Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0526

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

    /* KUMM/2007/0526 finali */

    52007PC0526

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba /* KUMM/2007/0526 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 13.9.2007

    KUMM(2007) 526 finali

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ mekkaniżmu ta’ flessibilità, fil-limitu massimu annwali ta' biljun Euro, minbarra l-intestaturi rilevanti tal-perspettiva finanzjarja. Il-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

    Fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-Fond mill-Ġermanja u minn Franza (La Réunion) li kienu affettwati minn maltempata maġġuri f'Jannar u minn ċiklun tropikali fi Frar 2007 rispettivament, l-estimi totali tal-ħsara kkawżata huma kif ġej:

    (f'EUR)

    Ħsarat diretti | Għajnuna proposta |

    Il-Ġermanja, maltempata Kyrill | 4 687 300 000 | 166 905 985 |

    Franza/La Réunion, ċiklun Gamède | 211 600 000 | 5 290 000 |

    Total | 4 898 900 000 | 172 195 985 |

    Fid-dawl ta' l-eżaminazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien ma' l-ambitu ta' rijallokazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 172 195 985, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju.

    Il-Kummissjoni se tippreżenta baġit ta’ emenda (AB – Amending budget ) sabiex jiddaħħlu fil-baġit ta’ l-2007 approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet, imqassma skond il-pajjiż li jibbenefika, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE skond il-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba[4], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[5],

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,[6]

    Billi:

    (1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri.

    (2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ biljun Euro.

    (3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat,

    (4) il-Ġermanja u Franza ssottomettew applikazzjonijiet sabiex jimmobilizzaw il-Fond, fir-rigward ta' żewġ diżastri kkawżati minn maltemplata maġġuri u minn ċiklun tropikali rispettivament.

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 172 195 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

    [2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3

    [3] Il-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar applikazzjoni għal mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea magħmula mill-Ġermanja fil-każ ta’ maltempata maġġuri f'Jannar 2007 u l-Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar applikazzjoniji għal mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea magħmula minn Franza (La Réunion) fil-każ ta’ ċiklun tropikali fi Frar 2007 bl-analiżi tal-Kummissjoni dwar it-talbiet.

    [4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

    [5] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

    [6] ĠU C […], […], p. […]

    Top