EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0451

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Verżjoni kkodifikata)

/* KUMM/2007/0451 finali - COD 2007/0162 */

52007PC0451




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.7.2007

KUMM(2007) 451 finali

2007/0162 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 76/760/KEE u ta’l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness IV tad-Direttiva kkodifikata.

76/760/KEE (adattat)

2007/0162 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardjaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom[7] ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, id-Direttiva msemmija għandha tiġi kkodifikata.

97/31/KE premessa 1 (adattat)

(2) Id-Direttiva 76/760/KEE hija waħda mid-Direttivi separati li għandhom x’jaqsmu mas-sistema ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva [tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom][9] u li tistabilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara . Dawn il-preskrizzjonijiet tekniċi kkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE prevista mid-Direttiva [70/156/KEE], fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura. Għalhekk, id-disposizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva [70/156/KEE] dwar sistemi tal-vetturi, komponenti u unitajiet tekniċi separati japplikaw għal din id-Direttiva.

76/760/KEE premessa 4 (adattat)

(3) Il-proċedura armonizzata ta’ approvazzjoni tat-tip għall-fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ta' komponent mimli għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara. It-twaħħil ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent fuq il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara manifatturati b’konformità mat-tip approvat ineħħi l-ħtieġa għall-verifiki tekniċi fuq dawn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara fl-Istati Membri l-oħra.

76/760/KEE premessa 5 (adattat)

(4) Huwa mixtieq li jitqiesu l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU) fir-Regolament korrispondenti tagħha anness mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu mwaħħla ma’ u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut ta’ l-1958)[10] .

76/760/KEE premessa 6 (adattat)

(5) Din il-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip KE tinvolvi rikors reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi ta' ħtiġiet komuni. .

(6) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

76/760/KEE

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

97/31/KE Art. 1 pt. 4

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajra, li jkollha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq il-linji u ta’ tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.

76/760/KEE

Artikolu 2

97/31/KE Art. 1 pt. 1 (adattat)

1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent rigward kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ttestjar stabbiliti fl-Annessi I u II .

76/760/KEE

2. L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tal-komponent għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, kemm il-darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Verifika bħal din għandha tkun limitata għal verifiki saltwarji.

Artikolu 3

97/31/KE Art. 1 pt. 2

1. L-Istati Membri għandhom għal kull tip ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li huma japprovaw skond l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, Appendiċi 3.

76/760/KEE

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-mużuri kollha xierqa sabiex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkunu ngħataw l-approvazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 2, u mezzi oħrajn.

76/760/KEE (adattat)

Artikolu 4

1. L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kostruzzjoni tagħhom jew il-metodu tal-funzjonament tagħhom kemm il-darba dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’komponent.

2. Stat Membru jista’ jipprojbixxi li it-tqiegħid fis-suq ta’ fanali tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li b’mod konsistenti jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat Membru għandu minnufih jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

97/31/KE Art. 1 pt. 3

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċedura speċifikata fl-Artikolu [4(6)] tad-Direttiva [70/156/KEE], b’kull approvazzjoni li huma jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva .

76/760/KEE

Artikolu 6

1. Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponenti jsib li numru ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara li għandhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent ma jkunux konformi mat-tip li jkun approva, dan għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli tal-produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda, li jistgħu, meta jkun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu sa l-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent. Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’Stat Membru ieħor b’tali nuqqas tal-konformità.

2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, u bir-raġunijiet li wasslu għal din il-miżura.

Artikolu 7

Kull deċiżjoni meħudha skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tiġi miiċħuda jew irtirata approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għal fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara jew li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq jew l-użu tiegħu, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu notifikati lill-parti konċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex teżerċita dawk ir-rimedji.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva [76/756/KEE[11]].

Artikolu 9

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ jew ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent u huma mwaħħla skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva [76/756/KEE].

76/760/KEE (adattat)

Artikolu 10

L-emendi meħtieġa sabiex jiġu adottati l-ħtiġiet ta’ l-Annessi I u II għal din id-Direttiva sabiex jieħdu konsiderazzjoni tal-progress tekniku għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu [13 (3) ] tad-Direttiva [70/156/KEE].

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill- Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva .

Artikolu 12

Id-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika minn [...].

76/760/KEE Art. 12

Artikolu 14

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri Artikolu

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

LISTA TA’ L-ANNESSI

ANNESS I: | Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE |

Appendiċi 1: | Dokument ta’ Informazzjoni |

Appendiċi 2: | Mudell: Ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE |

Appendiċi 3: | Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent |

ANNESS II: | Il-kamp ta’ l-applikazzjoni u l-ħtiġiet tekniċi |

Ö ANNESS III Õ | Ö Parti A: Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha Parti B: Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni Õ |

Ö ANNESS IV Õ | Ö Tabella ta’ Korrelazzjoni Õ |

97/31/KE Art. 1 pt. 5

ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent skond l-Artikolu [3(4)] tad-Direttiva [70/156/KEE] dwar xi tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għandha ssir mill-manifattur.

1.2. Fl-Appendiċi 1 qed jingħata mudell għad-dokument ta’ informazzjoni.

1.3. Dawn li ġejjin għandhom jingħataw lis-servizz tekniku responsabbli li jagħmel it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra b’fanal jew fanali rakkomandati.

2. MARKI

2.1. L-oġġetti sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem jew il-marka kummerċjali tal-manifattur;

2.1.2. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li jista’ jiġi mibdul: it-tip(i) tal-bozza tal-filament preskritta;

2.1.3. fil-każ tal-fanali li jkollhom is-sors tad-dawl li ma jistax jiġi mibdul: il-vultaġġ u wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jixgħel, jew ma’ wieħed mill-uċuh li jixgħelu, ta’ l-oġġett. Dawn għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz ikun mgħammar mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu spazju biżżejjed għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-komponent. Dan l-ispazju għandu jkun indikat fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

3. GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġijiet rilevanti jkunu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bis-saħħa ta’ l-Artikolu [4(3)] u, jekk ikun applikabbli, [4(4)] tad-Direttiva [70/156/KEE] għandha tingħata.

3.2. Fl-Appendiċi 2 qed jingħata mudell għaċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

3.3. Għandu jingħata numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness [VII] tad-Direttiva [70/156/KEE] għal kull tip ta’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara approvata. L-istess Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numbru għal xi tip ieħor ta’ fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara.

3.4. Meta l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun mitluba għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jew fanali oħra, jista’ jingħata numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent sakemm il-fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara jaderixxi mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u li kull waħda mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li dwarhom tintalab l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent taderixxi mad-Direttiva li tgħodd għaliha separatament.

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

4. MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

4.1. B’żieda mal-marki msemmija fil-punt 2.1 kull fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara li tikkonforma ma’ l-approvazzjoni tat-tip skond din id-Direttiva għandu jkollha l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.2. Din il-marka għandha jkollha:

4.2.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra «e» segwita bin-numru li jiddistinwiha ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II, p. 53

7 għall-Ungerija

8 għar-Repubblika Ċeka

97/31/KE Art. 1 pt. 5

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

2006/96/KE Art. 1 u Anness pt.A. 17

19 għar-Rumanija

Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II, p. 53

20 għall-Polonja

97/31/KE Art. 1 pt. 5

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

24 għall-Irlanda

Att ta’ Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II, p. 53

26 għas-Slovenja

27 għas-Slovakkja

29 għall-Estonja

32 għal-Latvja

2006/96/KE Art. 1 u Anness Pt.A.17 (adattat)

34 għall-Bulgarija

Att ta' Adeżjoni 2003 Art. 20 u Anness II, p. 53

36 għal-Litwanja

49 għal-Ċipru

50 għal Malta;

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

4.2.2. fil-viċinanza tal-kaxxa rettangulari in-«numru ta’ l-approvazzjoni bażi» li jinsab fit-taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness [VII] tad-Direttiva [70/156/KEE], preċedut b’żewġ ċifri li jindikaw in-numru ta’ sekwenza assenjat għall-emenda teknika maġġura l-aktar reċenti għal din id-Direttiva fid-data li ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip tal-KE. F’din id-Direttiva in-numru ta’ sekwenza hu 00;

4.2.3. simbolu addizzjonali kif ġej: l-ittra «L».

4.3. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent għandha titwaħħal fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mil-lentijiet b’tali mod li ma titħassarx u li tkun tidher b’mod sew meta l-fanali ikunu mwaħħla mal-vettura.

4.4. Eżempji tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1.

4.5. Meta jinħareġ numru wieħed ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, kif indikat fil-punt 3.4 t’hawn fuq, għal xi tip ta’ mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl li jkun fihom xi fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara u fanali oħra, tista’ titwaħħal marka waħda ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent, li jkun fiha:

4.5.1. kwadru rettangolari li jdawwar l-ittra «e» segwita bin-numru li jiddistingwiha ta’ l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 4.2.1);

4.5.2. in-numru ta’ l-approvazzjoni bażi (ara l-punt 4.2.2, l-ewwel nofs tas-sentenza);

4.5.3. jekk meħtieġ, il-vleġġa meħtieġa, sakemm din tirreferi għall-assemblaġġ tal-fanal b’mod sħiħ.

4.6. Din il-marka tista’ tkun tinstab kullimkien fuq il-fanali li jkunu raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, sakemm:

4.6.1. din tkun viżibbli wara li jitwaħħlu l-fanali;

4.6.2. l-ebda komponent li jitrasmetti d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament ma jista’ jitneħħa mingħajr ma titneħħa l-marka ta’ l-approvazzjoi fl-istess ħin.

4.7. Is-simbolu ta’ identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li bis-saħħa tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent tkun ingħatat, flimkien man-numru ta’ sekwenza (ara l-punt 4.2.2, it-tieni nofs tas-sentenza) u, meta meħtieġ, l-ittra «D» u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ proprju li jitrasmetti d-dawl;

4.7.2. jew f’xi ragruppament, b’tali mod li kull waħda mill-fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament jistgħu jkunu identifikati b’mod ċar.

4.8. Il-qisien tal-komponenti ta’ din il-marka m’għandhomx ikunu inqas mill-qisien minimi speċifikati għall-marki individwali mid-diversi Direttivi li bis-saħħa tagħhom tkun ingħatat l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent.

4.9. Eżempji ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent li tkun ragruppata, kombinata jew inkorporata reċiprokament ma’ fanali oħrajn jinsabu fl-Appendiċi 3, Figura 2.

97/31/KE Art. 1 pt. 5

5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu [5] tad-Direttiva [70/156/KEE].

6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex tkun assigurata konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu [10] tad-Direttiva [70/156/KEE].

6.2. Il- luminance B ta’ xi mezz li jittieħed bla ħsieb minn qatgħa prodotta bil-massa m’għandhiex tkun inqas minn 2 cd/m² u, fil-formula għall- gradient , il-fattur 2 jista’ jiġi sostitwit bi 3 (ara l-paragrafu 9 tad-dokumenti msemmija fil-punt 2.1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva).

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

Appendiċi 1

Dokument ta’ Informazzjoni Nru ...

Li jirreferi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent dwar fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara

(Direttiva [76/760/KEE)

L-informazzjoni li ġejja, jekk tkun applikabbli, għandha tingħata fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kwalunkwe disinji għandhom jingħataw fi skala adatta u f’dettal suffiċjenti fuq karti ta’ qies A4 jew ġo folder ta’ format A4. Ir-ritratti, jekk ikun hemm, għandom juru dettal suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tingħata informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0. ĠENERALI

0.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): ................................................................

0.2. Għamla u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: .......................................................

0.5. Isem u indirizz tal-manifattur: .......................................................................................

0.7. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-lok u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE: ............................................................................

0.8. L-indirizz(i) ta’ l-impjant(i) ta’ fejn isir l-imballaġġ:.....................................................

1. DESKRIZZJONI TAL-MEZZ

1.1. Tip ta’ mezz: .................................................................................................................

1.1.1. Funzjoni(jiet) tal-mezz: ..................................................................................................

1.1.2. Kategorija jew klassi tal-mezz: ......................................................................................

1.1.3. Kulur tad-dawl li joħroġ li jkun rifless: .........................................................................

1.2. Disinn(i) f’dettall biżżejjed li jippermettu l-identifikazzjoni tat-tip tal-mezz u li juri(juru)

1.2.1. f’liema pożizzjoni ġeometrika l-mezz għandu jkun imwaħħal fuq il-vettura (ma jgħoddx għall-fanali ta’ fuq il-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara): .........................................................................................................................................

1.2.2. l-assi ta’ l-osservazzjoni li għandu jittieħed bħala l-assi ta’ riferenza fit-testijiet (angolu orizzontali H = 0°, angolu vertikali V = 0°) u l-punt li għandu jittieħed bħala ċ-ċentru tar-riferenza fl-imsemmija testijiet (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi u l-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara):................................

1.2.3. il-pożizzjoni maħsuba għall-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent .........................................................................................................................................

1.2.4. għall-fanali li jkunu fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, il-pożizzjoni ġeometrika li fiha għandu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq: .........................................................................................................................................

1.2.5. għall- headlamps u fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, veduta minn naħa ta’ quddiem tal-fanali bid-dettalji tar- ribbing tal-lenti, jekk ikun hemm, u l- cross-section : .........................................................................................................................................

1.3. Deskrizzjoni teknika fil-qosor li tiddikkjara, b’mod partikolari, bl-eċċezzjoni tal-fanali li ma jkollhomx sorsi tad-dawl li jistgħu jinbidlu, il-kategorija jew kategoriji tas-sorsi tad-dawl preskritti li għandhom ikunu waħda jew aktar minn dawk li jinsabu fid-Direttiva [76/761/KEE] (ma jgħoddx għall-mezzi retro-rifletturi): ............................

[pic]

Appendiċi 2

[pic]

7. Data: ...............................................................................................................................

8. Fima: ..............................................................................................................................

9. L-indiċi għall-pakkett ta’ l-informazzjoni ippreżentat lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, huwa mehmuż.

___________

(1) Ħassar fejn ma japplikax.

(2) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip għandu karattri li mhumiex rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, komponent jew tipi unitiajiet separati tekniċi li jkopri dan iċ-ċertikifat approvat tat-tip bħal karattri li jiġu rapreżentati f’dokumentazzjoni bis-simbolu: ‘?’ (eż ABC??123???)

(3) Kif imfisser fl-Anness [II A] għad-Direttiva [70/156/KEE].

__________

L-Addendum għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru ...

Li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent ta’ mezz ta’ dawl u/jew sinjalazzjoni bid-dawl fir-rigward tad-Direttiva(i) [76/757/KEE]; [76/758/KEE]; [76/760/KEE]; [76/761/KEE]; [76/762/KEE]; [77/538/KEE]; [77/539/KEE] u [77/540/KEE] (*) kif emendati l-aħħar permezz tad-Direttiva(i) ...

1. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

1.1. Meta jkun il-każ, indika għal kull fanal

1.1.1. Il-kategorija(i) tal-mezz(i): ............................................................................................

1.1.2. In-numru u l-kategorija tas-sorsi tad-dawl (mhux applikabbli għal retro-riflettur) (**) .........................................................................................................................................

1.1.3. Il-kulur tad-dawl li joħroġ jew li jkun rifless: ................................................................

1.1.4. L-approvazzjoni tingħata biss għall-użu bħala partijiet ta’ tibdil fuq vetturi diġà joperaw: Iva/Le (*).

1.2. Informazzjoni speċifika għal ċerti tipi ta’ mezzi ta’ dawl jew ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: ...............................................................................................................................

1.2.1. Għall-mezzi retro-rifletturi: F’iżolament/parti minn xi assemblaġġ ta’ mezzi (*): .........................................................................................................................................

1.2.2. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: Mezz li jdawwal pjanċa twila/pjanċa wiesa’ (*) ...................................................................................................

1.2.3. Għal headlamps : jekk mgħammra b’riflettur li jista’ jkun aġġustat, il-pożizzjoni(jiet) ta’ muntaġġ tal- headlamp meta mqabbla ma’ l-art u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jekk il- headlamp tkun ser tintuża f’dik(dawk) il-pożizzjoni(jiet) biss: .........................................................................................................................................

1.2.4. Għal fanali tar-rivers: Dan il-mezz għandu jkun installat fuq xi vettura biss bħala parti minn par mezzi: Iva/Le (*)

5. Rimarki

5.1. Disinni

5.1.1. Għall-fanali fuq il-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara: in-Nru, tad-disinn mehmuż ..... juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha għamdu jitwaħħal il-mezz meta mqabbel ma’ l-ispazju li għandha tieħu l-pjanċa tar-reġistrazzjoni, u l-bordura taż-żona li tkun imdawla kif jixraq;

5.1.2. Għall-mezzi retro-rifletturi: in-Nru. Tad-disinn mehmuż juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura;

5.1.3. Għall-mezzi l-oħrajn kollha ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl: in-Nru. tad-disinn mehmuż juri l-pożizzjoni ġeometrika li fiha l-mezz għandu jkun imwaħħal mal-vettura, u l-allinjamanet tar-riferenza u ċentru tar-riferenza tal-mezz.

5.2. Għal headlamps : Mod ta’ operazzjoni użat matul it-test ( punt 5.2.3.9. ta’ l-Anness [I] tad-Direttiva [76/761/KEE]) .........................................................

___________________

(*) Ħassar kif xieraq

(**) Għall-fanali li s-sorsi tad-dawl tagħhom mhux sostitwibbli, indika n-numru u l-wattage globali tas-sorsi tad-dawl.

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ KOMPONENT

Figura 1

[pic]

Il-mezz li jkollu l-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ komponent muri hawn fuq hu fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni li tkun fuq wara, li t-tip tiegħu hu approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva ( Sekwenza Nru. 00) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1471.

Figura 2

Marka simplifikata ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess assemblaġġ

(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-mezz ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marki ta’ approvazzjoni).

MUDELL A

[pic]

MUDELL B

[pic]

MUDELL Ċ

[pic]

Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli A, B u Ċ, jirrappreżentaw varjanti possibbli tal-marka ta’ xi mezz ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ finali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Dawn il-marki ta’ approvazzjoni juru li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (el) skond in-numru bażi ta’ approvazzjoni 1712 u tinkorpora:

- retro-riflettur ta’ klassi IA approvat skond id-Direttiva [tal-Kunsill] [76/757/KEE[12]] sekwenza Nru 02;

- indikatur tad-direzzjoni ta’ wara ta’ kategorija 2a approvat skond id-Direttiva [tal-Kunsill] [76/759/KEE[13]], sekwenza Nru 01;

- fanal ta’ pożizzjoni ta’ wara aħmar (R) approvat skond l-Anness [II] tad-Direttiva [tal-Kunsill] [76/758/KEE[14]], sekwenza Nru 02;

- fanal taċ-ċpar ta’ wara (F) approvat skond id-Direttiva [tal-Kunsill] [77/538/KEE[15]], sekwenza Nru 00;

- fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva [tal-Kunsill] [77/538/KEE[16]], sekwenza Nru 00;

- fanal ta’ waqfien b’żewġ livelli ta’ intensità (S2) approvat skond l-Anness [II] tad-Direttiva [76/758/KEE] sekwenza Nru 02;

- fanal tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (L) approvata skond din id-Direttiva, sekwenza Nru 00.

____________

97/31/KE Art. 1 pt. 5

ANNESS II

IL-KAMP TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Din id-Direttiva tgħodd għall-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.

2. ĦTIĠIJIET TEKNIĊI

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

2.1. Il-ħtiġijiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament Nru 4 UN-ECE [17] li hu magħmul mill-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

97/31/KE Art. 1 pt. 5

- ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00)[18],

- is-Suppliment 1 għar-Regolament 4[19],

- is-Suppliment 2 għar-Regolament 4[20],

- is-Supplimenti 3 u 4 għar-Regolament Nru 4[21],

- is-Suppliment 5 għar-Regolament Nru 4[22],

minbarra:

2.1.1. Fejn issir riferenza għal «Regolament Nru 48», din għandha tinftiehem bħala riferenza għal «Direttiva [76/756/KEE]».

97/31/KE Art. 1 pt. 5 (adattat)

2.1.2. Fejn issir riferenza għal «Regolament Nru 37», din għandha tinftiehem bħala «L-Anness [VII] tad-Direttiva [76/761/KEE[23]]»:

ANNESS III

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha(imsemmi fl-Artikolu 12)

Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85) |

Punt X.9 ta' l-Anness I ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 1979 (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 109) |

Punt IX.13 (d) ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 213) |

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE (ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43) | Il-punt 7(d) ta’ l-Anness dwar id-Direttiva 76/760/KEE biss |

Punt XI.C.I.10 ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU L C 241, 29.08.1994, p. 205) |

Direttiva tal-Kunnissjoni 97/31/KE (ĠU L 171, 30.6.1997, p. 49) |

Anness II, punt I.A.18 ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 58) |

Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81) | Biss fir-rigward tar-referenza għad-Direttiva 76/760/KEE fl-Artikolu 1 u l-Anness, punt A.17. |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 12)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

76/760/KEE | 30 ta’ Ġunju 1977 | 1 ta’ Ottubru 1977 |

87/354/KEE | 31 ta’ Diċembru 1987 | - |

97/31/KE | 1 ta’ Jannar 1998*[24] | 1 ta’ Jannar 1998[25] |

2006/96/KE | 1 ta' Jannar 2007 |

_______________________

* Skond l-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/31/KE:

‘1. Mill-1 ta’ Jannar 1998, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-test imsemmi fl-Artikolu 3 jkun jittardja aktar mill-1 ta’ Lulju 1997, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta’ dan it-test, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta’ xi tip ta’ vettura jew xi tip ta’ fanal msemmi hawn fuq, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali, jew

- jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara,

sakemm il-fanali jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, u li, għar-rigward tal-vetturi, dawn ikunu installati skond il-ħtiġiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta’ Ottubru 1998 l-Istati Membri:

- m’għandhomx aktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal kull tip ta’ vettura għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE, kif emendata b’din id-Direttiva, ma jkunux sodisfatti.

3. Mill-1 ta’ Ottubru 1999 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/760/KEE dwar fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara bħala komponenti, kif emendata b’din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3 t’hawn fuq, għall-iskopijiet ta’ partijiet ta’ tibdil l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE għal fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni li jkunu fuq wara, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/760/KEE basta li dawk il-fanali

- jkunu maħsuba biex ikunu mwaħħla ma’ vetturi li jkunu diġa’ qed jintużaw, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu reġistrati għall-ewwel darba.’

_____________

ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 76/760/KEE | Din id-Direttiva |

Artikolu 1 | Artikolu 2 |

Artikolu 2 l-ewwel paragrafu | Artikolu 3(1) |

Artikolu 2 it-tieni paragrafu | Artikolu 3(2) |

Artikoli 3 u 4 | Artikoli 4 u 5 |

Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza | Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu |

Artikolu 5(1) it-tieni u t-tielet sentenza | Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |

Artikolu 5(2) | Artikolu 6(2) |

Artikolu 6 l-ewwel sentenza | Artikolu 7 l-ewwel paragrafu |

Artikolu 6 it-tieni sentenza | Artikolu 7 it-tieni paragrafu |

Artikoli 7 u 8 | Artikoli 8 u 9 |

Artikolu 9 | Artikolu 1 |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 11(1) | - |

Artikolu 11(2) | Artikolu 11 |

- | Artikoli 12 u 13 |

Artikolu 12 | Artikolu 14 |

Annexes I – II | Annessi I – II |

– | Anness III |

– | Anness IV |

_______________[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness III, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 85. Direttiva kif emendata l-aħħar md-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

[8] Anness III, Parti A.

[9] [ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE.]

[10] Pubblikat bħala l-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

[11] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[12] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[13] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[14] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[15] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[16] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[17] ĠU L 203, 30.7.1997, p. 74.

[18] E/ECE/324 Add. 3.E/ECE/TRANS/505

[19] E/ECE/324 Add. 3/Amend. 1 u …/Amend. 1/Corr. 1.E/ECE/TRANS/505

[20] E/ECE/324 Add. 3/Amend. 2 u …/Amend. 1/Corr. 1.E/ECE/TRANS/505

[21] E/ECE/324 Add. 3/Amend. 3.E/ECE/TRANS/505

[22] TRANS/WP.29/447.

[23] [ĠU L [...], [...], p.[...].]

[24] Ara l-Artikolu 3 u 4(1) tad-Direttiva 97/31/KE. Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni kien 6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 4 (ĠU L 203, 30.7.1997, p. 74).

[25] Ara l-Artikolu 3 u 4(1) tad-Direttiva 97/31/KE. Il-limitu ta’ żmien għall-applikazzjoni kien 6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 4 (ĠU L 203, 30.7.1997, p. 74).

Top