EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0639

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi)

/* KUMM/2007/0639 finali - COD 2005/0260 */

52007PC0639

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi) /* KUMM/2007/0639 finali - COD 2005/0260 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.10.2007

KUMM(2007) 639 finali

2005/0260 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi)

2005/0260 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE dwar

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi)

1. L-ISFOND

Id-data ta' meta l-proposta ġiet trażmessa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill [(id-dokument COM(2005) 646 -2005/0260(COD)] | il-15 ta’ Diċembru 2005 |

Id-data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | it-13 ta’ Settembru 2006 [CESC 1178/2006] |

Id-data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari: | it-13 ta’ Diċembru 2006 |

Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | id-29 ta' Marzu 2007 |

Id-data ta’ l-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni: | 15.10.2007 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi (AVMSD) huwa li tapprofonidixxi s-suq intern għad-domanda ta' servizzi awdjoviżivi non-lineari/fuq talba (armonizzazzjoni minima dwar il-ħarsien ta' minuri, id-diskorsi ta' mibgħeda, il-komunikazzjoni kummerċjali) abbażi tal-prinċipju tal-pajjiż fejn ikun sar l-istabbiliment, u biex jiġu modernizzati r-regoli, speċjalment ir-regoli tar-riklamar, għas-servizzi lineari/ta' xandir.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

3.1 Kumment Ġenerali dwar il-Pożizzjoni Komuni

Il-(ftehim politiku dwar il-)Pożizzjoni Komuni huwa/hija, fis-sustanza u fil-biċċa l-kbira tiegħu/tagħha, skond il-proposta tal-Kummissjoni u għalhekk għandu/ha t/jiġi appoġġat/a bis-sħiħ. Dan jgħodd speċjalment għar-regoli dwar l-għan, il-komunikazzjoni kummerċjali, it-tqegħid ta' prodotti, ir-rapporti qosra, pluraliżmu tal-midja, il-litteriżmu fil-midja u l-koregolamentazzjoni.

3.2 Ftehim fl-Istadju tal-Pożizzjoni Komuni

Il-Pożizzjoni Komuni hija r-riżultat ta' negozjati interistituzzjonali intensi. Il-President tal-Kumitat CULT, is-Sur Nikolaos Sifunakis, ikkonferma l-ftehim f'ittra tal-21 ta' Mejju 2007 lil Dr. P. Witt, il-President tal-COREPER.

Fil-laqgħa tal-Kunsill fl-24 ta' Mejju, il-Kummissjoni nnutat b'sodisfazzjoni li l-koleġiżlaturi għażlu li ma jbiddlux ir-regoli li jiddefinixxu l- post ta' l-istabbiliment tal-fornituri tas-servizzi tal-midja f'Artikolu 2 u jiddikjara mill-ġdid id-dritt li xandar joffri s-servizzi tiegħu fis-Suq Intern mill-pajjiż ta' stabbilitment li jagħżel. Fir-rigward tar- regoli nazzjonali aktar stretti (Artikolu 3), id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi tipprovdi proċedura ġdida dwar ix-xandara possibilment biex tevita r-regoli aktar stretti ta' Stat Membru li bbenefika mill-fakultà li jadotta tali regoli li huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja.

Il-Kummissjoni hija kunfidenti li l-ewwel stadju tal-proċedura, li jikkonsisti f'kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' "l-aħjar sforzi", se jippermetti li diversi diffikultajiet jiġu solvuti fi stadju bikri. Jekk l-istadju tal-kooperazzjoni li ma torbotx ma jirnexxix, jibda t-tieni stadju formali, fejn il-Kummissjoni Ewropea taqdi r-rwol tagħha skond il-proċedura ġdida stabbilita, li jkun li teżamina l-kompatibbiltà tal-miżuri proposti ta' l-Istat Membru mal-liġi Komunitarja. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti mhumiex kompatibbli mal-Liġi Komunitarja, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux jeħodhom. Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dispożizzjonijiet ta' proċedura jħarsu l-prinċipju tal-"pajjiż ta' l-istabbiliment".

Dwar ir- rappurtaġġ fil-qosor għal għanijiet ġodda ġenerali, id-dispożizzjoni ta' kompromess hija aċċettabbli għall-Kummissjoni. Dwar il-kumpens, it-test tal-kompromess jgħid: "Fejn hemm previżjoni għal kumpens, dan m'għandux jaqbeż l-ispejjeż addizzjonali li jsiru direttament biex jingħata l-aċċess" . Dawn il-kliem intgħażlu sabiex jiżguraw li d-dritt għar-rappurtaġġ qasir ma jkunx jista' jiġi interpretat bħala liċenzja obbligatorja li tkun tat aktar drittijiet lix-xandara li jirċevuha. Din is-soluzzjoni hija fil-biċċa l-kbira appoġġata mill-partijiet prinċipali kollha, mix-xandara kif ukoll mid-detenturi tad-drittijiet.

Fir-rigward tal- projbizzjoni ta' diskriminazzjoni f'komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi , l-Artikolu 3d(1)c) tal-pożizzjoni komuni, il-Kunsill aċċetta, bħala risposta għat-talba tal-Parlament, li t-test ta' kompromess għandu jirreferi għal kategoriji kollha msemmija f'Artikolu 13 tat-Trattat u jgħid "m'għandux jinkludi jew jippromwovi ---". Dan huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni.

Fir-rigward ta' l- indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji, il-Presidenza pproponiet li ssir referenza fi premessa li tirreferi għall-fakultà ta' l-Istati Membri li joħolqu korpi regolatorji independenti. Dawn għandhom ikunu indipendenti mill-gvernijiet nazzjonali kif ukoll mill-operaturi. Il-PE u l-Kummissjoni jqisu li jeħtieġ li r-referenza għal tali korpi tiġi nkluża fil-parti operattiva tad-Direttiva. Il-kompromess fl-Artikolu 23b, li huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni, jgħid: "L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 2a u 3 tagħha, notevolment permezz tal-korpi regolatorji indipendenti kompetenti tagħhom." [1]

4. KONKLUŻJONI

Il-Pożizzjoni Komuni tilqa' l-għanijiet tal-proposti inizjali u mmodifikati tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tappoġġa t-test..

[1] Il-Proposta Oriġinali tal-Kummissjoni (Art. 23b):

“1. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-korpi regolatorji u jiżguraw li jeżerċitaw il-poteri tagħhom b'mod imparzjali u trasparenti . 2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva."

Top