Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0572

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni {KUMM(2007) 578 finali}

/* KUMM/2007/0572 finali - COD 2007/0202 */

52007PC0572

Proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni {KUMM(2007) 578 finali} /* KUMM/2007/0572 finali - COD 2007/0202 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.10.2007

KUMM(2007) 572 finali

2007/0202 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni

(preżentata mill-Kummissjoni) {KUMM(2007) 578 finali}

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

( Sfond

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jarmonizza r-regoli tal-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi bejn Stati Membri jew wara d-dħul jew dħul mill-ġdid fil-Komunità minn pajjiżi terzi. Ippubblikat fit-13 ta' Ġunju 2003 daħal fis-seħħ fit-3 ta' Lulju 2003 u japplika għall-annimali domestiċi meta dawn jivvjaġġaw mal-proprjetarji tagħhom.

Ir-Regolament daħħal temporanjament il-passaport tal-pets għall-qtates, klieb u inmsa meta dawn jiċċaqalqu minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, li jipprovdi evidenza li l-annimal ikun ġie vvaċċinat kontra l-idrofobija. Din hija l-unika kundizzjoni għall-annimali domestiċi biex jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri kollha.

Madanakollu, ir-Regolament jipprevedi għal kundizzjonijiet ta' derogi speċifiċi għall-moviment ta' annimali domestiċi lejn ċerti Stati Membri għal perjodu transizzjonali ta' ħames snin li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ, jiġifieri sat-3 ta' Lulju 2008. Dawn id-derogi għandhom jiġu riveduti sa l-aħħar ta' dan il-perjodu, fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri mill-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 6, 8 u 16 tar-Regolament u ta' l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA).

Għal dan il-għan u bi qbil ma' l-Artikolu 23 tar-Regolament, il-Kummissjoni ġiet mitluba li tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Frar 2007, rapport dwar il-ħtieġa li jinżammu testijiet seroloġiċi, flimkien ma' proposti xierqa għall-osservanza tas-sistema li għandha tiġi applikata wara l-perjodu ta' tranżizzjoni.

( Identifikazzjoni tal-problema

Minħabba li l-valutazzjoni xjentifika ħadet iktar żmien milli mbassar, kien hemm dewmien fir-rapport tal-Kummissjoni.Biex jingħata kas b'mod suffiċjenti lill-konklużjonijiet tar-rapport, huwa għalhekk xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' transizzjoni.

( L-għan tal-proposta

L-għan tal-proposta ta' din il-Kummissjoni huwa li jkun estiż il-perjodu ta' transizzjoni u jkun emendat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 kif jixraq.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija konnessa mar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'konnessjoni ma' l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kodizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi.

2007/0202 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 998/2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali li huma applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodu ta' transizzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 u l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[3]

Billi:

1. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi[4] jistipola kundizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali ta' l-annimali domestiċi u regoli li japplikaw għall-kontrolli fuq tali moviment.

2. Aktar minn hekk, l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprevedi li għal perjodu transizzjonali ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament, id-dħul ta' klieb u qtates domestiċi fit-territorju ta' l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit huwa suġġett għal kundizzjonijiet speċjali, fejn jingħata kas lis-sitwazzjoni partikolari f'dawk l-Istati Membri fir-rigward ta' l-idrofobija.

3. L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi għal perjodu transizzjonali ta' ħames snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament, dawk l-Istati Membri li jkollhom regoli speċjali għall-kontroll ta' l-ekinokoċċosi u l-qurdien fid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolment jistgħu jħallu d-dħul ta' l-annimali domestiċi fit-territorju tagħhom bla ħsara għall-konformità ma' dawk il-kundizzjonijiet. Il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit applikaw ir-regoli speċifiċi tagħhom għad-dħul fir-rigward ta' l-ekinokoċċosi; Malta, l-Irlanda u r-Renju Unit jeħtieġu li l-klieb u l-qtates domestiċi jgħaddu minn trattament addizzjonali kontra l-qurdien li għandu jkun iċċertifikat ukoll fil-passaport ta' l-annimal.

4. Is-sistemi transizzjonali previst fl-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jiskadu fit-3 ta' Lulju 2008. L-Arikolu 23 ta' dak ir-Regolament jipprevedi li s-sistemi transizzjonali għandhom jiġu riveduti qabel tmiem il-perjodu transizzjonali.

5. Għal dak il-għan u skond l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, il-Kummissjoni ntalbet li tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, qabel l-1 ta' Frar 2007, rapport dwar il-ħtieġa li jsir it-test seroloġiku, u biex tipprovdi proposti adegwati għad-determinazzjoni tas-sistema li għandha tiġi applikata wara s-sistemi transizzjonali previsti fl-Artikoli 6, 8 u 16 ta' dak ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq l-esperjenza miksuba sa issa u dwar l-analiżi tar-riskji, li għandha tkun ibbażata fuq l-opinjoni xjentifika ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza Alimentari (EFSA).

6. B'talba tal-Kummissjoni, l-EFSA ħarġet opinjoni xjentifika biex tassisti lill-Kummissjoni ħalli tipproponi emendi xierqa li huma bbażati fuq ix-xjenza lir-Regolament (KE) Nru 998/2003, Aktarminn hekk, il-Kummissjoi kellha wkoll tikkunsidra r-rapporti ta' l-Istati Membri dwar l-esperjenza tagħhom bl-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 6, 8 u 16 tar-Regolament.

7. Madankollu, minħabba li l-valutazzjoni xjentifika ħadet iktar żmien milli mbassar, kien hemm dewmien fir-rapport tal-Kummissjoni.Biex jingħata kas b'mod suffiċjenti lill-konklużjonijiet tar-rapport, huwa għalhekk xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' sistemi transizzjonali.

8. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 hu emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 6(1), il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"Sal-31 ta' Awissu 2009, id-dħul ta' l-annimali domestiċi elenkati fil-Parti A ta' l-Anness I fit-territorju ta' l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:"

(2) Fl-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

"Sal-31 ta' Awissu 2009, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Iżvezja u r-Renju Unit, fir-rigward ta' l-ekinokoċċosi, l-Irlanda u r-Renju Unit, fir-rigward tal-qurdien, jistgħu jdaħħlu l-annimali domestiċi fit-territorju tagħhom bil-kundizzjoni ta' konformità mar-regoli speċjali li jkunu fis-seħħ fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ."

(3) Fl-Artikolu 23, id-data "1 ta' Jannar 2008" hija mibdula bid-data "1 ta' Settembru 2009".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C […], […], p. […].

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C 325, 24.12.2002, p. 133;

[4] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2007 (ĠU L 73, 13.3.2007, p. 9).

Top