Biex jallokaw l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ l-UE lill-Istati Membri taħt l-‘Iżdoganar Ċentrali’, l-utenti jeħtieġu d- data dwar ‘l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali’, għall-importazzjonijiet, u dwar ‘l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni attwali' għall-esportazzjonijiet.

8. Fi ħdan il-qafas il-ġdid ta’ l-Extrastat, id- data kummerċjali ta' l-Istati Membri se tinqasam mill-karatteristiċi tan-negozju b'tali mod li jkun possibbli li wieħed jara, per eżempju, kif il-kumpaniji Ewropej qed jaħdmu fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Ir-rabta bejn l-istatistika tan-negozji u dik kummerċjali tista’ tiġi stabbilita bl-użu ta' tagħrif dwar l-importatur u l-esportatur disponibbli fid-dikjarazzjoni doganali.

1.3. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta' Mejju 1995, dwar l-istatistika li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha ma’ pajjiżi li mhumiex membri, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 tas-7 ta’ Settembru 2000 li jistipula ċerti dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 rigward l-istatistika tal-kummerċ estern. Il-proposta u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħha għandhom jieħdu post dawn ir-Regolamenti.

1.4. Konsistenza ma’ linji politiċi u għanijiet oħra ta’ l-UE

Konsistenti mal-kummerċ komuni, mad-dwana u mal-politika makroekonomika.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ANALIżI TA' L-IMPATT

2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Mill-ħarifa ta’ l-2004, qed isiru diskussjonijiet dwar l-abbozz tar-Regolament Extrastat fi grupp ta’ proġett magħmul minn esperti mill-Istati Membri, u fi ħdan il-Kumitat ta’ l-Extrastat.

Twaqqaf Grupp Inter-Service ta’ Koordinazzjoni (id-DĠ li qed jieħdu sehem huma: ESTAT, AGRI, ENTR, FISH, TAXUD, TRADE, TREN) biex jikkummentaw dwar il-proposta fid-diversi stadji tat-tfassil.

Saru bosta diskussjonijiet mal-BĊE dwar il-valuta tal-fatturazzjoni.

2.2. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Ma kienx meħtieġ għarfien espert estern.

2.3. Analiżi ta' l-effetti u l-konsegwenzi

Ġew identifikati għadd ta’ għażliet għall-istatistiċi dwar il-kummerċ estern.

Għażla A: Żomm l-i status quo u tbiddilx il-leġiżlazzjoni eżistenti.

Għażla B: Stenna fir-rigward ta’ kull leġiżlazzjoni Extrastat sakemm jiġi implimentat il-Kodiċi Doganali aġġornat, sakemm it-tlestija ta’ data addizzjoni dwar id-dikjarazzjoni doganali ssir obbligatorja, u sakemm jiġi stabbilit l-iskambju elettroniku ta’ data bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

Għażla Ċ: Implimenta sistema ġdida ta’ Extrastat fl-2009 li tinkorpora dispożizzjonijiet temporanji validi sakemm id-dispożizzjonijiet doganali jiġu adattati.

L-għażla Ċ, għal regolament ġdid tal-PE/tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja tal-kummerċ estern fl-2009, hija l-għażla ppreferuta għar-raġunijiet li ġejjin:

- ‘L-Awtorizzazzjoni Unika’ għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew il-proċedura ta’ żdoganar għad għandha karattru pilota u hija msejsa fuq ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri. Madankollu, il-Kummissjoni (TAXUD) tinkoraġġixxi l-użu ta’ dawn il-proċeduri ssimplifikati u qed tiżviluppa proċeduri standard u tipproponi bidliet fid-dispożizzjonijiet doganali implimentattivi previsti għal Jannar 2008. L-użu, skond l-Awtorizzazzjoni Unika, tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew tal-proċedura lokali ta’ żdoganar għall-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera, flimkien ma' 'l-iżdoganar ċentralizzat' skond il-Kodiċi Doganali Aġġornat, għandu jiddisassoċja l-post fejn issir id-dikjarazzjoni doganali mil-lokazzjoni fiżika tal-merkanzija. L-użu ta’ dawn il-proċeduri huwa maħsub li japplika fil-Komunità kollha, u jista’ jwassal għal bidliet strutturali fil-proċeduri ta’ żdoganar b’effetti sinifikanti ta’ simplifikazzjoni għall-esportaturi u l-importaturi Komunitarji.

- Rigward il-kompilazzjoni ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern, id-dispożizzjonijiet attwali huma ambigwi, u xi stati Membri bdew jiġbru data direttament minn operaturi tal-kummerċ f’każijiet fejn il-merkanzija tinsab fuq it-territorju tagħhom għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni, iżda d-dikjarazzjoni doganali ssir fi Stat Membru ieħor. Dan iżid il-piż tar-rapportar ta’ l-istatistika u jnaqqas il-kwalità ta’ l-istatistika Komunitarja. Il-proċeduri ta’ ‘Żdoganar Ċentralizzat’ huma maħsuba, fis-snin li ġejjin, li jżidu l-volum fil-kummerċ iddikjarat fil-post fejn l-importatur/l-esportatur huwa stabbilit, aktar milli fil-post ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni fiżika tal-merkanzija. Jeżisti benefiċċju ovvju fil-kompilazjoni ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern f’din iċ-ċentralizzazzjoni, billi l-importatur/l-esportatur attwali u l-Istat Membru attwali ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkanzija jistgħu jiġu identifikati aktar faċilment. Dan, madankollu, jista’ jiġi kkumpensat, jekk id-dispożizzjonijiet u l-prattika attwali għall-kompilazzjoni jissuktaw; il-kompilazzjoni tista’ ssir aktar u aktar inkoerenti, ta' xkiel u skorretta. Arranġamenti ġodda huma essenzjali u l-proposta tispeċifika liema dikjarazzjoni doganali se tintuża f' liema Stati Membri, u din ma tipprevedix ġbir dirett ta' data mill-esportaturi u l-importaturi. Ix-xejra li l-Istati Membri japplikaw prattika differenti, jużaw għejun ta’ data differenti u jinkludu/jeskludu tranżazzjonijiet kummerċjali skond il-ġudizzju jew il-kapaċità individwali tagħhom, għandhom jiġu rriversati biż-żmien.

- Biex tilħaq l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament il-ġdid, għandha titħejja bidla għad-dispożizzjonijiet implimentattivi tal-Kodiċi Doganali Komunitarju b’tali mod li d- data dwar l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali u dwar l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni attwali jsiru obbligatorji u jinġabru mid-Dwana. Attwalment, it-tagħrif jista' jinkiseb parzjalment biss, u huwa f’idejn kull Stat Membru biex jitlob id- data . Flimkien ma’ dan, għandu jitqies l-iskambju tad- data bejn l-Istati Membri meta d-Dwana tkun qed tfassal is-sistema awtomatizzata ta’ importazzjoni u esportazzjoni (AIS & AES). Dan għandu jippermetti lill-Istati Membri li jiskambjaw iċ-ċifri tagħhom ta' importazzjoni u esportazzjoni skond il-kunċett ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali/l-esportazzjoni attwali. Il-proposta tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-istatistika kummerċjali li għandhom jiġu adattati bil-mod il-mod sakemm id- data meħtieġa tkun disponibbli fl-Istati Membri kollha. Din l-istrateġija tnaqqas id-dipendenza fuq l-iskeda ta’ ħin għad-dispożizzjonijiet doganali li jinbidlu, iżda fl-istess ħin tinkoraġġixxi l-Istati Membri biex jadattaw rekwiżiti ġodda aktar malajr. B’mod partikolari, il-ġbir progressiv ta’ data li jappartjeni lill-Istat Membru tad-destinazzjoni finali u ta’ l-esportazzjoni attwali għandu jagħmilha eħfef għall-investigazzjoni tal-qabża li qed tiżdied bejn l-Istati Membri fejn issir id-dikjarazzjoni doganali u l-Istati Membri maħsuba ta’ importazzjoni u esportazzjoni. Iċ-ċifri kummerċjali għandhom jixxerrdu mill-Eurostat skond l-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni doganali, iżda l-utenti jkunu diġà jistgħu jingħataw tagħrif parzjali dwar l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew ta’ l-esportazzjoni attwali.

- Dewmien fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għandu jkollu effetti negattivi fuq l-aspetti l-oħrajn kollha tal-proposta, bħall-puntwalità u r-rekwiżiti l-ġodda għall-utenti.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1. Sinteżi ta' l-azzjoni proposta

Din il-proposta tipprovdi qafas legali għat-titjib tal-kwalità u t-trasparenza ta’ Extrastat; tirreaġixxi għall-ambjent amministrattiv li dejjem jinbidel, u għandha tissodisfa r-rekwiżiti l-ġodda ta’ l-utenti.

3.2. Bażi legali

L-Artikolu 285 tat-Trattat jipprovdi l-bażi legali ta’ l-istatistika Komunitarja. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi skond il-proċedura ta’ ko-deċiżjoni, jadotta miżuri għall-produzzjoni ta’ l-istatistika meħtieġa għall-prestazzjoni ta’ l-attivitajiet Komunitarji. Dan l-artikolu jistabbilixxi r-rekwiżiti relatati mal-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja u ma’ l-istandards meħtieġa ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività ta’ nfiq u kunfidenzjalità ta’ statistika.

3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjeta japplika sakemm il-proposta ma taqax fi ħdan il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

L-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-produzzjoni ta' statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju fuq il-bażi ta' att ġuridiku Komunitarju, billi l-Kummissjoni biss tista' tikkoordina l-armonizzazzjoni meħtieġa ta' tagħrif dwar l-istatistika fil-livell Komunitarju, filwaqt li l-ġbir tad- data u l-kumpilazzjoni ta' l-istatistika kumparabbli tal-kummerċ estern jistgħu jiġu organizzati mill-Istati Membri. Għaldaqstant, il-Komunità tista' għalhekk tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

3.4. Il-Prinċipju tal-Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għal minimu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan u ma jmurx aktar lil hinn milli jkun meħtieġ għal dak l-iskop. Il-proposta tispeċifika r-rekwiżiti tad- data tal-Komunità dwar il-kummerċ fil-merkanzija ma' pajjiżi mhux membri, waqt li tirreferi kemm jista’ jkun għal tagħrif li huwa ddikjarat mill-importaturi u l-esportaturi għall-għanijiet doganali (jiġifieri l-istatistika tal-kummerċ estern hija msejsa fuq sorsi amministrattivi). Madankollu, għal raġunijiet ġġustifikati tajjeb, iridu jinġabru xi elementi addizzjonali tad- data meħtieġa għad-dikjarazzjoni doganali għall-għanijiet ta’ statistika.

Biex takkomoda r-rekwiżiti l-ġodda ta’ l-utenti u biex tinżamm statistika preċiża, il-proposta żżid elementi ġodda tad- data għall-ġbir ta' l-istatistika tal-kummerċ estern. Xi wħud mid- data (l-identifikazzjoni ta' l-importatur u l-esportatur, il-pajjiż tal-kunsinna) hija meħtieġa fid-dikjarazzjoni doganali u għandha tintuża fil-ġejjieni għall-istatistika. Dan ma għandux jinvolvi piż addizzjonali ta’ rapportar għall-kumpaniji; l-amministrazzjonijiet nazzjonali jkollhom biss jadattaw kemm xejn it-trażmissjoni tad- data u s-sistemi ta’ pproċessar tagħhom.

Il-proposta titlob wkoll in-numru ta' l-ID tal-kwota għat-tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni. Għalkemm it-tagħrif jinżamm mill-amministrazzjoni nazzjonali tad-Dwana, il-kompilazzjoni għall-għanijiet ta’ statistika hija aktar kumplessa, billi ta' sikwit, it-tagħrif ma jitteħidx direttament mid-dikjarazzjoni doganali u jista’ jkun biss disponibbli tard, wara li s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu taw il-kwota.

Madankollu, l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali/l-esportazzjoni attwali għadu mhuwiex qed jintalab fl-Istati Membri kollha fuq id-dikjarazzjoni doganali, u dan l-element se jwassal fit-terminu l-qasir għal piż addizzjonali ta’ rappurtar għall-operaturi kummerċjali. Madankollu, dan it-tagħrif jitqies bħala essenzjali biex ilaħħaq ma’ ‘l-Iżdoganar Ċentralizzat’. L-obbligu tar-rappurtar globali ta’ l-istatistika għandu jitnaqqas fit-terminu l-medju, billi l-ħsieb huwa li jitwaqqfu t-talbiet tad-dikjarazzjonijiet ta' l-Intrastat dwar il-movimenti fil-Komunità qabel jew wara r-rilaxx mid-dwana jekk it-tagħrif ikun jinsab fid- data doganali. Permezz tal-għoti ta’ kodiċi alfanumeriku b'żewġ ċifri tal-pajjiż fuq id-dikjarazzjoni doganali, jistgħu jiġu evitati żewġ dikjarazzjonijiet kompluti ta’ l-Intrastat (waħda mat-tluq u l-oħra mal-wasla).

Barra minn hekk, id -data dwar ‘il-valuta tal-fatturazzjoni (għall-esportazzjonijiet) u ‘n-natura tat-tranżazzjoni’ mhumiex disponibbli għal kollox fid-dikjarazzjoni doganali fl-Istati Membri kollha. Il-ġbir tagħhom ikun jinvolvi xi piż żejjed (limitat) f’dawk il-ftit Stati Membri li ma jiġbruhomx fil-preżent.

Wara l-konsultazzjoni ma’ l-utenti ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern, il-proposta m’għadhiex titlob ‘in-nazzjonalità ta’ l-mezz attiv ta’ transport li qed jaqsam il-fruntiera’. It-tneħħija ta’ dan ir-rekwiżit jista’ jikkumpensa parzjalment għat-talba għat-tagħrif addizzjonali ta’ hawn fuq.

Fl-2008 hija ppjanata t-tnedija tal-programm MEETS ( Modernisation of European Enterprise and Trade Statistics – Il-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika ta’ l-Intrapriża u tal-Kummerċ Ewropej). Parti mill-baġit ta’ dan il-programm huwa maħsub għat-tmexxija tas-sistema l-ġdida ta’ l-Extrastat.

3.5. L-għażla ta' strumenti

Strument propost: Regolament tal-PE/Kunsill.

Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin:

- Hija ħaġa aċċettata b'mod ġenerali li regolament tal-PE/Kunsill ikun xieraq għall-parti l-kbira ta' l-attivitajiet ta' l-istatistika li jeħtieġu applikazzjoni uniformi u dettaljata madwar il-Komunità.

- Regolament huwa preferut minn direttiva bħala att bażiku għax, kuntrarjament għal direttiva, regolament jistipula l-istess liġi madwar il-Komunità, li jħalli lill-Istati Membri bla poteri dwar japplikawhx parzjalment jew b'mod selettiv u ma jagħtihom l-ebda għażla fil-forma u l-metodi li jridu jintużaw biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

- Barra minn hekk, regolament huwa applikabbli direttament, li jfisser li ma għandux bżonn li jiġi traspost fil-liġi nazzjonali, b'hekk jevita dewmien marbut ma’ traspożizzjonijiet bħal dawn. Dan iwassal ukoll għal leġiżlazzjoni aħjar u iżjed malajr.

4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-baġit tal-programm MEETS jista’ jitqies li jkopri l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida ta’ l-Extrastat (2010: 335; 2011: 600; 2012: 600; 2013: 600 f’'000 EUR huma mwarrba għall-aġġustament ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern).

5. TAGħRIF SUPPLIMENTARI

5.1. Simplifikazzjoni

Il-proposta għandha effett potenzjali ta’ simplifikazzjoni li jista’ jnaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-kumpaniji. Id-daqs eżatt ta’ dan l-effett huwa fil-preżent diffiċli li jkun previst. Il-benefiċċji ta’ simplifikazzjoni għandhom jitwettqu bis-sħiħ fit-terminu t-twil wara li r-regoli doganali l-ġodda jkunu stipulati, l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali/l-esportazzjoni attwali għandu issa jinġabar mill-Istati Membri kollha, u l-iskambju elettroniku tad- data tat-tagħrif doganali jibda jaħdem. Minn hawn 'il quddiem, iċ-ċifri Komunitarji u nazzjonali għandhom jinġabru skond l-istess proċeduri, u t-tnejn se jissejsu fuq data amministrattiva (id-dikjarazzjoni doganali). Flimkien ma’ dan, il-piż tar-rappurtar tas-sistema Intrastat se tiħfief ladarba l-istatistika kummerċjali tinxtered skond l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali u ta’ l-esportazzjoni attwali, u ma jkun hemm l-ebda ħtieġa ulterjuri oħra għar-rapportar tal-movimenti relatati fil-Komunità.

Min-naħa l-oħra, id- data addizzjonali meħtieġa tkun tfisser, min-natura tagħha, piż żejjed għall-amministraturi nazzjonali u għar-rispondenti (ara l-kapitolu 3.4 dwar il-Proporzjonalità). Madankollu, iż-żamma tas-sistema eżistenti għandha mnejn iżżid il-piż tar-rappurtar aktar drastikament u fl-istess ħin tnaqqas il-kwalità ta' l-istatistika. Qed jitqies li, jekk ma jsirux bidliet legali l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika se jkomplu jiġbru aktar u aktar data għall-istatistika tal-kummerċ estern direttament mill-kumpaniji, minħabba li l-awtoritajiet Doganali nazzjonali tagħhom ma jistgħux jipprovdu t-tagħrif meħtieġ skond ‘l-Iżdoganar Ċentralizzat’. Li jirrendi s-sitwazzjoni agħar huwa li dawn il-kumpaniji li jirrappurtaw lanqas biss huma stabbiliti fl-Istati Membri rilevanti, li jfisser inqas opportunità għall-verifika tat-tkomplija u l-kwalità tad- data (biex wieħed ma jsemmix il-problemi tal-lingwa).

Differenti mil-leġiżlazzjoni eżistenti, il-proposta ma tirreferix aktar għall-istatistika Komunitarja relatata mat-tranżitu, ma’ l-imħażen doganali u maż-żoni u l-imħażen ħielsa, minħabba li l-ebda ħtieġa ma ssemmiet mill-istituzzjonijiet Komunitarji għal dik l-istatistika.

5.2. Revoka ta' leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta twassal għar-revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti.

5.3. Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost huwa kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea kollha.

2007/0233 (COD)

Proposta ghal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) It-tagħrif dwar l-istatistika tal-flussi kummerċjali ta’ l-Istati Membri ma’ pajjiżi mhux membri huwa ta’ importanza essenzjali għal-linji politiċi ekonomiċi u kummerċjali tal-Komunità u għall-analiżi ta' l-iżvilupp tas-suq għall-komoditajiet individwali. It-trasparenza tas-sistema statistikali għandha titjieb biex din tkun tista’ tirreaġixxi għall-ambjent amministrattiv li qed jinbidel, u biex tissodisfa r-rekwiżiti l-ġodda ta' l-utenti. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 tat-22 ta’ Mejju 1995 dwar l-istatistika relatata mal-kummerċ ta’ merkanzija mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma' pajjiżi mhux membri[2] għandu għalhekk jinbidel b'Regolament ġdid skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 285(2) tat-Trattat.

(2) L-istatistika tal-kummerċ estern hija msejsa fuq tagħrif miksub mid-dikjarazzjonijiet doganali kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju[3], minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-'Kodiċi Doganali'. Il-progress fl-integrazzjoni Ewropea u l-bidliet li jirriżultaw minn dan fl-iżdoganar, inklużi l-awtorizzazzjonijiet uniċi għall-użu tad-dikjarazzjoni ssimplifikata jew tal-proċedura lokali ta' żdoganar, kif ukoll l-iżdoganar ċentralizzat, li għandu joħroġ mill-proċess kurrenti ta' l-aġġornament tal-Kodiċi Doganali, jirrendu meħtieġa l-aġġustament tal-mod kif l-istatistika tal-kummerċ estern tinġabar, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kunċett ta' l-Istat Membru li qed jimporta jew li qed jesporta, u d-definizzjoni b'aktar preċiżjoni ta' l-għajn ta' data għall-ġbir ta' l-istatistika Komunitarja.

(3) Biex jiġi rreġistrat il-fluss fiżiku kummerċjali tal-merkanzija bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux membri u biex ikun żgurat li t-tagħrif dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet huwa disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat, l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet Doganali u ta' l-istatistika huma meħtieġa u jridu jkunu speċifikati. Dan jinkludi regoli dwar l-iskambju tad- data bejn l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

(4) Għall-allokazzjoni ta’ l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet ta’ l-UE lil Stat Membru partikolari hija meħtieġa l-kompilazzjoni ta’ tagħrif dwar ‘l-Istat Membru tad-destinazzjoni finali’, għall-importazzjonijiet, u ‘l-Istat Membru ta' l-esportazzjoni attwali' għall-esportazzjonijiet. Fit-terminu l-medju, dawk l-Istati Membri għandhom isiru l-Istat Membru ta’ importazzjoni u esportazzjoni għall-għanijiet ta’ statistika għall-kummerċ estern.

(5) Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament il-komoditajiet għall-għanijiet tal-kummerċ estern għandhom jiġu kklassifikati skond ‘in-Nomenklatura Magħquda’ stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali[4], minn issa ’l quddiem imsejħa 'n-Nomeklatura Magħquda’.

(6) Biex tintlaħaq il-ħtieġa tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni għat-tagħrif dwar is-sehem ta' l-euro fil-kummerċ merkantili internazzjonali, il-valuta tal-fatturazzjoni ta’ l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet għandha tiġi rrappurtata f'livell aggregat.

(7) Għall-għanijiet tan-negozjati kummerċjali u tal-ġestjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni għandha tingħata data dettaljata dwar it-trattament tat-tariffi tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea, inkluż tagħrif dwar il-kwoti.

(8) L-istatistika tal-kummerċ estern tipprovdi data għall-kompilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti u l-kontijiet nazzjonali. Il-karatterisitiċi li jagħmlu possibbli l-adattazzjoni tagħhom għall-għanijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti għandhom isiru parti mid- data set standard obbligatorju.

(9) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Eurostat b’ data annwali aggregata dwar il-kummerċ imqassma mill-karatteristiċi tal-kummerċ, li tintuża, fost użu ieħor, biex tiffaċilita l-analiżi ta’ kif il-kumpaniji Ewropej joperaw fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. Ir-rabta bejn l-istatistika kummerċjali u l-istatistika dwar in-negozju qed tiġi stabbilita bl-inkorporazzjoni tat-tagħrif dwar l-importatur u l-esportatur disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali b'tagħrif mitlub mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 tat-22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinazzjoni Komunitarja fit-tħejjija tar-reġistri tan-negozji għall-għanijiet ta' statistika[5], minn issa 'l quddiem imsejħa 'leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju'.

(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997[6] dwar l-istatistika Komunitarja [6] jipprovdi qafas ta' riferiment għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Madankollu, livell ta’ tagħrif f’ħafna dettall dwar il-kummerċ fil-merkanzija jitlob regoli ta’ kunfidenzjalità jekk din l-istatistika għandha tkun rilevanti.

(11) Fil-produzzjoni u t-tixrid ta' l-istatistika Komunitarja skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta' l-istatistika nazzjonali u Komunitarji għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Prassi Ewropew għall-Istatistika, li ġie adottat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku fl-24 ta' Frar 2005 u mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-23 ta’ Mejju 2005, dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità ta' l-awtoritajiet ta' l-istatistika nazzjonali u Komunitarji.

(12) Għandhom jiġu fformulati dispożizzjonijiet speċifiċi sakemm il-bidliet fil-leġiżlazzjoni doganali ma jagħtux tagħrif addizzjonali dwar id-dikjarazzjoni doganali u sakemm l-iskambju elettroniku tat-tagħrif doganali huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(13) Ladarba l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri u jista’ jintlaħaq aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan il-għan.

(14) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999[7] li jistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

(15) B’mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tispeċifika l-proċeduri doganali li jiddeterminaw esportazzjoni jew importazzjoni għall-istatistika tal-kummerċ estern, biex tadotta regoli differenti jew speċifiċi għall-merkanzija jew movimenti li, għall-raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi, biex tispeċifika d- data ta’ l-istatistika, biex jingħata ċertu dettall fir-rigward tal-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju u l-kummerċ imqassma bil-valuta tal-fatturazzjoni kif ukoll biex tistipula ċerti regoli dwar it-tixrid. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament fost oħrajn billi jissupplimentawh biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza tas-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilix xi struttura komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statisitika Komunitarja rigward il-kummerċ tal-merkanzija ma’ pajjiżi mhux membri (statistika tal-kummerċ estern).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) ‘merkanzija’ tfisser kull proprjetà mobbli, li tinkludi l-elettriku;

(b) ‘territorju statistiku tal-Komunità’ jfisser it-territorju doganali tal-Komunità kif definit fil-Kodiċi Doganali biż-żieda tal-gżira ta’ Helgoland fit-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja;

(c) ‘awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika’ jifssru l-istituti nazzjonali ta' l-istatistika u korpi oħra responsabbli f'kull Stat Membru biex jipproduċu statistika Komunitarja dwar il-kummerċ estern;

(d) ‘L-awtoritajiet doganali’ jfissru ‘l-awtoritajiet doganali’ kif definit fil-Kodiċi Doganali;

(e) ‘dikjarazzjoni doganali’ tifsser ‘dikjarazzjoni doganali’ kif definita fil-Kodiċi Doganali;

(f) ‘deċiżjoni mid-Dwana’ tfisser kull att uffiċjali mill-awtorità Doganali relatat ma’ dikjarazzjonijiet doganali aċċettati u li għandhom effett legali fuq persuna waħda jew aktar.

Artikolu 3

Ambitu

1. L-istatistika tal-kummerċ estern għandha tirreġistra l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-merkanzija.

Esportazzjoni għandha tiġi rreġistrata minn Stat Membru meta l-merkanzija titlaq mit-territorju statistikali tal-Komunità skond waħda mill-proċeduri doganali li ġejjin jew skond trattament jew użu approvat mid-dwana, stipulati fil-Kodiċi Doganali:

9. esportazzjoni.

10. proċessar tal-ħruġ;

11. esportazzjoni mill-ġdid li ssegwi jew proċessar tad-dħul jew proċessar taħt il-kontroll doganali.

Importazzjoni għandha tiġi rreġistrata minn Stat Membru meta l-merkanzija tidħol fit-territorju statistikali tal-Komunità skond waħda mill-proċeduri doganali li ġejjin stipulati fil-Kodiċi Doganali:

12. ħelsien għal ċirkolazzjoni libera;

13. proċessar tad-dħul;

14. proċessar taħt kontroll doganali.

2. Il-listi tal-proċeduri doganali jew tat-trattament approvat mid-dwana jew l-użu msemmija fil-paragrafu (1) jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet fil-Kodiċi Doganali jew id-dispożizzjonijiet ġejjin minn konvenzjonijiet internazzjonali. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

3. Għall-merkanzija jew movimenti li, għal raġunijiet metodoloġiċi, jitolbu dispożizzjonijiet speċifiċi (‘merkanzija jew movimenti speċifiċi’), jistgħu jiġu adottati regoli differenti jew speċifiċi mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

4. Ċerta merkanzija jew movimenti għandhom jiġu esklużi mill-istatistika tal-kummerċ estern għal raġunijiet metodoloġiċi. Għandha titħejja lista tagħhom mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 4

Għajn tad- data

1. L-għajn ta’ data għar-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 3(1) għandha tkun id-dikjarazzjoni doganali, inklużi emendi possibbli jew bidliet fid- data statistikali li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet Doganali marbutin magħha.

Fejn tintuża proċedura ssimplifikata kif definita fil-Kodiċi Doganali u tingħata dikjarazzjoni supplementari, l-għajn tad- data għandha tkun din id-dikjarazzjoni supplementari.

2. Il-limitu ta’ l-istatistika espress f'valur jew kwantità inqas minn dak li għalih/a d-dikjarazzjoni doganali ma għandhiex għalfejn isservi bħala għajn ta' data għar-rekords dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandu jiġi ddefinit mill-Kummissjoni skond il-ġroċedura msemmija fl-Artikolu 11(2). Il-limitu ta’ l-istatistika jista’ jiġi applikat mill-Istati Membri jekk l-istimi huma pprovduti għar-rekords ta' importazzjoni jew esportazzjoni 'l isfel mil-limiti.

3. Għar-rekords ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ merkanzija speċifika jew ta’ movimenti, l-għejun tad- data għajr id-dikjarazzjoni doganali jistgħu jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 5

Data ta’ l-istatistika

4. L-Istati Membri għandhom jiksbu d- data li ġejja mir-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1).

15. il-fluss tal-kummerċ(importazzjoni, esportazzjoni);

16. il-perjodu referenzjali ta' kull xahar;

17. il-valur statistiku tal-merkanzija fuq il-fruntiera nazzjonali ta’ l-Istati Membri importaturi u esportaturi;

18. il-kwantità espressa f’massa netta u f'unità supplementari meta indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

19. il-kummerċjant, li huwa l-importatur/id-destinatarju ta’ importazzjoni u l-esportatur/il-kunsinnatur ta’ esportazzjoni;

20. l-Istati Membri importaturi jew esportaturi, jew l-Istat Membru fejn issir id-dikjarazzjoni doganali u meta indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali:

(i) fuq l-importazzjoni, l-Istati Membri tad-destinazzjoni aħħarija;

(ii) fuq l-importazzjoni, l-Istati Membri ta’ l-esportazzjoni attwali;

21. il-pajjiżi msieħba, jiġifieri fuq l-importazzjonijiet, il-pajjiż ta’ l-oriġini u l-pajjiż tal-kunsinna/tluq, u fuq l-esportazzjoni, il-pajjiż ta’ destinazzjoni;

22. il-komodità skond in-Nomenklatura Magħquda li hija:

(i) fuq l-importazzjoni, il-kodiċi tal-merkanzija tas-sottointestatura Taric;

(ii) fuq l-esportazzjoni, il-kodiċi tal-merkanzija tas-sottointestatura tan-Nomenklatura Magħquda;

23. il-kodiċi tal-proċedura doganali li għandhom jintużaw għad-derivazzjoni tal-proċedura ta’ l-istatistika;;

24. in-natura tat-tranżazzjoni meta indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

25. jekk mogħti, it-trattament tariffarju fuq l-importazzjoni miżmuma mill-awtorità Doganali, jew il-kodiċi preferenzjali u n-numru ta’ l-ordni tal-kwota;

26. il-valuta tal-fatturazzjoni jekk indikata fuq id-dikjarazzjoni doganali;

27. il-metodu tat-trasport, li jagħti dettalji dwar:

(i) il-metodu ta' trasport fuq il-fruntiera;

(ii) il-metodu intern tat-trasport;

(iii) il-kontenitur.

5. Aktar speċifikazzjoni tad- data msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kodiċi li għandhom jintużaw, jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

6. Meta ma jingħatawx istruzzjonijiet oħra u bla ħsara għal-leġiżlazzjoni doganali, id- data għandha tinżamm fid-dikjarazzjoni doganali.

7. Data oħra għajr dik imsemmija fil-paragrafu 1 għal ‘merkanzija speċifika jew movimenti’ tista’ tintalab mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 6

Kompilazzjoni ta' statistika tal-kummerċ estern

8. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatisika għall-kull perjodu referenzjali ta’ kull xahar, dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ merkanzija espressa f’valur u kwantità skond:

28. il-merkanzija;

29. l-Istati Membri li qed jimportaw/jesportaw;

30. il-pajjiżi msieħba;

31. il-proċedura statistikali;

32. In-natura tat-trażazzjoni;

33. trattament tat-tariffi, fuq l-importazzjoni;

34. il-metodu tat-trasport.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

9. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika annwali dwar il-kummerċ permezz tal-karatteristiċi tan-negozju.

L-istatistika għandha tinġabar permezz tar-rabta tad- data dwar il-karatteristiċi tan-negozju rreġistrata skond il-leġiżlazzjoni tar-Reġistru tan-Negozju mad- data rreġistrata skond l-Artikolu 5(1) dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-ġbir ta’ l-istatistika jistgħu jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

10. Kull sentejn l-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika dwar il-kummerċ li tinqasam permezz tal-valuta tal-fatturazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiġbru l-istatistika billi jużaw kampjun rappreżentattiv ta’ rekords dwar importazzjonijiet u esportazzjonijiet minn dikjarazzjonijiet doganali li fihom data dwar il-valuta tal-fatturazzjoni. Jekk il-valuta tal-fatturazzjoni għall-esportazzjoni mhijiex disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali, għandu jsir stħarriġ biex jiġbor id- data meħtieġa.

Il-karatteristiċi tal-kampjun, il-perjodu ta’ rappurtar, il-ħtiġijiet ta' kwalità, u l-livell ta' aggregazzjoni għall-pajjiżi msieħba, il-merkanzija u l-valuti għandhom ikunu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

11. Il-ġbir ta’ aktar statistika mill-Istati Membri għall-Komunità jew għal għanijiet nazzjonijiet tista' ssir meta d- data tkun tista’ tinkiseb mid-dikjarazzjoni doganali.

Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għall-ġbir ta’ aktar statistika għall-għanijiet tal-Komunità għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

12. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati li jiġbru u li jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika tal-kummerċ estern dwar data ta’ l-istatistika li, bis-saħħa tal-Kodiċi Doganali jew ta’ istruzzjonijiet nazzjonali, għadha mhijiex disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtoritajiet Doganali tagħhom. Dan jolqot id- data li ġejja.

35. l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni;

36. l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni;

37. in-Natura tat-Tranżazzjoni.

Artikolu 7

Skambju ta' data

13. Mingħajr dewmien u mhux aktar tard mix-xahar ta’ wara x-xahar li fih ġew aċċettati d-dikjarazzjonijiet doganali jew li fih dawn kienu suġġetti għal deċiżjonijiet doganali li jappartjenu lilhom, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika għandhom jiksbu minn għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom ir-rekords fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni msejsa fuq id-dikjarazzjonijiet li huma magħmula jew mogħtija lil dik l-awtorità.

Ir-rekords għandu jkun fihom mill-inqas dik id- data statistikali mniżżla fl-Artikolu 45 li hija, skond il-Kodiċi Doganali jew skond l-istruzzjonijiet nazzjonali, disponibbli fuq id-dikjarazzjoni doganali.

14. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekords dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li huma msejsa fuq dikjarazzjoni doganali magħmula għand l-awtorità Doganali nazzjonali tagħhom huma trażmessi lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika ta’ l-Istat Membru li huwa indikat fuq ir-rekord bħala:

38. l-Istat Membru tad-destinazzjoni aħħarija, fuq importazzjoni

39. l-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni attwali, fuq esportazzjoni

15. Stat Membru m’għandux ikun mitlub skond l-Artikolu 7(2) biex jittrażmetti rekords lil Stat Membru ieħor dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet sakemm l-awtoritajiet Doganali f'dawk l-Istati Membri ma jkunux bnew mekkaniżmu għall-iskambju reċiproku tad- data rilevanti bil-mezzi elettroniċi.

16. Id-dispożizzjonijiet implimentattivi għad-determinazzjoni ta’ trażmissjoni bħal din jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 8

It-trażmissjoni ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern lill-Kummissjoni (Eurostat)

17. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistika msemmija fl-Artikolu 6(1) mhux aktar tard minn 40 jum wara t-tmiem ta’ kull perjodu referenzjali ta’ xahar.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istatistika jkun fiha tagħrif dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fil-perjodu ta' referenza partikolari, filwaqt li jagħmlu l-aġġustamenti fejn ir-rekords mhumiex disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jittrażmettu l-istatistika aġġornata meta l-istatistika li diġà ġiet trażmessa hija suġġetta għar-reviżjoni.

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-riżultati trażmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) kull tagħrif dwar l-istatistika li huwa kunfidenzjali.

Dispożizzjonijiet dwar id-data ta’ l-għeluq, il-kopertura, ir-reviżjonijiet u l-kontenut ta’ l-istatistika jistgħu jiġu speċifikati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

18. Id-data ta' l-għeluq għat-trażmissjoni ta' l-istatistika lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-kummerċ mill-karatteristiċi tan-negozju msemmija fl-Artikolu 6(2), l-istatistika dwar il-kummerċ maqsuma mill-valuta tal-fatturazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) u l-istatistika Komunitarja msemmija fl-Artikolu 6(4) tista’ tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

19. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-istatistika f'forma elettronika, skond l-istandard ta’ l- interchange. L-arranġamenti prattiċi biex jintbagħtu r-riżultati għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 9

Evalwazzjoni ta’ kwalità

20. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, id-dimensjonijiet li ġejjin ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità għandhom japplikaw għall-istatistika li għandha tiġi trażmessa.

40. ’ir-rilevanza’ tindika l-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet kurrenti u potenzjali ta’ l-utenti;

41. ‘il-preċizjoni’ tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa;

42. ‘il-wasla fil-ħin’ tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi;

43. ‘il-puntwalità’ tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-data ta’ rilaxx tad- data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;

44. ‘l-aċċessibbiltà’ u ‘ċ-ċarezza’ jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id- data ;

45. ‘il-kumparabilità’ tirreferi għall-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri tal-kejl applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;

46. ‘il-koerenza’ tirreferi għall-adattabilità tad- data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju.

21. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Eurostat) rapport ta' kull sena dwar il-kwalità ta’ l-istatistika mibgħuta.

22. Permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1 lill-istatistika koperta b'dan ir-Regolament, il-modalitajiet, l-istruttura u perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jiġu ddefiniti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità ta’ l-istatistika mibgħuta.

Artikolu 10

Tixrid ta' statistika tal-kummerċ estern

23. Statistika tal-kummerċ estern miġbura skond l-Artikolu 6(1) u trażmessa mill-Istati Membri għandha tinxtered mill-Kummissjoni għall-inqas bis-sottointestatura tal-Nomenklatura Magħquda.

Esklussivament fuq xewqa ta’ l-importatur jew ta’ l-esportatur għandhom l-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru partikolari jiddeċiedu jekk tali statistika ta’ dak l-Istat li tista' tagħmilha possibbli li tidentifika l-importatur jew l-esportatur imsemmi, għandhiex tinxtered jew għandhiex tiġi emendata b’tali mod li t-tixrid tagħha ma tippreġudikax il-kunfidenzjalità ta’ l-istatistika.

24. Għall-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea t-tixrid ta’ data sensittiva tista’ tiġi ristretta.

25. Il-miżuri implimentattivi meħtieġa għat-tixrid ta’ l-istatistika tal-kummerċ estern għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni. Kwalunkwe miżura mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 11

Il-proċedura tal-Kumitat

26. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-istatistika tal-kummerċ estern.

27. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

28. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 12

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 1172/95 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

Għandu jkompli japplika għad- data li tappartjeni għall-perjodi ta’ referenza qabel l-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

[…] […]

Il–President Il–President

[1] L-Artikolu 1(13) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (Dispożizzjonijiet Implimentattivi tal-Kodiċi Doganali), li għandu jinbidel b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 (Dokument ta' Ħidma TAXUD/1409/2006 Rev 7)

[2] ĠU L 118, 25.5.1995, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[3] OJ L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

[4] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).

[5] ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[6] ĠU L 52, 22.2.1997 p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[7] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

Top