EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0492

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008

/* KUMM/2007/0492 finali */

52007PC0492

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008 /* KUMM/2007/0492 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.9.2007

KUMM(2007) 492 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

110

- L-għanijiet tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti għall-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri fir-rigward ta' l-iktar stokkijiet kummerċjalment importanti fil-Baħar Baltiku.

120

- Kuntest ġenerali

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd, il-Politika Komuni dwar is-Sajd għandha tiżgura sfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet huwa l-istabbiliment annwali ta’ l-opportunitajiet tas-sajd fl-għamla ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs - total allowable catches ), kwoti u limitazzjonijiet fuq l-isforzi tas-sajd.

Bil-għan tas-simplifikazzjoni u l-kjarifika, l-istabbiliment ta’ opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku ġie implimentat għall-ewwel darba permezz ta' Regolament separat għall-2006, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 52/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet [ħażniet] ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006.

Il-parir xjentifiku dwar l-opportunitajiet ta’ sajd fl-2007 fil-Baħar Baltiku ngħata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f’Ġunju 2007. Fuq il-bażi tal-parir xjentifiku, il-Komunità kellha konsultazzjoni teknika informali dwar it-TACs u l-kwoti u l-kundizzjonijiet assoċjati, mal-Federazzjoni Russa fi ħdan il-qafas tal-ftehim bilaterali l-ġdid dwar is-sajd, li ġie inizjalat f’Lulju 2006. Dan il-ftehim mhux se jidħol formalment fis-seħħ sakemm jiġi konkluż il-ftehim miż-żewġ Partijiet; għall-Komunità f’għamla ta’ deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. F'dan l-istadju ma ġewx stabbiliti miżuri ta' ġestjoni konġunta għall-istokkijiet komuni.

Il-proposta fiha tliet taqsimiet li huma ta' importanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baltiku fl-2008: taqsima li tistabbilixxi t-TACs u l-kwoti, taqsima li tillimita l-isforz tas-sajd u taqsima li tistipula l-miżuri tekniċi assoċjati.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-opportunitajiet ta’ sajd u l-allokazzjoni lill-Istati Membri huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti annwali. L-aħħar wieħed huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tat-11 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet [ħażniet] ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet [ħażniet] ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007

Ta’ rilevanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku huwa wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 88/98.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 ta' XX XX 2007 li jistabbilixxi pjan multijannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet jagħti ħarsa lejn il-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ li huma applikabbli fir-rigward tar-ripopolazzjoni ta' l-istokkijiet tal-merluzz ikkonċernati. Barra minn hekk jipprovdi r-regoli għall-istabbiliment tat-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Lvant u tal-Punent u l-limitazzjonijiet ta' l-isforzi tas-sajd assoċjati magħhom.

- Koerenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni

Il-miżuri proposti huma mfassla skond l-għanjiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Komunità dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

It-taqsimiet dwar il-limitazzjoni fuq l-isforz tas-sajd u dwar l-iffissar ta’ miżuri tekniċi assoċjati huma skond id-deċiżjonijiet meħuda fil-Kunsill f’Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tat-22 ta' Diċembru 2005 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 ta' XX XX 2007 li jistabbilixxi pjan multijannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ġew soġġetti għal konsultazzjonijiet mas-settur tas-sajd, ma' NGOs li jirrigwardaw kwistjonijiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku, u Stati Membri li diġà kienu kkonċernati fl-2005u l-2006.

Ir-RAC Baltiku, li twaqqaf f’Marzu 2006, ġie kkonsultat fil-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tiegħu f’Ġunju 2007 abbażi ta' l-istqarrija ta' politika mill-Kummissjoni rigward l-opportunitajiet ta' sajd għall-2008. L-ICES u l-STECF ipprovdew il-bażi xjentifika għall-proposta. Id-DĠ FISH ippreżenta r-regoli li kien se jsegwi għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti għall-2008 abbażi ta' l-istqarrija ta' politika. Tqiesu l-fehmiet preliminari espressi matul il-laqgħa u r-rakkomandazzjoni li ngħataw sussegwentement.

Matul il-laqgħa ġew diskussi b'mod speċjali l-istokk tal-merluzz tal-Lvant kif ukoll l-istokkijiet tas-salamun fil-Baċir Ewlieni. L-istokk tal-merluzz tal-Lvant qed isofri kontinwament minn livelli għolja ta' rappurtaġġ ħażin. L-ICES qed tinkludi l-estimi għall-qabdiet irrappurtati ħażin fil-previżjoni tagħha tal-qabdiet iżda hija tal-parir li l-qabdiet mhux allokati m'għandhomx jiġu inklużi fl-istabbiliment tat-TAC sakemm ma jiġix implimentat twaqqif tal-ħatt l-art illegali. Fl-2008 se jidħlu fis-seħħ miżuri ta' kontroll u ta' monitoraġġ biex tiġi indirizzata l-problema tar-rappurtaġġ ħażin fis-sajd għall-merluzz huma inklużi fil-pjan multijannwali għaż-żewġ stokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u fis-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet.

- Is-salamun fil-Baċir Ewlieni qed ibati minn sopravvivenza mnaqqsa wara l-fażi żagħżugħa ( post-smolt ) u dan se jirriżulta f'għadd imnaqqas ta' ħut li jirriproduċi fl-2007-2008. Għalhekk huwa propost tnaqqis ta' 15% fit-TAC.

- Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Kull sena, il-Komunità titlob lill-ICES u lill-STECF jagħtuha parir xjentifiku dwar il-qagħda ta’ stokkijiet importanti ta’ ħut. Il-parir li tirċievi jkopri l-istokkijiet kollha tal-Baltiku li għalihom huma proposti t-TACs ħlief għall-barbun tat-tbajja', li għalih l-ebda parir ma ngħata din is-sena. It-TACs proposti huma bbażati fuq il-parir mogħti iżda dan mhux bilfors jissegwa kelma b’kelma. Skond l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd filwaqt li żżomm l-istabbiltà fl-opportunitajiet tas-sajd, il-bidliet fit-TACS huma limitati għal mhux iktar minn 15% minn sena għall-oħra sakemm l-istatus ta' stokk partikolari ma jkunx jesiġi miżuri aktar stretti. Meta stokk ikun soġġett għal pjan ta' ġestjoni, it-TAC jiġi propost skond dan il-pjan.

Għall-istokkijiet tal-merluzz, it-TACs proposti jirriflettu l-approċċ gradwali applikat fil-pjan multijannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet. L-element ċentrali tal-pjan huwa tnaqqis gradwali ta’ l-isforz tas-sajd għal livelli sostenibbli fit-tul li jassiguraw l-irkupru ta' l-istokkijiet u jrendu ħafna u b'mod stabbli.

Filwaqt li l-previżjoni tat-TAC ta' l-ICES hija bbażata fuq il-ħatt l-art totali, inklużi estimi għal qabdiet rappurtati ħażin, il-proposta tat-TAC għall-istokkijiet tal-ħut hija bbażata biss fuq il-ħatt l-art legali fid-dawl tal-miżuri ta' kontroll u monitoraġġ imsaħħa li se jiġu implimentati fl-2008 bħala parti mill-pjan multijannwali u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas ir-rappurtaġġ ħażin b'mod konsiderevoli fl-Istati Membri kkonċernati matul l-2008. Fid-dawl tal-qagħda mwiegħra ta' l-istokk tal-Lvant tal-merluzz u l-mortalità għolja attwali mis-sajd għaż-żewġ stokkijiet, it-TACs għaż-żewġ stokkijiet huma proposti f'relazzjoni ma' tnaqqis fil-mortalità mis-sajd b'10% mingħajr il-limitu ta' varjazzjoni ta' 15% fit-TAC annwali.

Fir-rigward ta' l-istokkijiet tas-Salamun fil-Baħar Baltiku, huma meħtieġa miżuri ta' ġestjoni addizzjonali fl-ibħra u l-ilmijiet interni biex jiġi ffaċilitat l-irkupru effiċjenti ta' l-istokkijiet, fejn ikun meħtieġ. Għalhekk huwa maħsub li fl-2008 jiġi żviluppat pjan għall-ġestjoni tas-salamun.

L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati

L-organizzazzjonijiet xjentifiċi kkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni ta' l-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF).

- Valutazzjoni ta’ l-impatt

Jekk ikunu implimentati, il-miżuri proposti se jwasslu għal tnaqqis globali ta' 10% fl-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fil-Baħar Baltiku. Għal diversi stokkijiet ta' l-aringi u l-laċċa kaħla, it-tnaqqis huwa bbażat fuq żiediet imnaqqas fl-istokkijiet. L-aktar tnaqqisiet sinifikanti huma t-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Baltiku skond il-pjan multijannwali u l-istokkijiet tas-salamun fil-baċir ewlieni biex tiġi indirizzata r-rata ta' sopravvivenza mnaqqsa ta' ħut żagħżugħ It-TAC għas-salamun fil-baċir ewlieni u l-barbun tat-tbajja' li jirriżulta mit-tnaqqisiet proposti huwa akbar mill qabdiet reali u, għalhekk, mhux mistenni li jkollu effett fuq il-valur inizjali tal-ħatt l-art. It-TAC għall-aringi ċentrali żdied.

Il-proposta ma tirriflettix biss deċiżjonijiet għall-futur qrib iżda hi wkoll parti minn strateġija fit-tul fejn il-livell tas-sajd għandu jitnaqqas bilmod għal livelli sostenibbli fit-tul.

Għaldaqstant, fit-terminu medju sa dak twil, l-istrateġija meħuda fil-proposta se twassal għal tnaqqis fl-isforz tas-sajd iżda għal kwoti stabbli jew ikbar fil-medda t-twila. Il-konsegwenzi fit-tul ta’ l-istrateġija huma għalhekk previsti li jkunu: impatt imnaqqas fuq l-ambjent b’riżultat tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd, it-tnaqqis fis-settur tal-qbid f’termini ta' l-għadd ta’ bastimenti u/jew l-isforz medju tas-sajd għal kull bastiment, u l-istess ammont ta’ qabdiet jew iktar. Fil-medda t-twil se tiżdied l-istabbiltà tas-settur.

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

- Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, u b’mod partikulari l-Artikolu 20 tiegħu.

4. IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità.

5. TAGħRIF ADDIZZJONALI

- Spjegazzjoni Dettaljata

Il-proposta tistipula għall-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri li jistadu fil-Baħar Baltiku.

It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri jingħataw fl-Anness I. Iċ-ċifri proposti jirriflettu l-pariri xjentifiċi u l-qafas għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti deskritti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar Dikjarazzjoni ta’ Politika mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2008.

It-TACs u l-kwoti għaż-żewġ stokkijiet tal-merluzz huma marbuta mill-qrib mal-limiti fl-isforzi tas-sajd stabbiliti fl-Anness II.

Il-miżuri tekniċi fl-Anness III jirrappreżentaw miżuri addizzjonali għall-ġestjoni tas-sajd għall-barbun u l-barbun imperjali.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2008

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/1996 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġa biex ikun żgurat l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, billi jitqies il-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2) Skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi l-limiti dwar l-opportunitajiet ta’ sajd skond it-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3) Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva ta' l-opportunitajiet ta' sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta' sajd.

(4) Il-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jeħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5) L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd.

(6) Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji msemmija fih.

(7) L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jintużaw skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam, u b’mod partikolari skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljali dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd[3], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut ta’ l-Istati Membri[4], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni[5], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bbażata fuq satellita[6], u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd[7], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal ta’ l-Atlantiku[8] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound[9] u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 ta' XX XX 2007 li jistabilixxi pjan multijannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[10].

(8) Huwa xieraq, f'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fil-laqgħa tal-Kunsill fil-11-12 ta' Ġunju 2007 li jitqiesu l-isforzi ta' l-Istati Membri biex jaġġustaw il-kapaċitajiet tal-flotot tagħhom fil-Baħar Baltiku fl-aħħar snin, mingħajr ma jiġi kompromess l-għan aħħar ta' l-iskema ta' l-isforzi fir-Regolament (KE) Nru XXX/2007.

(9) Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta’ l-istokkijiet tal-ħut, ċerti miżuri supplimentari dwar kundizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2008.

(10) Sabiex tiżgura l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li ż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2008. Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni, jinħtieġ li ssir eċċezzjoni għal perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett

Ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2008 għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom tali opportunitajiet ta' sajd jistgħu jintużaw.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità (bastimenti tal-Komunità) u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi terzi li joperaw fil-Baħar Baltiku jew li jkunu rreġistrati fihom.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru kkonċernat u li ġew infurmati bihom bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

B'żieda mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91;

(b) "Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet ta’ l-ICES IIIb, IIIc u IIId;

(c) “qabda totali permissibli (TAC – Total Allowable Catch )” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

(e) "jum nieqes mill-port" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port.

KAPITOLU IIOpportunitajiet ta’ sajd u kundizzjonijiet assoċjati

Artikolu 4 Limiti ta' qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u kundizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5 Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1. L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) skambji magħmula f'konformità ma' l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula f'konformità ma' l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(c) ħatt l-art addizzjonali permess skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma f'konformità ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul f'konformità ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

2. Għall-finijiet taż-żamma tal-kwoti li jkunu se jiġu ttrasferiti għall-2009, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista' japplika, permezz ta' deroga minn dak ir-Regolament, għall-ħażniet kollha suġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6 Kondizzjonijiet għal qabdiet u qabdiet inċidentali

1. Ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandhom jinżammu abbord jew jiġu maħtuta l-art biss jekk:

(a) il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma tkunx għadha ntużat kollha;

b) speċijiet oħra barra l-aringi u l-laċċa kaħla jkunu mħallta ma’ speċijiet oħra, il-qabdiet ikunu saru bit-tkarkir, it-tartaruni Daniżi jew apparat simili li d-daqs tal-malji tiegħu huwa inqas minn 32mm, u l-qabdiet ma jkunux ġew magħżula abbord jew meta nħattu.

2. Il-qabdiet kollha għandhom jgħoddu fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet li jkunu saru taħt paragrafu 1(b).

3. Meta tintuża kollha l-kwota għall-aringi mogħtija lil Stat Membru, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru, u rreġistrati fil-Komunità, u li jużaw opportunitajiet ta' sajd li għalihom tapplika l-kwota relevanti m’għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex magħżula u li fihom l-aringi.

Artikolu 7 Limiti ta' sforz tas-sajd

Limiti ta' sforz tas-sajd huma mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 8 Miżuri tekniċi tranżitorji

Miżuri tranżitorji tekniċi tranżitorji huma mniżżla fl-Anness III.

KAPITOLU III Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 9 Trażmissjoni ta' data

Meta l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbuda skond Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għandhom jużaw il-kodiċijiet ta’ l-istokkijiet stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Il-limiti fuq il-ħatt l-art u l-kundizzjonijiet assoċjati għall-immaniġjar minn sena għal sena tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn jeżistu l-limiti fuq il-qabdiet skond l-ispeċi u skond iż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond il-ħażna, l-allokazzjoni għall-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ġestjoni ta' sena b'sena tal-kwoti.

F'kull żona, l-ħażniet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej ta' l-ismijiet ta' l-ispeċi bil-Latin. Għall-iskopijiet ta' dawn it-tabelli il-kodiċijiet użati għall-ispeċijiet differenti huma dawn:

Isem Xjentifiku | Kodiċi Alpha-3 | Isem komuni |

Clupea harengus | HER | Aringi |

Gadus morhua | COD | Merluzz |

Platichthys flesus | FLX | Barbun |

Pleuronectes platessa | PLE | Barbun tat-tbajja' |

Psetta maxima | TUR | Barbun imperjali |

Salmo salar | SAL | Salamun ta' l- Atlantiku |

Sprattus sprattus | SPR | Laċċa kaħla |

Speċi: | Aringi | Żona: | Sottodiviżjonijiet 30-31 |

Clupea harengus | HER/3D30.; HER/3D31. |

Il-Finlandja | 63 834 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

L-Iżvezja | 14 026 |

KE | 77 860 |

TAC | 77 860 |

Speċi: | Aringi | Żona: | Sottodiviżjonijiet 22-24 |

Clupea harengus | HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. |

Id-Danimarka | 5 551 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 21 848 |

Il-Finlandja | 3 |

Il-Polonja | 5 153 |

L-Iżvezja | 7 045 |

KE | 39 600 |

TAC | 39 600 |

Speċi: | Aringi | Żona: | Sottodiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 |

Clupea harengus | HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32. |

Id-Danimarka | 3 265 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 866 |

L-Estonja | 16 673 |

Il-Finlandja | 32 546 |

Il-Latvja | 4 115 |

Il-Litwanja | 4 333 |

Il-Polonja | 36 975 |

L-Iżvezja | 49 634 |

KE | 148 407 |

TAC | Mhux rilevanti |

Speċi: | Aringi | Żona: | Suddiviżjoni 28.1 |

Clupea harengus | HER/03D.RG |

L-Estonja | 16 668 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Latvja | 19 426 |

KE | 36 094 |

TAC | 36 094 |

Speċi | Merluzz | Żona: | Ilmijiet tal-KE tas-Sottodiviżjonijiet 25-32 |

Gadus morhua | COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. |

Id-Danimarka | 7 250 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 2 884 |

L-Estonja | 706 |

Il-Finlandja | 555 |

Il-Latvja | 2 696 |

Il-Litwanja | 1 776 |

Il-Polonja | 8 349 |

L-Iżvezja | 7 345 |

KE | 31 561 |

TAC | Mhux rilevanti |

Speċi: | Merluzz | Żona: | Ilmijiet tal-KE tas-Sottodiviżjonijiet 22-24 |

Gadus morhua | COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. |

Id-Danimarka | 7 827 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 3 826 |

L-Estonja | 174 |

Il-Finlandja | 154 |

Il-Latvja | 647 |

Il-Litwanja | 420 |

Il-Polonja | 2 094 |

L-Iżvezja | 2 788 |

KE | 17 930 |

TAC | 17 930 |

Speċi: | Barbun tat-tbajja' | Żona: | L-ilmijiet tal-KE ta' IIIbcd |

Pleuronectes platessa | PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. |

Id-Danimarka | 2 293 | TAC Prekawzjonali. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 255 |

Il-Polonja | 480 |

L-Iżvezja | 173 |

KE | 3 201 |

TAC | 3 201 |

Speċi: | Salamun ta' l- Atlantiku | Żona: | Ilmijiet tal-KE ta' IIIbcd għajr is-Sottodiviżjoni 32 |

Salmo salar | SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. |

Id-Danimarka | 75 511 | (1) | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 8 401 | (1) |

L-Estonja | 7 674 | (1) |

Il-Finlandja | 94 157 | (1) |

Il-Latvja | 48 028 | (1) |

Il-Litwanja | 5 646 | (1) |

Il-Polonja | 22 907 | (1) |

L-Iżvezja | 102 068 | (1) |

KE | 364 392 | (1) |

TAC | Mhux rilevanti |

__________ |

(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |

Speċi: | Salamun ta' l- Atlantiku | Żona: | Suddiviżjoni 32 |

Salmo salar | SAL/3D32. |

L-Estonja | 1 581 | (1) | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Finlandja | 13 838 | (1) |

KE | 15 419 | (1) |

TAC | Mhux rilevanti |

_________ |

(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali. |

Speċi: | Laċċa kaħla | Żona: | L-ilmijiet tal-KE ta' IIIbcd |

Sprattus sprattus | SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. |

Id-Danimarka | 42 614 | TAC Analitiku. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |

Il-Ġermanja | 26 997 |

L-Estonja | 49 484 |

Il-Finlandja | 22 307 |

Il-Latvja | 59 765 |

Il-Litwanja | 21 619 |

Il-Polonja | 126 833 |

L-Iżvezja | 82 381 |

KE | 432 000 |

TAC | Mhux rilevanti |

ANNESS II

1. Limiti ta' sforz tas-sajd

1.1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, is-sajd b'tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b'malji ta' 90mm jew akbar, b'għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta' 90 mm jew akbar, jew bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa ta' l-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta'

(a) 223 jum neqsin mill-port fis-sottodiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perjodu bejn il-1 sat-30 ta' April meta l-Artikolu 8 (1)a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 japplika, u

(b) 200 jum neqsin mill-port fis-sottodiviżjonijiet 25-27 bl-eċċezzjoni tal-perjodu bejn l-1 ta' Lulju sal-31 ta' Awwissu meta l-Artikolu 8 (1)a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 japplika, u

1.2. Sa erbat ijiem addizzjonali nieqes mill-port jistgħu ikunu allokati lil Stati Membri mill-Kummissjoni abbażi tal-waqfien permanenti ta' l-attivitjiaet tas-sajd bi kwalunkwe wieħed mill-irkapti msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru XXX/2007 li jkunu seħħew mill-1 ta' Jannar 2005 fiż-żoni kkonċernati skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999.

1.3. L-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw mill-allokazzjonijiet deskritti fil-punt 2. għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni ma’ rapporti bid-dettalji tal-waqfien permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati sat-30 ta' Jannar 2008. Abbażi ta’ tali talba l-Kummissjoni tista’ temenda l-għadd ta’ jiem nieqes mill-port kif definit fil-punt 1 għal dak l-Istat Membru skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

ANNESS III Miżuri tekniċi tranżitorji

1. Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali

1.1. Iż-żamma abbord ta' l-ispeċi ta' ħut li ġejjin li huma maqbuda fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perjodi msemmija hawn taħt għandhom jiġu pprojbiti:

Speċi | Żoni ġeografiċi | Perjodu |

Barbun (Platichthys flesus) | Suottodiviżjonijiet 26 sa 28, 29 Nofs-in-nhar ta' 59°30'N Sottodiviżjoni 32 | Mill-15 ta’ Frar sal-15 ta' Mejju Mill-15 ta’ Frar sal-31 ta' Mejju |

Barbun imperjali (Psetta maxima) | Sottodiviżjonijiet 25 sa 26, 28 Nofs-in-nhar ta' 59°30'N | Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |

2. B'deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b'tartaruni Daniżi u b'irkaptu simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b'għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti ta' malji ta' 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta' barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jinħattu f'limitu ta' 10% tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew maħtuta l-art matul il-perjodi ta' projbizzjoni msemmija f'dak il-punt.

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[2] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

[3] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

[4] ĠU L276, 10.10.1983, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 1965/2001 (ĠU L 268, 9.10.2001, p. 23).

[5] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1).

[6] ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

[7] ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 (ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11).

[8] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

[9] ĠU L 16, 20.1.2005, p. 184

[10] ĠU L

Top